Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Ħsara fil-friża tal-kċina
Question
Tista' il-Ministru tikkonferma li l-freezers li hemm fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fil-kċina ilhom żmien bil-ħsara u li m'hemmx fondi sabiex tinxtara freezer ġdida peress li dik li hemm hija beyond economical repair? Huwa minnu li fil-preżent il-ħaxix u oġġetti oħra ta' l-ikel għall-istess sptar qegħdin jitħallew barra fis-sħana tas-sajf għaliex l-isptar ġenerali ta' Għawdex huwa priv minn freezer?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa minnu li hemm żewġ freezers bil-ħsara. Iżda jiena nfurmata li hemm żewġ freezers oħra li huma relattivament ġodda u li jintużaw meta jkun bżonn għal ħażna tal-ħaxix.
Jista' il-Ministru jagħti konferma jew le jekk il-Masters degree in education (tul minimu ta' sentejn sa massimu ta' ħames snin) mogħtija mill-University of Leicester taħt forma ta' distance learning u li ġie reklamat f'The teacher magazine no. 84 (paġna 4) huwiex rikonoxxut mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għall-fini ta' żvilupp ta' karriera u promozzjoni għall-għalliema fl-iskejjel tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fir-rigward tal-promozzjoni għall-għalliema, id-deċiżjoni dwar l-għazla hija fdata f'idejn il-Bord tal-Għażla mwaqqaf mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, li jagixxi fil-parametru tas-sejħa tal-applikazzjoni kif ippublikata fil-gazzetti tal-gvern. Huwa dan il-Bord li jiddetermina jekk degree hijiex relevanti għal dik is-sejħa pubblika. Ir-rikonoxximent tad-Degrees isir b'konsultazzjoni ma' l-Universita' u l-awtoritajiet kompetenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir mill-aktar fis ir-reserved parking għal anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-diżabilita' li għandha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
X'inhi r-raġuni li ma ttieħdu l-ebda passi sabiex l-inkonvenjent kbir li huwa ta' periklu għas-saħħa ta' l-abitanti li joqogħdu viċin l-isptar Ġenerali ta' Għawdex minħabba nugrufun u d-duħħan li joħroġ miċ-ċumnija ta' l-istess Sptar Ġenerali ta' Għawdex jiġi eliminat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-amministrazzjoni ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed tieħu kull prekawzjoni sabiex l-inċinerazzjoni tal-‘clinical waste’ fl-isptar joħloq l-inqas inkonvenjent possibbli.
Ta’ min jinnota li meta tiġi kkummissjonata l-‘clinical waste disposal system’ ġewwa Malta, l-inċinerazzjoni tal-‘clinical waste’ ta’ l-isptar isir f’Malta u b’hekk il-problema ta’ l-inċinerazzjoni tiġi eliminata.
X'kienet in-natura tad-diskussjonijiet li saru mal-Ministru tad-Difiża Ingliż Geoff Hoon? X'livell ta' ko-operazzjoni militari hemm bħalissa ma' l-Ingilterra u x'livell mistenni jintlaħaq f'dan il-qasam fil-ġejjieni qarib? It-talbiet ta' Malta setgħu ġew influwenzati mid-deċiżjoni tal-Gvern Amerikan li jissospendi l-għajnuna militari lil Malta minħabba fl-appoġġ tal-Gvern Malti għall-International Criminal Court?
Response (BORG, JOE)
Il-laqgħa tal-Ministru tad-Difiża Ingliż Geoff Hoon miegħi kienet waħda ta' kortesija illi fiha ma ġew diskussi xejn mill-punti msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Id-diskussjoni kienet waħda ġenerali dwar il-politika estera u ta' sigurezza komuni ta' l-Unjoni Ewropea u dwar il-provvedimenti li hemm fl-abbozz għal Trattat Kostituzzjonali għall-Unjoni Ewropea fuq din il-materja.
X'inhuma l-punti ewlenin li Malta beħsiebha tisħaq fuqhom l-aktar fit-thejjijiet għall-Ministerial Meeting ta' Cancun dwar il-kummerċ dinji? Huwa maħsub li jkun hemm konverġenza mal-pajjiż ta' l-UE dwar dan? X'qed isir biex jiġu ssalvagwardati l-erba' prinċipji bażiċi li jikkonċernaw l-investiment, il-kompetizzjoni, it-trade facilitation u t-trasparenza fil-governabbilita' li ħafna gvernijiet iqisu li m'humiex negozjabbli?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iżvilupp ta’ Malta, pajjiz żgħir b’ekonomija miftuħa, minn dejjem kien dipendenti fuq il-kummerċ internazzjonali. Il-Gvern għalhekk minn dejjem irrikonoxxa l-importanza tal-liberalizazzjoni tal-kummerċ. Prova ta’ dan hija l-politika li ħaddimna f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk fil-laqgħa Ministerjali ta’ Cancun dwar il-kummerċ dinji, Malta beħsiebha taqbel fil-prinċipju ma’ proposti li jwasslu għal kummerċ aktar ħieles.
