B’referenza għall-mistoqsija numru 830, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta’ l-Istat li l-Kunsilli Skolastiċi tagħhom iddeċidew li jaċċettew li jinkrew għall-istudenti li jgħallmu l-Ingliż? Kemm qed jitħallsu? Taħt liema kundizzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-iskejjel ta' l-Istat li l-Kunsilli Skolastiċi tagħhom iddeċidew li jaċċettaw li jinkrew għall-istudenti li jitgħallmu l-Ingliż.
Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamru matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli joħroġ id-derekwiżizzjoni fuq il-fondi: 118, Flat 1 (RO27008); Old Governor; 118, Flat 2 (RO49184); Palace Street; u 118, Flat 5 (RO33407); Birgu li huma substandard, mhux adegwati għal dawn iż-żmenijiet u anke kkundannati?
X'passi se jieħu biex titwaqqaf din id-diskriminazzjoni kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mhux bi ħsiebu ineħħi r-rekwiżizzjoni minn fuq il-postijiet imsemmija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id-dħul mis-servizzi soċjali tnaqqsu lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
X'passi se jieħu d-dipartiment biex tiġi rimedjata din il-problema mill-aktar fis possibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Kirkop — Impjegat fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jara li titwaqqaf id-diskriminazzjoni li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni qed jagħmel kontra wieħed mill-impjegati li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li huwa persuna b'diżabilita' u jiġi offrut xogħol xieraq u adattat skond il-ħteġijiet tiegħu u mhux ma jiġi offrut l-ebda xogħol li jkun ta' utilita' għad-dipartiment?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegat indikat mill-Onor. Membru ġie trasferit mill-Istitut Tekniku, Mikielanġ Sapiano ta' Raħal Ġdid wara li din l-istituzzjoni edukattiva għaddiet għal mal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST).
Ġejt assigurat li m'hi qed issir l-ebda diskriminazzjonima' din il-persuna.
Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus sabiex jiġu rijabiltati l-ħitan tas-sejjieħ mġarfa li hemm taħt is-swar ta'l-Mdina ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għadhom qegħdin jinġabru dettalji tal-ħsarat kollha f'diversi inħawi ta' Malta, b'riżultat tal-maltempati bejn it-Tnejn 15 ta' Settembru u l-Erbgħa 16 ta' Settembru, 2003. Wara li tiġi analiżżata l-ħsara jittieħdu d-deciżjonijiet x'għandu jsir.
Estimi — Budget 2004 - Rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa
Question
Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għat-tkomplija tal-fażijiet kollha tal-proġett ta' rijabiltazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-Ministeru għandu diversi prijoritajiet biex niżguraw li l-biedja ġewwa Malta tkompli tiżviluppa.
Ix-xogħol fuq Wied il-Qlejgħa, għalkemm mhux fil-lista ta’ prijorita’ f dan il-mument, ser jitkompla fil-ħin opportun.
Jista’ il-Ministru jinfurmani liema huma l-Uffiċjali tad-Dipartiment ta'l-Agrikoltura li se jirraprezentaw lill-pajjiżna fil-kumitati kollha tal-Biedja ta'l-UE wara Mejju ? X'aġenda u x'se jkunu t-targets ewlenin ta' dawn l-uffiċjali f'dawn il-kumitati ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġet cirkulari mill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex jiġu ngaġġjati mis-Servizz Pubbliku 4 Technical Attaches għal dan il-Ministeru. Dawn ser jattendu għal laqgħat tal-kumitati fil-biedja u affarijiet veterinarji, sajd u ambjent.
Xogħolhom ser ikun li jittrasmettu lill-ufficjali ġewwa Malta dak li hu ta interess dirett għal pajjiżna. Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna tittieħed wara konsultazzjoni mat-teknici fil-Ministeru u jekk ikun hemm bżonn mal-partijiet ikkoncernati.
Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għax-xiri ta' X Ray machine għaċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-estimi għal Budget tas-sena 2004 għadhom qed jiġu ippreparati.
Jista’ il-Ministru jinfurmani wara sħubija ta' Malta fl-UE x'se tkun il-pozzizjoni eżatta ta' l-art Agrikola u ta'l-Irzizet li llum jokkupaw l-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin fil-gżejjer tagħna ? Il-kirjiet tar-raba, ċnus tar-raba, qbila tar-raba se jogħlew wara Mejju li ġej ? Wara Mejju li ġej, pajjizna se jaġġorna ma' forom ġodda ta' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-artijiet u l-irzizet tal-biedja ?
Response (BORG, TONIO)
It-titolu fuq raba, u awmenti ta` qbiela huma regolati bil-liġi dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba li se tibqa` fis-seħħ anki wara l-1 ta` Mejju, 2004.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati wara ilmenti kontinwi mir-residenti ta' Triq Upper St. Albert (ħdejn Taljana Lane), Gżira għall-ilma li ilu ħiereġ minn nofs ta' triq għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
L-uniku lment li rċeviet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-area indikata kien propju mingħand l-istess Onor. Interpellant.
