Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1171 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Nies illitterati f' pajjiżna

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 831, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar nies illitterati f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għajnuniet — Kompetizzjoni - Polo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna l-persuni li qed jieħdu sehem f'kompetizzjoni internazzjonali tal-polo?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma jirriżultalix li ngħatat xi forma ta' għajnuna fir-rigward ta' persuni li qed jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet tal-polo.

Għajnuniet — Kunċert ta' Elton John

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna, kemm finanzjarja kif ukoll ta' xorta oħra, ġiet mogħtija sabiex ġie organizzat il-kunċert ta' Elton John fuq il-Fosos tal-Furjana?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1122 fis-seduta Parlamentari numru 24.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 732, jista' l-Ministru jgħid il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tagħmilx parti mis-segretarjat privat? Jekk le, jista' jgħid xi rwol għandha din il-persuna fi ħdan il-Ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed taqdi d-dmirijietha ta' Assistent Segretarju Privat tiegħi. Isimha ma kienx inkluż fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 732 minħabba li l-kariga tagħha għadha m'hijiex konfermata mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ħaż-Żabbar — Qasam tal-bini ta' Bulebel iż-Żgħir - kaxxi ta' l-ittri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kaxxi ta' l-ittri mill-qasam tal-bini ta' Bulebel iż-Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar ġew maqlugħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fir-rigward ta' Maltapost, il-kaxxa msemmija li kienet fil-qasam tal-bini f'Bulebel iż-Żgħir ġiet trasferita għal Triq il-Labour (Main Road) mhux bogħod ħafna minn fejn kienet. Din biex isservi aħjar il-bżonnijiet ta' l-inħawi u tal-pustiera,peress li saret ukoll 'Depository Box'.
Leg 10 PQ #1276 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid min huma l-persuni li qed jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x’utilita’ jista’ jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1315 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi fl-industrija ta' l-ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 571 li saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' skond il-pjani tal-gvern għal wara s-sħubija, jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiżdiedu jew jonqsu l-impjiegi fl-agro-industrija, l-industrija ta' l-ikel u ta' l-ipproċessar u tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem, xorb u tabakk? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema u self-employed illum li jaħdmu ma' dawn l-industriji u kemm hu n-numru ta' koperattivi, fabbriki, kumpanniji, eċċ. attwali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi sa l-aħħar ta' Frar 2003 in-numru ta' ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom (self employed) 'full time', li kienu jaħdmu fl-agrikultura, ma' l-industrija ta' l-ikel, l-industrija tax-xorb u l-industrija tat-tabakk f'Malta u Għawdex separatament.

WSC/korporazzjoni Enemalta — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 575 u cioe' kemm fil-fatt iż-żewg korporazzjonijiet ta' l-ilma u d-dawl għandhom jiġbru flus ta' kontijiet pendenti f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Jista' jaqsam iċ-ċifra fi tnejn u cioe' kemm kummerċjali u kemm domestiku ? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000,1999 u 1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1317 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri u kiri ta' karozzi ġodda

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 344 u cioe' kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għal Għawdex? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-onorevoli interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taht:

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Mobile phones

Question

Jistaż il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 414 u cioe' kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-Ministeru u l-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti hemm 8 mobile phones. L-ispiża totali kienet ta' LM2125 inkluz spejjez kuntrattwali ta' kiri, li minnhom LM1823 tħallsu diġa filwaqt li l-bqija qed ikunu pporċesati.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Xiri u kiri ta' karozzi ġodda

Question

Jisa' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 350 u cioe' kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

CCF — Psikologu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex jispiċċa l-psikologu mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin u jekk għandux il-ħsieb li jiġi appuntat psikologu ieħor fil-futur qarib?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-psikologa li taħdem ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għadha taħdem fil-ħabs u ma spiċċatx kif qed jallega l-Onor. Interpellant.

