B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 107, jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna konċernata huwiex bidwi full time jew part-time? Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim li sar bejn il-korporazzjoni u l-persuna konċernata?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuna konċernati hi reġistrata bħala bidwi full time.
Kopja tal-ftehim msemmi qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 97 u cioe` jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għaddew boarded out f’Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Jista’ il-Viċi Prim Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002 rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ pensjonijiet ghal invalidita’ godda, li tinghata lill-persuni li jkunu gew certifikati minn Bord mediku tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali bhala nkapaci ghal xoghol xieraq ghal mill-anqas tliet snin, fil-perjodi mitluba kienu:
Sena Jannar Frar Marzu April
2000 40 59 80 78
2001 39 72 74 78
2002 113 107 138 135
2003 103 134 166 72
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1156.
Wied il-Għajn — Studenti li jattendu skejjel sekondarji/post-sekondarji
Question
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm huma l-istudenti residenti f'Marsascala li jattendu skejjel sekondarji jew post-sekondarji? F'liema skola sekondarja jew post-sekondarja pubblika, privata jew tal-Knisja qed jattendu u x'inhu n-numru tagħhom f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru it-tagħrif mitlub .
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għas-solid waste recycling plant kif ukoll tal-liquid recycling plant ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Wied il-Għajn — Tindif ta' materjal tal-kostruzzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir it-tindif tal-materjal ta' kostruzzjoni li kien intefa' fil-qasam li jiġi wara r-razzett tal-ħbiberija u l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-livell ta' salinita' fl-ilma li jitqassam lill-bdiewa huwiex ta' livell aċċettabbli jew le u jekk fin-negattiv, dan ikunx ta' ħsara għall-uċuħ tar-raba'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-salinita’ ta’ l-ilma li jitqassam lill-bdiewa mill-impjant tat-tisqija tad-drenaġġ qegħda tvarja matul il-ġurnata, u minn ġurnata għall-oħra, u minħabba f’ hekk isir monitoraġġ regolari biex f’ ħinijiet li l-livell joqrob lejn livelli mhux aċċettabbli, dan ma jintużax għat-tisqija.
Jien infurmat ukoll li minn-naħa tad-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-livell ta’ salinita’ jibqa’ aċċettabbli. Għal aktar informazzjoni nistieden l-Onor. Interpellant biex isaqsi ‘l-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-iskola Adelaide Ċini tal-Ħamrun? Jikkonferma jekk din l-iskola hux ser tiġi amalgamata ma l-iskola Marija Assunta?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li f'dan l-istadju l-iskola Adelaide Cini kellha tiġi amalgamata ma' l-iskola Maria Assunta, skola ta' l-istess kategorija li tinsab bieb ma' bieb.
L-iskola amalgamata ser iżżomm l-isem Maria Assunta bħala identita' iżda ser tkun immexxija mill-Kap ta' l-iskola li f'dan l-aħħar snin mexxa l-iskola Adelaide Cini.
Dan il-pass qed jittieħed sabiex il-Campus taż-żewġ skejjel jiġi refurbished. Ix-xogħol qiegħed jibda billi blokki ta' Adelaide Cini ġew żvujtati u x-xogħol ta' refurbishment ser jibda minn hemm.
Jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija numru 819 u cioe' kemm minnhom huma diġa` membri fil-Forzi Armati? Min liema belt/raħal huma dawk li applikaw minn barra, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimension fl-isptar Monte Carmeli? Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders, bi quotation, jew b'direct order? Meta b eda l-programm imsemmi? Minn meta beda l-programm kemm tħallas il-kuntrattur xahar b'xahar għal dan il-programm u servizzi oħra assoċjati miegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-ditta li ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimensions fl-isptar Monte Carmeli hija l-kumpanija Philip Toledo Ltd. Din il-kumpanija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders. Il-programm beda jaħdem f'April 2001. Il-ħlas li sar lill-kuntrattur b'konnessjoni ma' dan il-programm huma skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet se jittieħdu biex il-LEACHATE ma jikkontaminax il-water table jew il-baħar viċin?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmilha lill-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Jista' il-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet se jittieħdu biex jiġu kkontrollati l-greenhouse gases li jiġġeneraw il-landfills u jekk hemmx pjanat fil-futur li dawn ir-renewable energy sources jintużaw biex jiġġeneraw l-elettriku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Waħda mill-aspetti mportanti ta' ‘engineered landfill’ hi li il-‘greenhouse gases’ li tipproduċi jiġi mmonitorjati u kkontrollati. Fil-fatt il-‘greenhouse gases’ iġġenerati minn ‘engineered landfill’ jiġu miġbura permezz ta' sistema ta' ‘pipes’ u pompi u jispiċċaw maħruqin ġo ‘flare’ biex ma jagħmlux ħsara amjentali. Din is-sistema ta' ġbir tal-gassijiet tinkludi wkoll strumenti li kontinwament jimmornitorjaw il-gassijiet li jkunu qed jiġu ġġenerati. Jekk tiġi żviluppata ‘engineered landfill’ fil-viċinanzi tal-Magħtab hu mistenni li ftit li xejn ikunu ġġenerati ‘landfill gases’ addizzjonali. Fil-fatt, hu mistenni li meta tibda tintuża l-‘engineered landfill’ il-ġdida jonqsu l-gassijiet li jiġu ġġenerati mill-Magħtab minħabba l-fatt li ma jibqax jiżdied l-iskart domestiku li bħalissa jintrema f' din il-miżbla. Filwaqt li jekk tieqaf topera l-Magħtab preżenti u tibda topera ‘engineered landfill’ l-ammonti ta' ġenerazzjoni ta’ ‘greenhouse gases’ fl-inħawi huma mistennija li jonqsu drastikament.
Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru hu responsabbli mir-regolamentazzjoni għall-proġetti ta’ l-iskart u mhux għall-implementazzjoni tagħhom.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-volum ta' greenhouse gases ġenerati mill-Magħtab humiex se jiżdiedu mal-greenhouse gases li tista' tiġġenera landfill daqshekk viċina? Dan l-effett se jiġi monitorjat rigorożament u kif se jiġi monitored? Dawn jistgħu jkunu ta' periklu għall-abitanti tan-Naxxar u ta' San Pawl il-Baħar u l-viċin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1226.
Tista’ il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħolijiet ta’ manutenzjoni fit-toroq ta’ madwar l-Industrial Estate tax-Xewkija, inkluża wkoll dik it-triq ta’ quddiem l-ETC? Jekk iva, tista’ il-Ministru tgħid meta huma maħsuba li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħolijiet ta' manutenzjoni mistennija jsiru fixxhur li ġejjin.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'inhuma l-vantaġġi li tinbena engineered landfill fl-Għallis l/o Naxxar u mhux fi bnadi oħra ta' Malta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-fażi preliminarja tal-Environment Impact Assessment (EIA) ħarġu numru ta' vantaġġi, għaliex is-sit ta' l-Għallis ta' ġewwa joffri l-aħjar potenzjal biex jakkomoda dan il-proġett meta mqabbel mas-siti l-oħra li ġew ikkunsidrati. Il-kriterji li fuqhom ġiet ibbażata din id-deċiżjoni jinkludu, fost oħrajn, possibilitajiet aħjar ta' ppjanar, aċċessibilita', impatt ridott fuq il-landscape, fuq agrikoltura, fuq wirt kulturali u saħansitra fuq it-turiżmu għaliex is-sit propost joffri opportunita' biex l-attivita' kollha tkun moħbija viżwalment mis-siti turistiċi.
Apparti minn dan, hemm vantaġġi ta' natura teknika għaliex l-infrastruttura diġa' eżistenti għas-sit tal-Magħtab, tista' tibqa' tiġi utiliżżata. Barra minn hekk, l-infrastruttura l-ġdida toffri vantaġġi oħrajn biex il-miżbla tal-Magħtab tiġi ttrattata fil-futur qrib.
Tista’ il-Ministru jgħid u jispjega għaliex fl-iskola primarja tax-Xewkija Għawdex minn teaching staff ta’ 11 hemm 4 minnhom li huma instructors? Ma jidirlhux il-Ministru li erbgħa minn ħdax huwa persentaġġ għoli ħafna tenut kont anke l-bżonnijiet tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli twegiba tingħata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm se jkun il-kobor stmat tal-proġett kollu fil-fażijiet differenti tiegħu, kemm finanzjarjament kif ukoll fl-infrastruttura tiegħu? (engineered landfill fl-Għallis)
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan kollu tal-Gvern fir-rigward tal-fażijiet kollha tal-proġett ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart, kemm dak finanzjarju kif ukoll fl-infrastruttura tiegħu, jinsab elenkat fid-dettal fl-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart li dan il-Gvern ippubblika fis-sena 2001. L-istima kapitali ta' l-engineered landfills tammonta għal madwar Lm8.5 miljun li huwa stmat li jiġu nvestiti sas-sena 2023.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta huwa maħsub li jinbeda l-proġett skart f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u n-Naxxar? X'metodi se jintużaw biex il-familji jbiddlu l-kultura radikalment fejn jidħlu affarijiet li jikkonċernaw il-waste separation?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'laqgħa li saret mal-Kunsilli Lokali kollha, waqt laqgħa ġenerali ta' l-Eżekuttiv, ġew elenkati d-dettalji kollha f'dak li jirrigwarda l-waste separation. Il-waste separation bdiet f'numru ta' lokalitajiet u hemm pjanijiet biex din tiġi estiża fil-futur qrib.
Il-ħsieb huwa li din tidħol fis-seħħ f'Malta u f'Għawdex sas-sena 2006 bil-għan li nibbenifikaw minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex niffinanzjaw dawn il-pjanijiet. Il-metodu inizjali huwa dak tal-bring-in sites fejn membri tal-familja jkunu jistgħu jiddepożitaw l-iskart separat f'kontenituri differenti. Din is-sistema ħadmet b'suċċess fil-lokalitajiet ta' Pembroke u Swieqi. Dan iseħħ bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Il-Ministeru diġa' ħa l-passi meħtieġa biex dan il-proġett jibda jiġi ppjanat u mplimentat.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Head Office - Air Condition
Question
Tista’ il-Ministru tgħid għaliex fid-dipartiment ta’ l-agrikoltura fil-Head office uħud mill-uffiċċji huma air-conditioned u oħrajn le? Tista’ il-Ministru tara li l-uffiċċji kollha jkollhom air-condition?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li diġa' qed jittieħdu passi biex luffiċini msemmija jkollhom larja kondizzjonata.