Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf tal-MDD fis-sena 2002? Jista' jgħid ukoll x'kien it-telf tal-MSCL?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li r-riżultati finanzjarji tat-Tarznari għas-sena 2002 għadhom qed ikunu vertifikati mill-awdituri. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Settembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-kumpannija DUPONT fit-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kumpanija DUPONT għandha kuntratt mal-Malta Shipyards għal tliet snin biex tara li jseħħ titjib fil-livelli ta' saħħa u sigurta fuq il-postijiet tax-xogħol.
Bormla — Xogħol fuq il-multi storey car park quddiem l-iskola primarja
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibda x-xogħol fuq il-multi storey car park quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Kemm hu kkalkulat li se jdum ix-xogħol? X'se jiġri fil-perjodu ta' kostruzzjoni meta t-tfal mhux se jkolhom fejn joħorġu għall-break? Se tinstab xi alternattiva? Ma jaħsibx li xhur sħaħ ta' kostruzzjoni daqshekk viċin ta' skola mhux se jippermetti għall-aħjar ambjent li titlob skola? Jaqbel li din is-sitwazzjoni tkompli tiggrava l-livell xejn aċċettabbli ta' suċċessi minn tfal f'din l-iskola fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru flimkien mal-FTS qed isegwi il-kwestjoni mal-MEPA biex jassiguraw l-interessi tat-tfal u l-għalliema u ta' l-iskola in ġenerali.
Studenti mill-Kottonera — Eżami għal dħul fil-Junior Lyceum
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk iħossux inkwetat bin-numru dejjem jonqos ta' studenti mill-Kottonera li jgħaddu mill-eżami tal-Junior Lyceum peress li ilna nisimgħu dwar il-bżonn ta' attenzjoni speċjali sabiex il-livell edukattiv fil-Kottonera jitjieb? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan serju sabiex dan iseħħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 34 li tittratta uħud mill-isforzi li qed isiru biex jingħata l-appoġġ meħtieg lit-tfal fl-iskola.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ tar-relief ta' mara b'żewġt itfal li m'għandha l-ebda dħul ieħor jitmexxa mill-aktar fis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Il-Gvern Malti qed jippjana xi anti-spam initiatives biex jiġi in line mad-direttiva tal-UE dwar privatezza u kommunkazzjoni elettronika? Il-Gvern iddeċieda jekk jipprovdix xi forma ta' protezzjoni kontra l-ispam lill corporate u individual e-mail users? Il-Gvern jaqbel mal-fehma alternattiva li miżuri ebsin anti-spam ixekklu l-buisness to buisness commerce filwaqt li oħrajn jisħqu dwar il-fatt li e-mail li jkun unsolicited jista' xorta waħda joħloq il-problemi għall-kummerċ elettroniku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.
Dwar is-Servizz Pubbliku l-Gvern diġà ħa passi sabiex jirriduċi l-volum ta’ “spam” li jasal għand l-uffiċjali li għandhom l-“e-mail account”.
Jogħġbu l-Ministru jindika liema kienet dik l-iskola, sija primarja u sija sekondarja, li minnha ntalbu l-ikbar ammont ta' transfers ta' l-għalliema matul l-aħħar sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ikbar ammont ta' transfers ta' għalliema mitluba matul l-aħħar sena skolastika kienu f'dawn l-iskejjel:
Primarja - Bormla u San Pawl il-Baħar
Sekondarja - Adelaide Cini u Vincenzo Borg Brared
Sptar Mater Dei — Offerta għal xiri ta' apparat mediku
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1193, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan dwar l-offerta għal xiri ta' apparat mediku minn Consortium Taljan għall-isptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie amministrat it-test ta' alkohol fuq sewwieqa suspettati li huma bl-influwenza ta' xorb alkoholiku matul is-sena li għaddiet u matul l-ewwel nofs ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Għar-rigward is-sena l-oħra, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1325. Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 45 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 23 irriżultaw fil-pożittiv, 2 irriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 20 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.
Jista l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal jiffrekwentaw postijiet tad-divertiment f'Paceville minn Jannar 2002 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 51 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu mill-Pulizija f`postijiet ta` divertiment ġewwa Paċeville, filwaqt li bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 13.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1213 u cioe' jgħid bejn is-sena 2002 u s-sena 2003 s'issa, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm statements ta' l-Unjoni Ewropea li Malta allineat ruħha magħhom fil-Ġnus Magħquda u fl-OSCE?
Response (BORG, JOE)
Bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-11 ta' Lulju 2003, id-data tal-Mistoqsija ta ' l-Onorevoli Interpellant, Malta alineat ruħha ma' mitejn u ħamsa u ħamsin stqarrija ta' l-Unjoni Ewropea li saru fil-laqgħat tal-Ġnus Magħquda fi New York, kif ukoll ma' tliet mija u wieħed u erbgħin stqarrija li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-laqgħat ta' l-OSCE.
X'ħidma saret mit-Technology Venture Fund mindu twaqqaf? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet? Kemm minnhom ġew ipproċessati favorevolment? Min huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet eżekuttivi u konsultattivi ta' dan il-fund?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn mindu twaqqfet it-Technology Venture Fund kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni u laqgħat ma' diversi stakeholders.
Sa llum kien hemm 6 applikazzjonijiet li minnhom gew approvati 4, waħda ma ġietx approvata u l-klijent ta’ l-aħħar waħda għad irid jgħaddi aktar informazzjoni.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' 6 klijenti oħra li wrew interess għall-assistenza mit-Technology Venture Fund.
Id-deċizjonijiet eżekuttivi jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi tal-MDC u l-IPSE filwaqt li dawk konsultattivi jittieħdu mill-Board of Governors tat-Technology Venture Fund.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi privati liċenzjati f'Għawdex? Kemm minn dawn għandhom: 1) permess biex jieħdu x-rays u x'tip ta' x-rays; 2) permess biex jagħmlu endoscopic interventions; 3) permess għal-laboratorju; 4) permess għal stress ECG; 5) permess għal operazzjonijiet taħt anestesija? Dawn il-kliniċi għandhom: 1) aċċessibilita; 2) waste disposal policy; 3) Radiation protection policy; 4) makkinarju bil-CE mark; 5) maintenance certificates?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnor Interpellant sabiex jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
Malta Arbitration Centre — Fondi ttappjati mill-UE
Question
Jista’ l-Onorevoli Ministru jikkonferma li matul l-aħħar snin sar eżercizzju akkurat fuq inizjattiva tal-Malta Arbitration Centre sabiex jiġu ttappjati xi fondi mill-UE? Jista’ il-Ministru jikkonferma kienux pożittivi jew le dawn l-isofrzi u jekk fl-affermattiv f’kemm jikkonsistu?
Response (BORG, TONIO)
Iċ-Ċentru għamel riċerka dwar il-programm FP6 - Marie Curie li, jipprovdi fondi għal taħriġ u "transfer of skills/knowledge" permezz ta` attivitajiet konġunti bejn istituzzjonijiet Ewropej. Saru kuntatti mal-International Chamber of Commerce ta` Pariġi u dawn ikkonfermaw li "in principle" kienu lesti jikkonsidraw dan it-tip ta` kooperazzjoni.
Bħalissa hemm persuna li qed issegwi kors ta` taħriġ fil-Permanent Court of Arbitration f`The Hague. L-intenzjoni taċ-Ċentru hi li wara li jsir assessment ta` din l-esperjenza titfassal proposta biex iċ-Ċentru jkun jista` jipparteċipa fil-programm imsemmi u jilħaq l-għanijiet li jkun iddefinixxa.
Malta Arbitration Centre — Xogħol ta' arbitraġġ u disputies - Internazzjonali
Question
Jista’ l-Onorevoli Ministru jagħti tagħrif u jispjega xi sforzi saru, jekk fil-fatt saru, mill-Malta Arbitration Centre sabiex jattira xogħol ta’ arbitraġġ u disputes ta’ natura internazzjonali? Jista’ il-Ministru jgħid jekk dawn l-isforzi kienux pożittivi u x’tip ta’ xogħol ġie ġenerat f’dan is-sens?
Response (BORG, TONIO)
S`issa ċ-Ċentru ikkonċentra fuq arbitraġġi domestiċi biex dawk kollha involuti fil-kondotta tal-proċess arbitrali jakkwistaw l-esperjenza meħtieġa ta` l-amministrazzjoni tal-proċess.
Sal-lum għad ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta` arbitraġġ internazzjonali iżda din is-sena saru l-ewwel tentattivi għall-pubbliċita` ta` dawn l-arbitraġġi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda bejn Jannar 2003 sa 12 ta' April 2003 ma' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ġew impjegati erba’ junior clerks ma’ l-Awtorita’ tad-Djar biex jissostitwixxu skrivani oħra li tterminaw l-impjieg tagħhom ma’ l-Awtorita’.