CCF — Priġunieri li qed isegwu kors ta' riabilitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li qed isegwu kors ta' riabilitazzjoni? X'inhi l-proċedura biex wieħed isegwi dan il-kors? Kemm hemm applikanti li qed jistennew biex jagħmlu kors ta' riabilitazzjoni? X'inhi l-eta' ta' dawn ir-residenti li qegħdin isegwu l-kors ta' riabilitazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm tmienja u għoxrin (28) priġunier li qegħdin jattendu kors ta` riabilitazzjoni f`diversi ċentri inkluż is-SATU. Biex priġunier jikkwalifika biex japplika għal kors ta` riabilitazzjoni dan irid ikun wasal fl-aħħar sentejn tas-sentenza u ma jridx ikollu każijiet oħra pendenti. L-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati mill-Prisons Substance Abuse Assessment Board u wara dawn jagħtu parir lid-Direttur. Il-Prisons Substance Abuse Assessment Board jiltaqa` kull xahar, u għalhekk dawk l-applikazzjonijiet li jkun hemm jiġu ipproċessati u rari jkun hemm xi każ pendenti. L-eta` ta` dawk li qegħdin għal programm preżentament tvarja minn tmintax-il sena għal ħamsa u erbgħin sena.
Leg 10 PQ #1432 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li se jibdew is-sena akkademika 2003/2004 fl-Universita' ta' Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa l-Universita' għadha qed tipproċessa l-applikazzjonijiet u għalhekk għad mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1433 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta fil-perjodu 1999-2003? Minn liema pajjiżi kienu jew huma dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' studenti barranin li jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta bejn l-1999 u l-2003.

Ambaxxati barranin f'Malta — Diplomatiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini Maltin akkreditati bħala diplomatiċi f'ambaxxati barranin f'Malta?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat li skond l-aħħar Lista ta' Diplomatiċi akkreditati għal Malta li ġiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern Numru 17305 tal-25 ta' Ottubru 2002, kif stipulat mill-Att ta' l-1966 dwar l-Immunitajiet u Privileġġi Diplomatiċi, m'hemm l-ebda persuna ta' nazzjonalita Maltija akkreditata bħala diplomatiku f'ambaxxati barranin f'Malta.

Floriana — Triq l-Iljun - proġett tal-housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inċident seħħ fit-30 ta' Ġunju, 2003 fuq proġett tal-housing f'nru. 41, Triq l-Iljun, Floriana? Jekk weġġa' xi ħadd, xi ħsarat saru anke vis-a-vis terzi? X'passi ttieħdu biex jirranġaw dawn il-ħsarat? Kemm hi s-somma tal-ħsarat? Min kien il-kuntrattur involut? Huwa minnu li wara dan l-inċident ix-xogħol twaqqaf fuq dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-inċident li fl-inċident li rrefera għalih l-Onor. Interpellant waqgħu xi knaten fuq saqaf ta’ post biswit fejn kien qed isir xogħol ta’ twaqqiegħ tal-bini mill-kuntrattur, Asset Investments Ltd, fuq il-proġett ta’ Urban Renewal fi Triq l-Argotti, l-Floriana. Jien infurmat ukoll li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident u li l-ħsara ġiet irranġata għas-spejjeż tal-kuntrattur stess. Il-proġett ma waqafx minħabba l-inċident iżda biex jiġu kkunsidrati problemi tekniċi li nqagħlu waqt ix-xogħolijiet.

Estimi — Budget 2004 - Baħrija - Dawl fit-toroq

Question

Jista’ il-Ministru jara li fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus sabiex tigi mdawla t-triq principali tal-Baħrija ?

Response (GATT, AUSTIN)

It-talba biex tiddawwal it-Triq prinċipali fil-Baħrija għandha tiġi kkonsidrata mill-Kunsill Lokali issa li saret id-Devoluzjoni tad-dawl tat-toroq.
Leg 10 PQ #1521 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Applikazzjonijiet għal staff nurse

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-isptar San Luqa rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' natura importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ dawn iridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa ghall-applikazzjoni għall-post ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-"Vacation Leave" tan-Nurses bħal ta' mpjeġati ohra, huwa konċessjoni li jingħata skond l-esiġenzi tas-Servizz.

MOBC — Uffiċjal għoli

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli tal-MOBC qed iservi wkoll bħala fuel consultant għall-korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, kemm jagħti ħin servizz fil-ġimgħa u kemm jitħallas tal-konsulenza tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjal tal-MOBC bħalissa qed iservi wkoll bħala konsulent taċ-Chairman u l-Bord tal-Korporazzjoni. Il-konsulent jiġi mgħajjat skond l-esiġenzi u l-ħteġijiet taċ-Chairman u l-Bord u qed jesiġi xogħol speċifikat. Ir-remunerazzjoni tiegħu hi ta’ Lm8,000 fis-sena.