Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jara li l-każ ta' l-anzjana biex tidħol SVPR li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħatu separatament jitmexxa peress li din il-persuna tgħix waħedha? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet eżaminata mill-Admission Board u ser tingħata priorita’ meta jkun hemm post battal fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Ċittadella ta' Sant Iermu

Question

Jafx il-Ministru li l-ambjent u l-bini in ġenerali taċ-ċittadella ta' Sant Iermu, il-Belt jinsabu fi stat dilapidat ħafna? Jafx il-Ministru li hemm numru ta' squatters jokkupaw dan il-bini storiku u anki saħansitra jrabbi l-annimali hemm? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex jirrimedja dan l-istat prekarju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Huwa għajb għalina l-Maltin bħala Nazzjon, li niftaħru ħafna bis-siti storiċi li għandna u bil-wirt kulturali li ħallewna ta’ qabilna, mbagħad naraw fortizza hekk importanti bħal ma hija dik ta’ Sant’Iermu li ma tiġix użata kif suppost. Bħ alma ma jaf l-Onor. Interpellant Sant’Iermu huwa maqsum f’ż ewġ partijiet – dik li tissejjaħ Upper St. Elmo u dik li tissejjaħ Lower St. Elmo. Il-parti ta’ fuq għ andha uż u bħ ala l-Akkademja tal-Pulizija u allura hemm organizzazzjoni li qiegħ da tieħ u ħ sieb il-manutensjoni tagħ ha filwat li dik ta’ isfel ( Lower St. Elmo) ma hemm l-ebda uż u speċ ifiku tagħ ha ħ lief dik li hu magħ ruf li tintuż a biex jinbnew karrijiet tal-karnival. Barra minn hekk nafu, ukoll kif aċ ċ enna l-istess Onor. Inerpellant, li hemm numru ta’ squatters li qed jokkupaw dan il-bini. Diġ a kellna diskussjonijiet ma’ Ministeri oħ ra u Dipartimenti tal-Gvern biex naraw x’azzjoni immeddjata tista’ tittieħ ed kif ukoll biex naraw x’uż u jista’ jsir mill-post. Nispera li xi forma ta’ azzjoni tkun tista’ tittieħ ed fil-futur qarib. Wieħ ed japprezza l-intervent ta’ l-Onor. Interpellant favur li tittieħ ed azzjoni u nispera li meta tittieħ ed dinl-azzjoni ikun hemm konsensus minn kulħ add u jingħ ata l-appoġ ġ meħ tieġ biex dawn l-affarijiet ma jibqgħ ux isiru.

Siti storiċi — Atti vandali

Question

Wara l-persistenza ta' atti vandali li qed isiru fuq is-siti storiċi tagħna u anki fuq il-mużewijiet tagħna, x'miżuri ta' sigurta' ulterjuri ħa l-Ministru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Heritage Malta hija mpenjata li ttejjeb b’mod professjonali u strateġiku is-sigurta` fis-siti u mużewijiet li hija responsabbli għalihom. Numru ta’ miżuri ġew introdotti fuq is-siti arkejoloġici u l-mużewijiet. Dawn il-miżuri jinkludu t-tisħieħ ta’ boundary walls u fences kif ukoll l-introduzzjoni ta’ gwardjani. Meta kien hemm bżonn, Heritage Malta utilizzat is-servizzi tal-pulizija u l-armata biex jissorveljaw xi siti. Ġiet installata substation u generator ħdejn it-tempji tal-Imnajdra u Haġar Qim biex ikunu jistgħu jiddawwlu dawn is-siti. Heritage Malta introduciet sistema ta’ gwardjani gwardjani f’siti oħrajn bħal ta’ Skorba, Borġ in-Nadur, Għajn Tuffieħa, Tas-Silġ u Ta’ Ħaġrat filwaqt li l-mużewijiet qegħdin jagħmlu użu minn servizzi ta’ sigurta` provduti minn kumpaniji privati. Wara l-atti vandali li saru dan l-aħħar fuq l-arkivji tal-War Museums Association, Heritage Malta offriet l-għajnuna tagħha u bdew diskussjonijiet bejn iż-żewġ entitajiet biex jinstab mezz kif tista’ tissaħħaħ is-sistema ta’ sigurta` fil-Mużew tal-Gwerra.
Leg 10 PQ #1633 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Nies li tressqu l-qorti - Vandaliżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħidilna minn mindu saret ir-riforma tal-liġi, kemm tressqu nies il-qorti akkużati b'reati li għandhom x'jaqsmu mal-vandaliżmu u jagħti dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn mindu daħlet ir-riforma tal-liġi kriminali, ma tressqet l-ebda persuna akkużata b`reat li għandhom x`jaqsmu mal-vandaliżmu bi ksur ta` l-Artikoli 161, 162 jew 325(2) tal-Kodiċi Kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta` Malta.
Leg 10 PQ #1634 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Avukat tal-għajnuna legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu l-avukat tal-għajnuna legali u min huma l-assistenti tiegħu? X'inhuma l-onorarji tagħhom u meta jiskadi l-kuntratt?

