Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — Bini ta' ħajt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-ħajt tal-għassa jistax isir malajr waqt li qed issir it-Triq San Ġuzepp, Birkirkara inkella tkun trid terġa' tinqala' t-triq biex isir il-ħajt?

Response (BORG, TONIO)

Il-pulizija ħadet il-passi neċessarji sabiex isir ir-restawr neċessarju fuq il-ħajt ta' wara l-għassa ta' B'Kara sitwat fi Triq San Ġużepp billi infurmat lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex tittieħed azzjoni immedjata. Id-Direttur Ġenerali tax-Xogħolijiet u t-Taqsima tal-Construction and Maintenance infurmaw lill-pulizija illi ħarġet "call for quotation" sabiex ix-xogħol ta' tiswijiet u restawr ikun jista' jibda. Sfortunatament sal-lum għadu ħadd ma għamel applikazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Apparti minn dan il-pulizija issuġġerit ukoll lid-Dipartiment tal-Construction and Maintenance sabiex dan ir-restawr isir mid-dipartiment tagħhom stess. Sadanittant fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sar ħajt temporanju sakemm ikun jista' jibda x-xogħol ta' restawr, u dan bħala protezzjoni għall-persuni li jkunu għaddejjin minn din it-triq.

Associate Professor

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija fit-3 ta' Lulju, 2007, għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 26976, dwar applikazzjonijiet u ħatriet għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti din l-informazzjoni addizjonali, li parti minnha kienet diġa' inkluża fil-mistoqsija oriġinali imma naqset mill tidher fit-tweġiba tat-3 ta' Lulju: 1. id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal ta' kull applikant għall-post ta' Associate Professor għand ir-referees tagħha 2. id-data wara Settembru 2006, li l-Peer Assessment mill-ACU ta' kull applikant għall-post ta' Associate Professor wasal l-Universita' ta' Malta, inkluż lista ta' dawk li l-Peer Assessment tagħhom għadu ma wasalx 3. id-data li kull min kellu Peer Assessment mill-ACU komplut, irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha mill-Universita' ta' Malta 4. ir-raġuni għaliex l-ACU ma bagħtet ebda Peer Assessment lill-Universita' ta' Malta qabel Settembru 2006 5. għal liema raġuni hemm differenza bejn applikanti fid-dewmin (speed) li l-materjal tagħhom intbagħat lill-ACU wara l-applikazzjoni tagħhom? 6. min kienu l-membri tal-Promotions Board minn Mejju 2004 sa Ġunju 2006? 7. min huma l-membri tal-Promotions Board minn Settembru 2006 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra dwar applikazzjonijiet (mingħajr l-isem minħabba protezzjoni ta' informazzjoni personali) għall-promozzjoni għall-associate professor, id-data tal-jum meta l-Universita' irċeviet l-applikazzjoni, u d-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u l-materjal relatat intbagħtu lill-ACU. Informat li l-Universita' ma rċeviet l-ebda 'peer assessment' mill-ACU qabel Settembru 2006 u minn dak iz-zmien 'l hawn ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta' kandidati hekk kif il-'peer assessment' tagħhom bdew jaslu. Fuq bazi ta' dan 19-il kandidat ġew appuntati Associate Professors. Hemm xi wħud mill-kandidati l-oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Bord.

Visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27099 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid mill-1 ta' Jannar, 2005 sat-30 ta' Ġunju, 2007, xahar b'xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' ċittadini Ċiniżi biex jiġu Malta? Kemm ħarġu visas fl-istess żmien xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu se jiġu jistudjaw f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet għall-visa minn ċittadini Ċiniżi u n-numru ta' visa maħruġa bejn Jannar 2005 u Ġunju 2007 huwa kif jidher hawn taħt. Infurmat ukoll illi r-raġuni mogħtija fl-applikazzjoni ma tinżammx taħt forma elettronika. 2005 2006 2007 Nru. ta' applikazzjonijiet Nru. ta' visa maħruġa Nru. ta' applikazzjonijiet Nru. ta' visa maħruġa Nru. ta' applikazzjonijiet Nru. ta' visa maħruġa Jannar 373 138 74 61 72 71 Frar 146 84 41 36 50 47 Marzu 158 63 36 34 106 101 April 122 45 119 112 60 53 Mejju 89 35 42 39 186 88 Ġunju 42 22 100 90 189 183 Lulju 98 63 77 26 - - Awissu 151 128 77 70 - - Settembru 183 157 114 83 - - Ottubru 52 35 99 56 - - Novembru 46 40 112 97 - - Diċembru 44 36 34 31 - -

Somma mogħtija lill-Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rimi ta' skart