Fil-prattika, minħabba iċ-ċokon tagħha, Malta minn dejjem segwiet mill-qrib il-proposti ta’ pajjiżi u blokki ewlenin waqt negozjati internazzjonali tal-kummerċ. Fid-dawl tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-Gvern qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koordinazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mall-pożizzjonijiet li se jittieħdu waqt il-laqgħa li l-Organizzjoni tal-Kummerċ Dinji se torganizza f’Cancun, il-Messiku f’Settembru li ġej.
Tajjeb li wieħed jgħid li fil-prinċipju, Malta taqbel mal-pożizzjoni li qiegħda tieħu l-Unjoni Ewropeja f’dawn in-negozjati li kienu bdew wara l-laqgħa Ministerjali li kienet saret f’Doha, il-Qatar, f’Novembru 2001: li għandha tissaħħah is-sistema multilaterali tal-kummerċ dinji billi jkun hemm aktar aċċess għas-swieq, jiġu msaħħa ir-regoli tal-kummerċ u li tingħata importanza xierqa lill-bżonnijiet tal-pajjizi li qegħdin jiżviluppaw.
Malta taqbel ukoll li għandhom jibdew in-negozjati fuq l-investiment, il-kompetizzjoni, it-trade facilitation u t-trasparenza fil-governabbilita’.
Il-Gvern Malti kellu xi osservatur li attenda għall Progressive Governance Conference li ġiet organizzata f'Londra riċentement u li għaliha attendew fost oħrajn il-Prim ministru Ingliż u l-Ex President Amerikan Bill Clinton?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern Malti ma kellu l-ebda osservatur għall-Konferenza li l-Onoreovli Interpellant qed jagħmel riferenza għaliha.
Kemm hemm Gvernijiet apparti mill-Portugal li wiegħdu lil Malta appoġġ għal sitt membri fil-Parlament Ewropew?
Response (BORG, JOE)
Il-provvedimenti tat-Trattat Kostituzzjonali kif stabbilit mill-Konvenzjoni Ewropea jirreferu għal minimu ta' erba' deputati fil-Parlament Ewropew minn kull pajjiż membru. Il-Portugall huwa fost dawk il-pajjiżi li ma jaqbilx ma' din il-proposta, u jafferma wkoll li Malta għandu jkollha sitt membri. Numru ta' Gvernijiet oħra huma wkoll kontra minimu ta' erba' membri iżda huwa kmieni wisq biex wieħed jagħti aktar dettalji dwar il-pożizzjoni tagħhom fuq din il-materja għall-Konferenza Intergovernattiva, u fuq kif jaħsbuha dwar in-numru ta' Membri Parlamentari Ewropej li Malta għandu jkollha.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali ta' Ħal Lija u l-pulizija biex Triq il-Kunċizzjoni, Ħal-Lija minn tal-Mirakli tagħti sa Triq il-Forn jew issir one way jew almenu jsiru sensor traffic lights fl-aktar parti dejqa tagħha? Japprezza li minbarra l-konġestjoni ta' spiss tat-traffiku hemm ukoll periklu reali għar-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1044 u ninfurmah li preżentement ma għandi xejn x`inżid magħha.
Ħal-Lija — Triq Sant'Andrija - Twaħħil ta' antenna
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA dwar it-twaħħil ta' antenna tat-telefonija ċellulari f'partijiet residenzjali? Jista' jgħid meta saret l-applikazzjoni biex titwaħħal antenna simili fuq il-bejt ta' fond nru. 21, Triq Sant'Andrija, Ħal-Lija? Meta ġiet approvata? Meta saret l-ewwel oġġezzjoni m ill-kunsill lokali?
Jikkonferma li din l-antenna kellha titwaħħal fuq il-bejt ta' skola ftit passi 'il bogħod minn din ir-residenza u kien hemm oġġezzjoni mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Il-MEPA hi sodisfatta li din it-tip ta' antenna ma tagħmel l-ebda ħsara lil bniedem? Japprezza li r-residenti ta' l-inħawi huma nkwetati dwar dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien ninsab infurmat li f' każijiet bħal dawn ma' ssirx konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa minħabba il-‘blanket clearance’ li hemm mill-istess Dipartiment. Dwar il-każ inkwestjoni (PA 6245/02) ġiet segwita l-istess proċedura. Barra minn hekk saret ukoll kundizzjoni li l-permess huwa suġġett għall-approvazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa. L-applikazzjoni ġiet validata fis-7 ta' Novembru 2002, filwaqt li d-deċiżjoni ttieħdet fit-2 ta' Dicembru 2002. Waqt l-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni ma saret l-ebda oġġezzjoni minn-naħa tal-kunsill lokali.