Response (BORG, TONIO)

L-Avukat tal-Għajnuna Legali huwa Dr Joseph Mifsud li għandu salarju ta` sitt elef mitejn u ħamsa u tmenin lira (Lm6,285) l-assistenti preżenti għandhom ħames mitt lira (Lm500) kull wieħed.
Leg 10 PQ #1635 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Avukat ta' l-għajnuna legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid, matul l-2001, l-2002 u l-2003 kemm kien hemm ġurijiet fejn id-difiża kienet kondotta mill-avukat ta' l-għajnuna legali u jagħti d-dettalji kollha?

Response (BORG, TONIO)

Billi sabiex tingħata din l-informazzjoni wieħed irid idur il-proċessi kollha wieħed wieħed tweġiba tingħata f`xi seduta oħra appena din tinġabar.

Ħlasijiet — Traduzzjonijiet għall-lingwa Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002 u l-2003 s'issa, kemm nefaq flus il-Gvern fuq traduzzjonijiet għall-lingwa Maltija konċernanti leġislazzjoni Ewropea u min kienu t-tadutturi magħżula u kemm tħallsu kull wieħed rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 861 u cioe' b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 89, jista' jinfurmani kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament u jagħti l-ammonti separati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż tas-safar

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar ta' l-ispejjeż tas-safar tal-Ministru, uffiċjali tekniċi , eċċ għall-oqsma tal-biedja, sajd, akwakultura u żvilupp rurali li jkopru l-ispejjeż ta' l-ajru, allowances u akkomodazzjoni minn Jannar ta' din is-sena sa Settembru ta' din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn that: Xahar Spiż a LM Jannar 1561 Frar 5172 Marzu 3282 April 7537 Mejju 9131 Ġunju 9800 Lulju 6798 Awwissu 2010 Settembru 11119 L-ispiża ta’ Settembru tinkludi ż-żjara tad-delegazzjoni fil-laqgħa tal-World Trade Organisation (WTO) fil-Messiku
Leg 10 PQ #1663 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema li ma waslux ix-xogħol minħabba l-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebu jsir rigward dawk il-ħaddiema li nhar it-Tnejn 15 ta' Settembru ma' waslux għax-xogħol minħabba l-maltemp qalil li laqat il-gżejjer Maltin?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċirkolari ta' l-OPM dwar is-suġġett.

Żejtun — Triq Sant'anġlu - ilma tal-vit

Question

Tista' il-Water Services Corporation tinvestiga ilment li wasalli mingħand diversi familji li joqogħdu Triq Sant'Anġlu, Żejtun, dwar l-ilma tal-vit li hu kollu sadid u ma jistax jintuża? X'jeħtieġ li jsir biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma taf bil-problema ta' l-ilma bis-sadid f'din it-triq u ser tieħu l-passi meħtieġa biex jinbidel il-main. Sakemm dan iseħħ, peress li hu proġett li jieħu ftit taż-żmien, ser isiru washouts tas-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'intervalli regolari biex l-problema tittaffa kemm jista' jkun.
Leg 10 PQ #1672 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-klandestini li ġew mibgħuta lura mill-Italja nhar it-22 ta' Settembru 2003? Jista' jikkonferma li dawn kienu kollha l-istess klandestini li kienu fuq id-dgħajsa li ngħatat l-assistenza mill-Forzi Armati fl-ibħra territorjali Maltin ftit ġranet qabel? Kemm minn dawn il-klandestini se jintbagħtu lura l-Eġittu? Fejn qegħdin alloġjati u meta se jintbagħtu lura l-Eġittru? Kien hemm minnhom li applikaw għall-istatus ta' refuġjati, jekk hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-klandestini li ntbagħtu lura mill-Italja nhar it-Tnejn, 22 ta` Settembru 2003, kienu mija tmienja u erbgħin (148). Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija Maltija, ġie ikkonfermat li dawn kienu fuq id-dagħjsa li kienet ingħatat l-assistenza mill-Forzi Armati ta` Malta ftit tal-ġranet qabel. Mija sitta u tletin (136) minnhom, li irriżulta li kienu Eġizzjani ġew ripatrijati dalgħodu. Ħdax oħra se jiġu ripatrijati dil-ġimgħa. Infurmat ukoll li ħadd minn dawn ma applika għal status ta` refuġjat.
Leg 10 PQ #1673 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ripatriazzjoni ta' klandestini — Trattat bejn il-Libja u t-Tuneżija

