Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sidien tal-mini buses — Karti tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni għaliex is-sidien tal-mini buses ikollhom jitilgħu Malta bil-karti tal-VRT għand l-Awtorita' tat-Trasport u għaliex dan il-proċess ma jsirx f'Għawdex stess? Ma jaħsibx li dan huwa inkonvenjent żejjed għas-sidien Għawdxin u ma jidhirlux li din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata biex l-Għawdxin jinqdew minn Għawdex stess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport diġa qed tieħu passi biex tinbiddel is-sistema użata sal-lum.
Leg 10 PQ #1666 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Siti arkeoloġiċi — Xogħol ta' restawr

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 915 u 1183 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew? Peress li fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew? Tista' il-Ministru tindika per item l-ammont minfuq u lil min tħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant qieghda tingabar u tinghata f'seduta ohra.
Leg 10 PQ #1667 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Bajjiet/xtut — Xogħol ta' upgrading

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1180 u 1185 rispettivament, tista' il-Ministru tgħid dettaljatament x'kienu x-xogħlijiet esegwiti, kemm swiet kull biċċa xogħol u lil min tħallsu u/jew għal xiex tħallsu dawn l-ammonti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant qieghda tingabar u tinghata f'seduta ohra.

Korporazzjoni Enemalta — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont numru 1000001555-2 district code 020, Kodiċi tal-post 133972 għadu ma ġiex rivedut wara li l-meter reader kien għamel spezzjoni ftit taż-żmien ilu, eżattament fit-22/12/2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1283 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Ġużeppi Despott — Valur storiku

Question

B’referenza għall-mistoqsija numru 968, jista' l-Ministru jelenka l-valur storiku li hemm fl-iskola Ġużeppi Despott?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' weġibt fil-mistoqsija numru 968, il-kumpless Ġużeppi Despott hu magħmul minn diversi binjiet li wħud minnhom għandhom valur storiku. Informat li dawn jinkludu dak il-bini li hu protett mill-MEPA, liema bini jmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin u li għandu wkoll valur arkitettoniku, bħas-sala u tliet binjiet oħra li kienu jintużaw bħala barracks militari mill-Ingliżi.
Leg 10 PQ #1284 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x’utilita` jista’ jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x’utilita’ jista’ jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pozizzjonijiet prattikament uniformi għal Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1286 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xiri ta' kotba ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 972 dwar ħruġ ta' offerti għall-kotba ġodda għall-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1 ta' Marzu 2003 sa llum, s-sezzjoni tal-Procurement tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħarġet ħdax-il offerta biex jinxtraw kotba ġodda għall-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat. Id-dettalji ta' min tefa' offerta, kemm kienet kull waħda u min rebaħ kull offerta huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1288 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal Assenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 973 u cioe' jgħid kemm fallew ġranet ta' skola t-tfal fl-iskejjel primarji statali matul is-sena skolastika 2001- 2002 fl-iskejjel ta' Bormla, Gżira, Żejtun, Żebbuġ, Mellieħa u Xewkija? Kif kienu mqassmin bejn dawk li kienu awtorizzati u dawk le skond il-livelli tal-klassijiet (Year 1 - Year 6)? Minn dawk li kienu awtorizzati kemm minnhom kienu ċċertifikati minn tabib b'mard konness mas-sistema respiratorja? Kemm minn dawk li ma kenux awtorizzati ntbagħtilhom social worker biex isegwi jekk jeżistux problemi soċjali fil-familji tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub fl-ewwel partijiet tal-mistoqsija qed jiġi verifikat. Informat ukoll li matul is-sena skolastika 2001 - 2002, is-'Social Workers' tat-Taqsima ' School Social Work Service' taw is-servizz tagħhom lit-tfal ta' l-iskejjel primarji u l-familji tagħhom fil-lokalitajiet imsemmija. Il-każijiet soċjali segwiti mis-'Social Workers' huma kif jidher hawn taħt: Lokalita' Każijiet Soċjali Total ta' Rapporti li Ġew Maħdumin ta' Assenteiżmu mis-Social Workers mhux Awtroizzati Kottonera 20 121 Żejtun 8 76 Żebbuġ 1 10 Gżira 5 29 Mellieħa 1 - Xewkija 1 1 Il-ġenituri jittellgħu l-Qorti talli jkunu naqsu li jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola. Ta' min jgħid li dawn il-ġenituri setgħu ttellgħu l-Qorti iktar minn darba matul is-sena skolastika.

Akkomodazzjoni soċjali — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti, kategorija b'kategorija, li qed jistennew li jingħataw post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 3078 applikanti li ġejjin minn kull qasam soċjali.