Ftit l-boghod min dan is-sit kien hemm applikazzjoni (PA 1452/02) li ġiet rrifjutata fit-2 ta' Lulju 2002, għar-raġuni li kien hemm oġġezzjoni mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Jogħġbu l-Ministru jindika liema kienet dik l-iskola, sija primarja u sija sekondarja, li minnha ntalbu l-ikbar ammont ta' transfers ta' l-għalliema matul l-aħħar sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqax wasalli tweġiba tingħata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi implimentat il-proġett li kien maħsub qabel l-elezzjoni sabiex il-koperattivi magħmula minn ħaddiema tal-gvern, jiġifieri tal-mastrudaxxi, aluminium, u tas-sinjali tat-toroq ikunu jistgħu jespandu l-operazzjoni tagħhom ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed jirreferi għalih huwa x-xogħlijiet li jridu jsiru fil-ħwienet li qed jintużaw mill-koperattivi biex ikunu jistgħu jtejjbu l-ħidma tagħhom. Ninfurmah ukoll li jien kelli laqgħa ma' dawn il-koperattivi li fiha ġie ddentifikat ix-xogħol li jrid isir. Ninsab infurmat ukoll li diġa' bdiet tittieħed azzjoni biex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.
Jista’ l-Prim Minsitru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 851 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe' jgħid jekk sarx xi rapport mill-Ministeru dwar il-funzjoni tal- koperattivi li twaqqfu fi ħdan iċ-Ċivil qabel l-elezzjoni li għaddiet?
Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta'dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-Bord li twaqqaf mill-“Management and Personnel Office”, fl-Uffiċċju tiegħi li kien kompost ukoll minn rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Bord tal-Koperattivi ssottometta rakkomandazzjonijiet dwar l-operat tal-Koperattivi komposti minn uffiċjali pubbliċi u kif ix-xogħol permezz ta’ Koperattivi minn uffiċjali pubbliċi jista’ jiġi nkoraġġit.
Qabel ma jiġi konkluż ir-rapport jinħtieġ li ssir evalwazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u l-implimentazzjonijiet tagħhom. Din l-evalwazzjoni qiegħda ssir u mistennija tiġi konkluża f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru studji mill-Awtorita` tat-Trasport dwar is-sistema tat-trasport pubbliku f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn l-istudji u kemm swew? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudji humiex pubbliċi u jekk jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għamlet dawn ir-rapporti hekk kif gejjin fir-rigward tas-sistema tat-trasport pubbliku f'Malta.
a) Commuter Use of Bus System - l-ewwel parti, u li sar mill-professur Mario Vassallo f'Settembru 1999. Dan sewa Lm3392.50. F'Marzu 2000 sar it-tieni parti ta' dan l-istudju u li kien jiswa Lm3696.
b) Impact Assessment on the adoption of the Aqcuis - rigward l-operat tat-trasport pubbliku. Dan sar mis-Sur Anthony Pearce, Access Euro Consulting f'Ġunju 2000 u li kien jiswa Lm6670.
c) Working paper on a viable public transport system, dan sar mis-Sur Anthony Pearce bħala tkomplija ma' l-impact assessment.
d) Time to Act - Dan l-istudju sar mill-Bord u l-Management ta' l-istess Awtorita' mingħajr ħlas.
Jien infurmat ukoll li (b) u (c) diġa tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta Nru. 563 tal-leġislatura preċedenti b'rispsota għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26682.
Dwar (a) u (d) dawn ir-rapporti huma parti mill-bażi li fuqhom qed isiru taħdidiet mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u għalhekk dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra aktar 'l quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-pulizija f'Paceville bl-iskop li jinqabdu persuni taħt l-eta` jixorbu xorb alkoholiku matul is-sena 2002? Jista’ l-Ministru jgħid fejn u meta saru dawn l-ispezzjonijiet matul is-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2002 il-Pulizija tad-distrett ta` San Ġiljan għamlet xejn inqas minn 174 spezzjoni f`postijiet ta` divertiment li hemm f`Paċeville. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet, ma nqabdet l-ebda persuna tbiegħ xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-eta` pero` inqabdu 51 persuna taħt is-sittax-il sena f`postijiet ta` divertiment u inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` seba` stabbilimenti fejn instabu dawn iż-żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-pavimentar fi pjazza San Gorg propja quddiem il-palazz tal-President peress li issa wara li nqala' l-paviment il-qadim, qiegħed jinġema ħafna trab u ħmieġ?
Pulizija — Persuni li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb fis-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 124 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 85 irriżultaw fil-pożittiv filwaqt li 39 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. Fil-każijiet kollha inbdew proċeduri quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1197?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hawn 1,134 holiday premises liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu. Dawn jinkludu wkoll villas bil-pool u farmhouses. Il-klassifikazzjoni tagħhom hija hekk - 205 First Class; 605 Second Class u 324 Third Class. Dawn qegħdin fil-lokalitajiet kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mir-rehabilitation project committee sa mit-twaqqif tagħhom, sena b'sena? Jista' jgħid liema huma l-proġetti li saru sa mit-twaqqif u kull proġett kemm ġie jiswa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.