Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu il-passi neċessarji biex it-traffic lights fi Triq Hompesche Fgura (dik ta' quddiem il-BOV) jkollhom indication alarm peress li fil-preżent jinsabu mingħajr dan l-indication alarm b'inkonvenjent kbir għall-persuni neqsin mid-dawl?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-pelican crossing li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha bleeper fuq in-naħa tal-knisja. Għalhekk ma jidhirx li jista' jeżisti xi nkonvenjent għall-persuni neqsin mid-dawl.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru ix-xogħlijiet neċessarji bħal tarmac u bankini, f'toroq mhux iffurmati fil-Fgura, b'mod partikulari t-toroq Gardjola, Xemx u Qamar, parti minn Triq Merħba, parti minn triq is-Summiena, parti minn triq Valperga (n-naħa t'isfel) u William Lassell?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi hu mistenni li toħroġ sejħa għall-offerti sabiex isiru l-aħħar parti ta' Triq is-Summien kif ukoll l-aħħar parti ta' Triq Merħba.
Fir-rigward tat-toroq l-oħra msemmija mill-Onorevoli Interpellant, l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda tikkuntatja mal-Kunsilli Lokali kollha biex ikunu aġġornati l-bżonnijiet ta' xogħol ta' titjieb madwar il-lokalitajiet kollha u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid fid-dawl tad-diskors mill-Eċċellenza tiegħu il-professur Guido De Marco fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-għaxar parlament rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, x'għandu maħsub il-Gvern fuq dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jippubblika l-pjanijiet tiegħu dwar is-suġġett kif dawn jiġu finaliżżati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għall-bini tal-Gvern (Housing ġdid) mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar minn Jannar 2002 sal-15 ta' Lulju 2003? Liema huma il-lokalitajiet? Liema xahar saru l-applikazzjonijiet? Liema proġetti diġa ħareġ il-permess tagħhom u meta ħareġ il-permess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet quddiem il-MEPA għall-bini tal-Gvern (Housing ġdid) mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar minn Jannar 2002 sal-15 ta' Lulju 2003? Liema huma il-lokalitajiet? Liema xahar saru l-applikazzjonijiet? Liema proġetti diġa ħareġ il-permess tagħhom u meta ħareġ il-permess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infurmazzjoni mitluba.
Jista' il-Minstru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni DH/39/01/159 għal-qabar l-Addolorata li saret mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-applikazzjoni DH\39\01\159 ghal qabar l-Addolorata tinsab fil-'waiting list' bhal applikazzjonijiet simili.
Kemm, liema kienu u meta ġew fil-portijiet tagħna vapuri tal-gwerra li kienu nuclear powered?
Response (BORG, JOE)
Bejn l-2001 sal-lum, daħlu Malta żewġ sottomarini li jaħdmu b'enerġija nukleari. Dawn kienu s-sottomarin Ingliż Superb f'Novembru 2001 u dak Amerikan Dallas f'Settembru 2002. Dan ta' l-aħħar kien daħal fl-ibħra territorjali Maltin, iżda mhux fil-port.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1271 tista' twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija li kienet issaqsi x'livell ta' koperazzjoni militari hemm bħalissa ma l-Ingilerra u x'livell mistenni jintlaħaq f'dan il-qasam fil-ġejjieni qarib?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista` il-Ministru tgħid għaliex fil-Cold Stores tal-Gvern hemm żewġ cold rooms biss li jiffunzjonaw minn sitta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lapparat u lining ta' lerbgħa missitt cold rooms iridu jinbidlu kompletament. Id-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp ħareġ offerti għallapparat u xxogħol meħtieġ biex jitranġaw tnejn minn dawn ilcold rooms u ser joħroġ littri ta' aċċettazzjoni filġranet li ġejjin. Huwa ppjanat li żżewġ cold rooms loħra jitranġaw iżjed 'l quddiem.
B'referenza għal mistoqsijiet oħra li għamilt jien dwar iż-żwiemel (tal-karozzini) li qed jinżammu esposti għax-xemx quddiem il-Palazz fejn kont ġejt aċċertat qabel ma l-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf li qed jittieħdu passi biex din il-problema tiġi riżolta, jista' l-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra għaliex dawn il-povri żmiemel tħallew sajf ieħor esposti għax-xemx u sħana enormi li kienet qed tagħmel? Għaliex din il-każ ċar ta' moħqrija fuq dawn l-annimali qed jitħalla jiġri quddiem l-ogħla awtoritajiet u quddiem l-istess Parlament li ftit żmien ilu illeġisla kontra l-moħqrija ta' l-annimali u jibqa' qisu ma qed jiġri xejn? Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni personalment biex din il-problema tiġi riżolta fl-aqsar żmien possibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ l-Belt Valletta għamel arranġamenti sabiex waqt is-sħana tas-sajf, il-karozzini tpoġġew ma’ ġemb il-Palazz, fid-dell, jew ta’ n-naħa ta’ Pjazza Regina, jew in naħa l-oħra, fi Triq L-Arcisqof. Sadanittant, l-istess Kunsill Lokali għadu għaddej biex isib soluzzjoni dejjiema.
Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Membru li d-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja ħadet inizzjativa billi ġew avvicinati kucciera individwali fejn ġie spjegat lilhom il-ħarsien ta’ żwiemel kemm waqt li jkunu fil-venda, kif ukoll waqt ix-xogħol. Qegħdin jitħejjew gwidi (guidelines) ta’ limiti fisjoloġici biex il-kucciera jevitaw li ż-żwiemel tagħhom jgħaddu minn stress.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mix-xadina li nqabdet tiddaħħal Malta illegalment maqfula u marbuta f'bagalja? Jaqbel il-Ministru li wara l-moħqrija li għaddiet minnha din ix-xadina, issa m'għandhiex tinżamm maqfula bla bżonn u jekk hu possibbli tinħeles fl-abitat addattat għaliha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-annimali li jinqabdu jiddaħħlu Malta illegalment jinżammu l-kwarantina sakemm tinqata’ is-sentenza tal-Qorti u sakemm tinstab akkomodazzjoni adegwata lokalment, jew barra minn Malta. Din issir bil-kollaborazzjoni mal-Awtorita’ ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (M.E.P.A.)
Qasam tas-servizzi finanzjarji — ICT Based services
Question
Billi l-MFSA qed tagħmel tajjeb li tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' ICT Based Services fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi koperazzjoni mal-ministeru tiegħu f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar xi jrid ifisser bit-termini ICT based services li qed tizviluppa l-MFSA, sabiex inkun nista' inwieġeb il-mistoqsija bl-aħjar mod possibli.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex mistenni s-sehem Malti fit-Thessaloniki Exhibition dwar l-10 acceding countries ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm se jiġi jiswa sehem il-gvern Malti?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għat-68 edizzjoni ta' l-Esebizzjoni Internazzjonali ta' Thessaloniki li nżammet bejn is-sitta u l-erbagħtax ta' Settembru, 2003.
Sallum Malta qatt ma ħadet sehem f'din l-Esebizzjoni, u ma jidhirx li hemm interess mis-setturi relevanti biex jieħdu sehem.
Din is-sena il-European Centre of Communication and Culture, ibbażat f'Thessaloniki qed jorganiżża manifestazzjoni dwar l-għaxar pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea.
L-Ambaxxata Maltija f'Ateni pprovdit il-materjal publiċitarju dwar Malta mitlub mill-organiżżaturi biex jintwera f'jum Malta, ma dawk ta' pajjiżi oħra.
Ma kienx hemm spejjeż peress li l-organiżżaturi qed joffru dan is-servizz bla ebda ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm pajjiżi li ġew avviċinati minn Malta għall-appoġġ għall-kandidatura tagħha għall-IMO council?
Response (BORG, JOE)
Malta avviċinat lill-pajjiżi kollha, li huma membri sħaħ ta' l-Organiżżazzjoni Internazzjonali Marittima u li jammontaw għal mija u disgħa u ħamsin, biex jappoġġjaw il-kandidatura Maltija għall-Kunsill ta' l-IMO.
Ħaż Żabbar — Triq il-Grazzji - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li madwar sitt idjar fi Triq il-Grazzji, Ħaż Żabbar qed jispiċċaw bla dawl ta' spiss, xi drabi għal jum wara l-ieħor? X'inhu jwassal għal dan l-inkonvenjent u x'jista' isir biex dawn il-familji ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi? X'inhi r-raġuni li l-Korporazzjoni Enemalta minkejja li taf bil-problema baqgħet ma ħaditx passi biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-raġuni li qiegħed jinqata' d-dawl fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar hija waħda ta' overloading. Il-Korporazzjoni Enemalta diġa' kienet resqet talba lid-Dipartiment ikkonċernat biex jinħarġilha permess għal trinka biex fiha jitpoġġa cable ġdid u b'hekk tkun tista' tissolva l-problema.
Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi — Bord tat-tmexxija - membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tat-tmexxija taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi huwa kif kompost kif ġej :
Dr. Peter Fenech Chairman
Maj. Alfred Cassar Reynaud Viċi Chairman
Is-Sur Eugenio Privitelli Membru / Segretarju
Dr. Konrad Thake Membru
Dr. Joseph Farrugia Membru
Il-ħlas tal-membri tal-Bord huwa kif ġej :
Chairman Lm 4,500 fis-sena
Segretarju tal-Bord Lm 3,000 fis-sena
Membru Lm 1, 200 fis-sena
Infurmat ukoll li ċ-Chairman għandu mħallas l-ispejjeż tas-servizz ta' telefon ċellulari.
Ċentru Malti għar-Restawr — Bord tad-diretturi - membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Centre for Restoration Board of Governors? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-membri fuq il-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti għar-Restawr huwa kif jidher hawn taħt :
Dr. Joseph A. Cannataci Chairman
Profs. Alex Torpiano BE & A,MSc,PhD,Dic (EUR Ing C. Eng. Perit) Gvernatur
Kav. Charles Sciberras O.S.J. Dip. Trib.Eccl.Melit.,DEA,MIM Gvernatur
Perit Norbert Gatt Gvernatur
Is-Sur Joseph Schiro' Membru
Is-Sur Louis Borg Membru
Id-Dott. Martina Caruana Membru
Ninsab infurmat ukoll li l-onorarja tal-membri tal-Bord tad-Diretturi għadhom ma ġewx iffissati minħabba l-fatt li l-klassifikazzjoni ta' l-aġenzija mhix mitmuma.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi tal-Heritage Malta? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Bord tad-diretturi tal-Heritage Malta huwa kompost kif ġej :
Dr. Mario Tabone Chairman
Is-Sn. Simone Mizzi Viċi Chairman
Rev. Mons. Gwann Azzopardi Membru
Is-Sur Ray Bondin Membru
Is-Sur Mario Farrugia Membru
Is-Sur Joseph Schiro' Membru
Is-Sn. Katya Stroud Membru
Is-Sur Godwin Vella Membru
Is-Sur Leslie Vella Membru
Il-ħlas tal-membri tal-Bord huwa kif ġej :
Chairman Lm 7,200 fis-sena
Viċi Chairman Lm 2,800 fis-sena
Membri Lm 1,000 fis-sena.