Skond dan l-ilment xi ilma kien dieħel fil-garaxx li hu taħt il-livell tat-triq u taħt il-blokk ta' flats li fih hemm ir-residenza ta' l-Onor. Interpellant.
Il-ħsara imsemmija kienet f'service pipe u l-ammont ta' ilma li kien ħiereġ kien wieħed relativament żgħir. Din il-ħsara isewwiet nhar is-Sibt 30 ta' Awissu.
Akkomodazzjoni soċjali — Tqassim ta' postijiet tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sistema juża d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex iqassam postijiet tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali juża sistema ta’ punti u rapporti minn nies professjonali biex jgħinuh jiddeċiedi fl-allokazzjoni ta’ postijiet vojta li jkollu f’idejħ fil-mument.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema kategorija tas-soċjeta' Maltija tista' tapplika biex tieħu post tal-gvern mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’każijiet ordinarji Persuni li għandhom problemi dwar akkomodazzjoni u li d-dħul tagħhom fis-sena ma jaqbiżx Lm3,000 jekk persuni weħedhom jew bejn Lm4,000 u Lm5,000 jekk koppji bit-tfal u l-assi kapitali ma jaqbżux Lm12,000, jistgħu japplikaw mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Spiża tas-safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-Ministeru minn Jannar 2003 sal-lum? Kemm għad fadal fondi għas-safar mill-allokazzjoni tal-Budget? Kemm mill-ispiża tas-safar intnefqu mill-Ministru u s-Segretarju Privat, mis-Segretarju Permanenti, mid-Direttorat Multilaterali u mid-Direttorat Bilaterali? Jista' jgħid x'riżultat tanġibbli nġieb minn dan is-safar?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jelenka l-laqgħat li kellhom l-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja Maltin rappreżentanti permanenti residenti f'Ruma, Londra, Moska, Stockholm, Copenhagen, The Hague, Ateni, Madrid u Canberra matul dawn l-aħħar sentejn? X'kienu s-suġġetti diskussa, ma' min saru l-laqgħat u x'ħareġ konkret minn dawn il-laqgħat?
Response (BORG, JOE)
Il-laqgħat li kull rappreżentant permanenti Malti li qed iservi barra minn Malta ikollu waqt il-qadi ta' dmirijietu huma kotrana u ta' kull xorta. L-eżerċizzju biex jinġabar tagħrif dettaljat dwar kull laqgħa li kellhom dawk ir-rappreżentanti permanenti indikati mill-Onorevoli Membru f'dawn l-aħħar sentejn huwa massiċċ. Għaldaqstant, sakemm ma ningħatax raġuni għaliex qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Xiri ta' karozzi ġodda
Question
Jista' il-Ministrujgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru matul dawn l-aħħar sena u nofs u x'tip ta' karozzi nxtraw? Għal min inxtraw u kemm kienet l-ispiża biex inxtraw dawn il-karozzi?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Uffiċjali ntitolati għall-fuel b'xejn
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali fil-Ministeru li huma ntitolati għall-petrol u/jew diesel b'xejn? X'kienet in-nefqa għal dawn il-fuels matul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jelenka din in-nefqa skond kull uffiċjal?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Manutenzjoni tal-lift
Question
Peress li f'mistoqsija parlamentari 32801 il-Ministru nforma lill-Kamra li l-ispiża għall-manutenzjoni għal lift tal-Ministeru kienet laħqet Lm1,916 fuq perjodu ta' tliet snin u nofs sa Marzu 2002, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus fuq il-lift minn April 2002 sa Lulju 2003 u kemm-il darba waqaf jaħdem l-istess lift matul l-istess perjodu? Jista' iserraħ ras il-ħaddiema ta' l-istess Ministeru li l-ispejjeż li qed jintnefqu fuq il-lift m'humiex flus fil-ħela iżda investiment sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza li ta' spiss hija ta' uġiegħ ta' ras għal min jaħdem fl-istess bini?
Response (BORG, JOE)
Matul il-perijodu indikat fil-Mistoqsija intefqu LM1,093.44 fuq il-lift. Fl-istess perjodu l-lift waqaf 65 darba.
Nixtieq inserraħ ras l-Onorevoli kollega li l-flus li jintefqu fuq il-lift sabiex dan jinżamm fl-aħjar stat ta' effiċjenza possibbli huma kollha meqjusa bħala investiment għall-kumdita ta' l-impjegati.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Soqfa/bini strutturali
Question
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-perit tal-Gvern jew tal-privat qattx sabu xi diffikulta' sabiex jiċċertifikaw li s-soqfa jew xi bini strutturali tal-Ministeru kien jinsab f'kondizzjoni perikoluża? Jekk le, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapporti li saru mill-istess periti dwar l-istat tas-soqfa tal-Ministeru?
Response (BORG, JOE)
Jien infurmat illif'dawn l-aħħar snin ma ntalabx li jsir rapport dwar l-istat tas-saqaf tal-Ministeru. Ħemm il-ħsieb li jsir survey ta' Palazzo Parisio qabel ma jsir il-proġett ta' l-estenzjoni tal-bini tal-Ministeru.