Question

Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Studenti ta' l-MCAST

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26685 u jgħid għal liema raġuni l-istudent ta' l-MCAST li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li m'għaddiex mill-eżami indikat separatament, l-ewwel ġie infurmat li l-każ tiegħu huwa borderline u allura ser isirlu interview u mbagħad ġie infurmat li ma kienx ser isirlu l-interview bil-konsegwenza li issa ma jistax ikompli l-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ICT juza sistema ta' continuous assessment ibbazata fuq numru ta' assignments li fl-aħħar jikkontribwixxu għall-marka finali ta' kull module li jifforma l-kwalifika. Kull student jingħata tlett opportunitajiet biex ikun jista' jottjeni passmark f'dak l-assignment. Informat li f'kaz li student jeħel minn xi assignment dan jingħata tutorial bl-iskop li jpoġġi lill-istudent f'pozizzjoni aħjar biex iġib passmark fis-suġġett. Informat ukoll li l-istudent inkwistjoni ma rnexxilux iġib pass fil-Communications Technology għalkemm ingħata tlett opportunitajiet biex jagħmel dan. Bħala konsegwenza ta' dan, l-istudent issa weħel minn dan il-module izda ma twaqqafx mill-istudji tiegħu. L-istudenti kollha huma informati b'dawn ir-regolamenti sa mill-bidu tal-kors tagħhom.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ntefqu mill-Gvern f'benefiċċji soċjali, bħal pensjonijiet differenti, għajnuna supplimentari, allowances, bonuses, matul is-sena li għaddiet u kemm hu maħsub li jkun l-ammont din is-sena? Tista' tgħid kemm kien l-ammont għal kull benefiċċju b'mod separat? Tista' tgħid ukoll kemm nies gawdew minn kull benefiċċju matul is-sena li għaddiet, u kemm minnhom għandhom aktar minn 61 sena? Tista' tagħti lista ta' benefiċċji soċjali li jistgħu igawdu minnhom l-anzjani li għandhom aktar minn 61 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Miżuri mħabbra fil-budget

Question

B'riżultat tal-miżuri mħabbra fl-aħħar budget li huma immirati lejn l-anzjani jew persuni 'l fuq 61 sena tista' l-Ministru tgħid kemm se jiswew dawn il-miżuri? Tista' telenka l-miżuri mħabbra fl-aħħar budget immirati lejn l-anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Apparti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, il-miżuri l-oħra mħabbra fl-aħħar budget, li jikkonċernaw id-dekasteru tiegħi, li jistgħu jolqtu l-anzjani huma: il-miżura dwar romol li jekk jerġgħu jiżżewġu jibqgħu jirċievu l-pensjoni tar-romol b'rata fissa fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ; iż-żieda fir-rata tal-benefiċċju supplimentari kemm għal koppja miżżewġa kif ukoll għal persuna weħedha; u l-introduzzjoni tal-Benefiċċju għall-Enerġija. Filwaqt li ninsab infurmata li għadu kmieni biex wieħed jiddetermina kemm se jiswew l-ewwel żewġ miżuri msemmija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern alloka Lm3.3 miljuni biex ikopri l-ispiża għall-Benefiċċju għall-Enerġija.

San Gwann — Triq l-Istefanotis

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Wasteserv tpoġġi x'imkien ieħor il-bins li hemm fi Triq l-Istefanotis, f'San Gwann peress li din hija triq prinċipali u huwa ta' periklu li vetturi jieqfu hemm? Jista' jara li dawn il-bins jitqiegħdu f'post alternattiv kantuniera 'l bogħod jew jitqiegħdu iżjed 'il ġewwa, isir passaġġ u jitgħattew bis-siġar ħalli b'hekk jitneħħa l-periklu u titnaqqas il-kruha?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Qormi — Triq Dun Alwig Psaila

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-WSC qed tirrifjuta li tagħti s-servizz lil diversi residenti li applikaw għalih fi Triq ġdida fi Triq il-Wied (Triq Dun Alwig Psaila) Qormi wara li saħansitra nħarġilhom compliance certificate mill-MEPA?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birgu — Xatt ir-Risq - Arkati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi arkati f'Xatt ir-Risq, Birgu li għadhom vojta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn joħorġu għall-kiri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f'Xatt ir-Risq l-Isla hemm arkata waħda li hija vakanti. Is-sejħa għall-offerti għal kiri ta' din l-arkat ħarġet nhar il-Ġimgħa 4 ta' Mejju 2007.

Birgu — Kerrejja antika

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-periklu li hemm fuq kerrejja antika fi Triq l-Antika, Birgu?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-mistoqsija mhix ċara għal liema proprjeta' qed tirreferi u peress li fi Triq l-Antika l-Birgu hemm iżjed minn kerrejja antika waħda u li m'humiex kollha tal-Gvern, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti dettalji iktar preċiżi tal-proprjeta' li qed jirreferi għaliha.

MEPA — Infiq fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-MEPA fuq safar matul is-sena 2006, xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienet id-destinazzjoni ta' kull safra, x'kienet ir-raġuni, min mar f'kull safra u x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm43,703.55 f’safar għas-sena finanzjarja 2006. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-bqija tad-dettalji mitlubin mill-Onorevoli Interpellant.

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema tal-Maltacom maqsum skond il-grad, u dan sakemm din għaddiet għand Tecom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li l-Maltacom kienet u għadha kumpanija kwotata fuq l-iStock Exchange, din it-tip ta' informazzjoni ma tistax tingħata.

Fabbriki mwaqqfa f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom f'Malta matul is-sena 2006? Minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu jimpjegaw nies? Kemm kienet ilha topera f'pajjiżna kull waħda minnhom? Jista' jgħid liema huma dawn il-fabbriki?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti.