Jista' il-Ministru jgħid kemm għaddew studenti minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Fgura mill-eżami tal-junior lyceum mill-1990 sal-lum, sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'sussidji ta' flus il-proċessuri tat-tadam lokali fuq it-tadam li xtraw mingħand il-bdiewa separatament?
Kemm kienet il-produzzjoni f'Malta u Għawdex separatament u fuq kemm tmien ta' raba'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra, is-sussidji fuq it-tadam tħallsu skond il-piż u mhux skond it-tmiem ta’ raba u kienu jammontaw kif muri fit-tabella t’ hawn taħt. Mis-sena d-dieħla, il-ħlas se jsir skond l-‘area’ ta’ produzzjoni u d-dettalji ta’ produzzjoni f’ Malta u f’ Għawdex se jinżammu separatament.
Ninsab infurmat li b' kollox tħallsu l-ammont ta' Lm325,142.21 lil tliet proċessuri tat-tadam:
Sussidju ta’ 5ċ / kg
Magro Brothers Ltd. - Lm 176,052.30 (3,521,046 kg)
Vernon Foods Manufacturing and Trading Ltd. - Lm 118,442.86 (2,368,857 kg)
Farmers Foods Ltd. - Lm 30,647.05 ( 612,941 kg)
Ma jinżammux figuri separati għall-produzzjoni ta' tadam għal Malta u Ghawdex iżda l-produzzjoni totali kienet ta' 6.5 miljun kilo.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-limitu stabbilit ta' l-ammonti ta' flus għal direct orders li l-ministeri jistgħu japprovaw f'din il-Leġislatura? Kemm kien fil-Leġislatura l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Kemm f'din il-leġislatura kif ukoll fil-leġislatura li għaddiet, il-limitu stabbilit ta' ammonti ta' flus għal direct orders li l-Ministeri jistgħu japprovaw joħroġ mir-Regolament 11 ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, Regolamenti għal Provvisti fis-Servizz Pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 115, jista' il-Ministru jinformani bid-dettall separatament u cioe` kemm intnefqu flus a) fil-pjanti; b) fi xtieli; c) f'siġar; d) f'vetturi; e) f'inġenji u apparat ieħor iżda mhux inkluż in-nefqa li tħallset lill-ħaddiema bħala bonus jew overtime?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab Infurmat li l-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-‘Embellishment and Landscaping Consortium’ jipprovdi għal żewġ tipi ta’ pagamenti, dawk għal manutenzjoni u dawk fuq proġetti :
i. Manutenzjoni
Il ħlas għall-manutenzjoni isir fuq rata ta’ ‘
manday basis
’ li hija ‘
all inclusive
’, jiġifieri tinkludi pagi, salarji, ‘
bonuses
’, ‘
overtime
’ materjal, inġenji, tgħamir, spejjeż oħrajn (
overheads)
u qliegħ (
profit).
Sa l-aħħar ta’ Mejju 2003 tħallsu Lm 1,453,103.70 fuq manutenzjoni.
ii. Proġetti
Il-proġetti jitħallsu kemm a bażi ta’ materjal pprovdut, kif ukoll għall-pagi, salarji, ‘
bonuses
’ etc.
Sa l-aħħar ta’ Mejju 2003 tħallsu Lm 336,676.89 għal materjal pprovdut u Lm 277,715.30 għall-pagi.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 122 u cioe` jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' Direct Orders li ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena u tas-snin 2001 u 2002 kien kif jidher hawn taħt:-
1. Boffa Hospital - Xejn
2. Head Office & St. Luke's Hospital
Sena
Numru ta' Direct Orders
Ammont
2001
2
LM52,218
2002
-
-
2003
6
LM187,928
(Is-somma tat-2003 tinkludi Lm164,950 ghal "service contract" tal-Cobe Kidney Machines" li jasal sas-sena 2010.)
3. Goverment Pharmaceutical Services
Sena
Numru ta' Direct Orders
Ammont
2001
606
Lm347,337
2002
444
Lm317,035
2003
499
Lm320,515
L-ammonti ġew kwotati f'liri Maltin. Id-'direct orders' li saru mill-GPS fil-perjodi msemmija jinkludu ammonti f'muniti barranin. Il-figuri ġew konvertiti f'liri Maltin b'rati tal-kambju tad-data 4 ta' Lulju 2003, ghalhekk l-ammonti imsemmija jistgħu jvarjaw. Fl-ammonti hemm ukoll inklużi xi penali li ġew mnaqqsa mill-ammont globali.
Peress li r-rampa ħdejn Xerri Garden Centre fi Triq ta' Burmarrad ma tranġatx max-xogħlijiet li kienu qed isiru f'din it-triq għad-detriment li l-bdiewa ma jistgħux jgħaddu minnha, jista' il-Ministru jara li titranġa minnu fih ħalli s-sitwazzjoni tiġi rimedjata u l-bdiewa jkollhom l-aċċess neċessarju? Jista' jara li dawn ix-xogħlijiet isiru bla aktar telf ta' żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-post imsemmi kien hemm rampa komuni li ġiet irranġata bħala parti mill-proġett tat-triq ta' Burmarrad.
Irriżulta illi żviluppa tilwim bejn min juża din ir-rampa, bir-riżultat li din inqalgħet minn nies mhux magħrufa u għalkemm id-Direttorat tat-Toroq ipprova jagħmel żewġ rampi biex jevita l-inkwiet ħadd ma ried li dawn isiru fil-propjeta tiegħu.
Il-każ għalhekk għadu qed jiġi kkunsidrat.
Jista' il-Ministru jara li tiġi stallata it-telephone box li kien hemm fil-Marfa fil-parti ta' ħdejn is-substation tad-dawl tar-Ramla Bay u dan peress li din tintuża mill-bdiewa u l-pubbliku ta' l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Pq 1130.
Attivitajiet sportivi — Rati ta' l-elettriku speċjali
Question
Jikkonsidra l-Ministru li jawtorizza rati speċjali ta’ l-elettriku għall-attivitajiet sportivi uffiċjali li jsiru fil-għaxija bħalma huma l-football u t-tiġrijiet taż-żwiemel, peress li dan jgħin anke lill-isport għax jista' jħajjar aktar nies li jattendu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li mhux kompitu tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti tali konċessjonijiet, l-organiżżazzjonijiet responsabbli għal attivitajiet sportivi jingħataw sussidji minn fondi pubblici fl-ambitu tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż. Hi mbagħad fid-diskrezzjoni ta' l-istess entijiet kif dawn il-fondi jintużaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel primarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif dwar il-medja ta' assentejiżmu fl-iskejjel primarji ta' l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel sekondarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?
Response (GALEA, LOUIS)
It-Tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet kemm kien hemm ġenituri tat-tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji separatament li ttellgħu l-qorti minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003, ittellgħu l-Qorti, 829 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel primarji u 3204 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel sekondarji, minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti kien hemm ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet? Liema kienu l-iskejjel l-aktar milquta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda rapport ta' assentejżmu mhux ġustifikat minn skejjel Indipendenti għas-sena skolastika 2002-2003.
L-iskejjel tal-Knisja li rrapportaw dwar assentejżmu mhux ġustifikat għas-sena skolastika 2002-2003 kienu kif jidher hawn taħt:
Skola Numru Rrapportati
St. Elias College 1
Our Lady Immaculate 5
St. Monica (Gżira) 1
Maria Teresa Nuzzo 2
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Assentiżmu mill-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex trażżan l-assentejiżmu fl-iskejjel statali fis-sena skolastika 2003/04? X'mekkaniżmu jeżisti llum?
Response (GALEA, LOUIS)
Wieħed mir-rwoli tat-taqsimiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, huwa li jara li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni billi jattendu l-iskola regolarment. Meta studenti jassentu ruħhom mingħajr raġuni valida, dawn jiġu rrapurtati mill-iskejjel lis-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel.
Is-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel, permezz ta' l-'Education Social Workers' tiegħu qed jinvestiga dawn il-każijiet u jiżen il-problemi ta' x'qiegħed iżomm l-istudenti milli jattendu regolarment l-iskola. L-'Education Social Workers' iżuru l-iskejjel biex jitkellmu mal-kapijiet ta' l-iskejjel u wara jżuru lill-istudenti u l-familji tagħhom. Dawn iż-żjarat iservu biex tiġi stabbilita r-raġuni għall-assenteiżmu. B'metodi ta' 'Social Work' l-'Education Social Workers' jibqgħu jgħinu lill-istudenti u l-familji tagħhom sakemm l-istudenti jerġgħu jibdew il-ħajja skolastika tagħhom. F'każijiet meta l-'Education Social Workers' ma jsibux koperazzjoni mill-ġenituri, dawn jittellgħu il-Qorti skond il-liġi ta' l-Edukazzjoni.
Hemm sezzjonijiet fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li xogħolhom, ukoll huwa li jgħinu lill-istudenti fl-iskejjel biex ma jassentawx ruħhom. Fost dawn hemm il-'Guidance and Counselling Unit', u l-'iSchool Psychological Service'.
Biex l-assentejżmu jibqa' jiġi kontrollat u verifikat tul is-sena skolastika 2003/2004, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel laqgħat ma' 'Stakeholders' rilevanti, fosthom it-tobba, id-diversi aspetti tal-problema jiġu koordinati aħjar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 917 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000,01,02,03? Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress li fir-risposta ma hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000 sa 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxoghlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut u xogholijiet ohra relatati ma' dawn illokalitajiet fis snin 2000. 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fliskeda annessa.
Sena Lokalita’ Ammont
2000 LM
Marsalforn Bay 15093..00
Ghar Qawqla 3500.00
Xwejni Bay 1100.00
Qbajjar Bay 950.00
Xlendi Bay 6722.50
Ramla Bay 700.00
total expenditure for
Master Plan 266999.00
2001
Marsalforn Bay 2271.66
Ghar Qawqla 3655.37
Qbajjar Road 9586.50
Xlendi Bay 3588.69
Mgarr Bay 588.00
Zewwieqa Bay 565.00
total expenditure for
Master Plan 79596.00
2002
Marsalforn Bay 135425.66
Qbajjar 1500.00
Ghar Qawqla 2500.00
Zewwieqa Bay 1350.00
Xlendi Bay 25730.67
total expenditure for
Master Plan 44802.00
2003 sa Awissu
Marsalforn Bay 1336.84
Ghar Qawqla 1487.05
Qbajjar Bay 6321.00
Xlendi Bay 1800.00
Zewwieqa Bay 350.00
Mgarr ix-Xini 450.00
total expenditure for
Master Plan 14047.00
TOTAL 632015.94
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 915 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress li fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa.
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SITI ARKEOLOĠIĊI – XOGĦOL TA’ RESTAWR
Xogħ
lijiet ta’ restawr ta Siti Arkeoloġ
iċ
i/Storiċ
i
Meta saru
Restawr tal-faċċata tal-Mużew tal-Folklor, manutenzjoni tal-mekkaniżmu tal-Mitħna tax-Xagħra, xogħlijiet fuq il-faċċata tal-Mużew ta’ l-Armerija u restawr tal-Kavallier ta’ San Martin u replika tal-‘carriages’ tal-kanuni.
2000
Restawr tal-ħajt tal-Mużew tal-Folklor, manutenzjoni tal-Mitħna tax-Xagħra u restawr taċ-Ċittadella u tat-Torri ta’ Mġarr ix-Xini.
2001
Waterproofing’ tal-Mużewijiet ta’ l-Arkeoloġija, tal-Folklor u tan-‘Natural Science’, tal-Post fi triq Żenqa fiċ-Ċittadella u tal-Mitħna tax-Xagħra. Xogħlijiet strutturali tas-sala prinċipali tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija u tar-Ravelin taċĊittadella.
2002
Tkomplija ta’ xogħlijiet fiċĊittadella.
2003
L-ammont minfuq fuq siti arkeoloġiċi/storiċi huwa kif ġej:
2000 Lm73,400
2001 Lm91,310
2002 Lm92,840
2003 Lm45,460 (sa Ġunju)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 916 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress illi fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxoghlijiet ta' upgrading f'zoni turistici u xoghlijiet ohra relatati ma' dawn illokalitajiet fissnin 2000, 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fliskeda annessa.
Dwar ixxoghlijiet fuq siti arkeologici nirreferi lillOnorevoli Interpellant gharrisposta talmistoqsija numru 1183.
Sena Lokalita’ Ammont
2000 LM
Marsalforn Bay 15093..00
Ghar Qawqla 3500.00
Xwejni Bay 1100.00
Qbajjar Bay 950.00
Xlendi Bay 6722.50
Ramla Bay 700.00
total expenditure for
Master Plan 266999.00
2001
Marsalforn Bay 2271.66
Ghar Qawqla 3655.37
Qbajjar Road 9586.50
Xlendi Bay 3588.69
Mgarr Bay 588.00
Zewwieqa Bay 565.00
total expenditure for
Master Plan 79596.00
2002
Marsalforn Bay 135425.66
Qbajjar 1500.00
Ghar Qawqla 2500.00
Zewwieqa Bay 1350.00
Xlendi Bay 25730.67
total expenditure for
Master Plan 44802.00
2003 sa Awissu
Marsalforn Bay 1336.84
Ghar Qawqla 1487.05
Qbajjar Bay 6321.00
Xlendi Bay 1800.00
Zewwieqa Bay 350.00
Mgarr ix-Xini 450.00
total expenditure for
Master Plan 14047.00
TOTAL 632015.94