Djar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar tal-gvern humiex se jiġu ntegrati f'awtorita' waħda jew f'dipartiment wieħed? Jekk fl-affermattiv, meta se jiġu ntegrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hu ppjanat li l-funzjonijiet tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita’ tad-Djar jiġu amalgamati. Għal dan l-iskop, inbeda l-proċess biex is-sistema tal-punti għall-allokazzjonijiet, sew tad-Dipartiment kif ukoll ta’ l-Awtorita’, tkun fuq l-istess bażi. Dan il-proċess jirrikjedi wkoll li t-talbiet pendenti mad-Dipartiment jiġu riveduti u assenjati l-punti fuq is-sistema l-ġdida. Din l-amalgamazzjoni mistennija tiġi implimentata wara li jiġi finaliżżat dan il-proċess u wara li jiġu finaliżżati l-proċessi amministrattivi oħra meħtieġa biex, kemm jista’ jkun, din l-amalgamazzjoni ssir mingħajr diffikulta’.

Akkomodazzjoni soċjali — Impjegati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, kemm hemm impjegati seconded minn dipartimenti oħra għal ma dan id-dipartiment u kemm hemm impjegati tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali seconded ma' dipartimenti jew awtoritajiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 40 impjegati li fosthom hemm 3 seconded minn dipartimenti oħra. Għandu wkoll 3 impjegati li ġew seconded għall-Dipartimenti oħra.

Akkomodazzjoni soċjali — Impjegati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu pagi għall-impjegati tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-pagi maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mis-sena 2000 sa Lulju 2003 kienu: 2000 Lm256,536 2001 Lm306,177 2002 Lm269,907 2003 Lm150,620
Leg 10 PQ #1534 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati — Flus minfuqa f'telefonati

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus f'telefonati f'kull ambaxxata bejn April 2002 u Marzu 2003? Kemm tammonta l-ispiża totali ta' telefonati li saru matul l-istess perjodu mill-Ministeru kollu?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Dipartiment ta' l-Ekonomija — Esportazzjoni ta' prodotti Maltin

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-riżultati li rnexxielu jagħmel id-Dipartiment ta' l-Ekonomija fi ħdan il-Ministeru f'termini ta' kuntratti, xogħol, investiment jew ordnijiet ta' prodotti Maltin għall-esportazzjoni? F'kull każ, jista' il-Ministru jikkonsidra li dan l-esperiment kien ta' suċċess? Kemm tammonta l-ispiża totali (salarji, safar u spejjeż oħra) li għamel dan id-dipartiment minn kemm ilu li twaqqaf?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għan ewlieni tad-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika huwa li tipprovdi pariri tekniċi lill-Gvern fit-tfassil tal-politika ekonomika tiegħu u fl-immaniġġjar tad-diversi oqsma tal-ekonomija. Id-Diviżjoni, għandha wkoll ir-responsabbilta’ ta’ relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, filwaqt li d-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u tat-tfassil ta’ programmi settorali ta’ sorveljanza tas-suq. Għalhekk id-Diviżjoni m’hijiex direttament responsabbli għall-kuntratti, xogħol, investiment jew ordnijiet ta’ prodotti Maltin għall-esportazzjoni.

Antennas ta' mobile phones

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-antennas tal-mobile phone li hemm installati viċin il-bini tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġewx imwaħħla wara konsultazzjoni ma' esperti kompetenti ta' l-Awtorita' tas-Saħħa u li tħares lill-ħaddiema mill-perikli? U f'kull każ, jista' jinforma kemm hi l-qawwa ta' raġġi li dawn l-antennas jittrasmettu fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-parametri stabbiliti r-rapport interministerjali maħruġ f’Awissu 2000, bit-titolu “Report on Recommendations for Limiting Human Exposure to Time – Varying Electric Magnetic and Electromagnetic Fields in the Frequency Range from Ohz to 300GHz”. Il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ma jaqgħax taħt ir-responsabbilta’ ta’ l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol.
Leg 10 PQ #1537 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karozzi fil-Ministeru kollu nklużi l-ambaxxati? Kemm minnhom jaħdmu bil-petrol u kemm minnhom jaħdmu bid-diesel? Kemm għandu xufiera jew impjegati oħra mal-ministeru (inklużi l-ambaxxati) li jsuqu l-istess karozzi? Kemm saru inċidenti fuq l-istess karozzi f'dawn l-aħħar ħames snin u cioe' minn Settembru 1998 sa Awissu 2003? Kemm tammonta l-ispiża totali? Kemm tammonta l-ispiża ta' insurance premiums li jħallas il-ministeru għall-istess karozzi?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.