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati tal-Gvern biex jiġi konkluż trattat mal-Libja u mat-Tuneżija dwar ir-ripatriazzjoni ta' klandestini li jkunu waslu Malta minn dawn il-pajjiżi?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-negozjati mal-Libja huma fi stadju avanzat tant li sar skambju tat-test tal-ftehim. Fir-rigward tat-Tuneżija Malta għamlet proposta iżda sa issa għad ma hemm xejn konkret. Tajjeb pero` infakkar lill-Onor. Interpellant illi din it-tema ġiet diskussa fil-laqgħa tal-Ministri ta` l-Intern tal-Mediterran tal-Punent (CIMO) li saret f`Malta fil-25 ta` Settembru 2003 u hemm qbil li hu fl-interess tal-pajjiżi kollha involuti f`dal-proċess, Tuneżija u Libja inklużi, illi tinstab soluzzjoni għall-problema ta` l-Immigrazzjoni Illegali. Malta ser tuża l-Presidenza sabiex tintensifika l-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi membri f`dal-Forum.
Leg 10 PQ #1674 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Far — Ċentru ta' detenzjoni għall-klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema hu s-sit li ġie identifikat f'Ħal Far biex jintuża bħala ċentru ta' detenzjoni tal-klandestini? Meta se jibda x-xogħol fuq dan is-sit u meta hu maħsub li jibda jintuża? Jista' jgħid jekk għandux stima ta' kemm se jiġi jiswa? Jista' juża l-influwenza tiegħu biex l-għassa ma ssirx mill-membri tal-korp tal-pulizija li għandhom jiġu wżati għal xogħol aktar utili, iżda mill-forzi armati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi żewġ blokki fis-sit magħruf bħala ta` B`Xejn ġewwa Ħal Far ġew identifikati sabiex jintużaw bħala open centres għar-refuġjati. Ix-xogħol diġa` inbeda u huwa mistenni li jkun lest fil-futur qarib. Dan ix-xogħol qiegħed isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, għaldaqstant ma saritx stima ta` kemm huwa stmat li ser tkun l-ispiża. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-forzi tas-sigurta` jikkordinaw bejniethom ix-xogħol li jinvolvi l-immigranti illegali, skond ma jkun meħtieġ.
Leg 10 PQ #1675 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Far — Ċentru ta' detenzjoni għall-klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fost il-klandestini detenuti fiċ-ċentri ta' detenzjoni hemmx speċjalizzazzjoni f'xi materja partikolari jew xi professjoni? Jista' jgħid jekk għandux xi pjanijiet biex dawn it-talin jingħataw opportunita', b'mod ikkontrollat, li jikkontribwixxu l-linja ta' speċjalizzazzjoni tagħhom għall-pajjiż f'xi xogħol waqt il-perjodu ta' detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fost l-immigranti llegali li fil-preżent jinsabu fiċ-ċentri ta` detenzjoni m`hemm ħadd li ddikjara ma` l-awtoritajiet li huwa xi professjonista jew li għandu xi speċjalizzazzjoni f`xi materja partikolari. Pero` tajjeb infakkar li meta applikant jingħata xi status, huwa qiegħed ukoll jingħata d-dritt tax-xogħol.
Leg 10 PQ #1277 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qed jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (BORG, JOE)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuna huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax mifhem x’ utilita’ jista’ jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’ document li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1280 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum — Riżultati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 965 dwar ir-riżultati għad-dħul fil-Junior Lyċeum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li:- 1. It-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum fl-2003 kien ta' 4503, li minnhom 2415 kienu subien, u 2088 kienu bniet. 2. In-numru ta' dawk li għaddw suġġett b'suġġett: Males Females Total Social Studies 2119 1822 3941 Maltese 1857 1735 3592 Mathematics 1668 1335 3003 English 1410 1269 2679 Religion 2181 1966 4147 3. In-numru ta' studenti li għaddew mill-ħames suġġetti ta' l-eżami kien ta' 2486. 4. Minn numru ta' studenti fl-iskejjel statali, hemm 467 li ma resqux għall-eżami.