Jista' il-Ministru jserraħ moħħ id-diversi pazjenti li jbatu minn thyroid canar u li qed jieħdu t-tholidomide pills bħala kura, li mhux minnu li dalwaqt jispiċċa l-istock ta' dawn il-pilloli li jingħataw mill-isptar Sir Paul Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Ġermaniża li kienet tissuplixxi lil Malta fil--passat ma għadiex timmanifattura dan il-prodott.
Il-"Government Pharmaceutical Services" (GPS) qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex isib sors minn fejn jixtri l-mediċina indikata.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata parti minn Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq jonqosa ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.
Ħal Tarxien — Triq il-Madonna tad-Duttrina - Asfaltar
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija qegħda fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li ġie mħejji mid-Direttorat tat-Toroq, u x-xogħol fiha isir aktar il' quddiem skond il-prijoritajiet.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għandu diversi talbiet għal xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu mhux komplut bħal f'dan il-każ, u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar ' l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex ħsieb li taħtar Political and Security Committee Ambassador għall-UE?
Response (BORG, JOE)
Ħuwa maħsub li l-laqgħat tal-PSP jattendi għalihom l-ambaxxatur ta' Malta akkreditat għall-Belġju dejjem taħt ir-responsabbilta' tar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea li ser ikun responsabbli għall-ħidma tal-Gvern Malti fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Tista' tikkonferma li meta tieħu sehem fl-ESDF Exercises CME/CMX 03 u CME 04 Malta mhijiex sejra tieħu parti f'dik il-parti militari li tuża NATO Assets?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Malta sejra tieħu sehem fid-delegazzjoni ta' esperti tal-UE li kellha titratta il-problema tal-immigrazzjoni illegali mal-Libja? Jekk iva min hi l-persuna maħtura u meta inħatret?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta ser tiehu sehem f’din iż-żjara u għal dan il-għan gie identifikat uffiċċjal mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin biex ikun jista’ jakkumpanja d-delegazzjoni ta’ esperti ta’ l-Unjoni Ewropea. Għad mhux cert pero meta din iż-żjara ser issehh.
Nixtieq ingħid ukoll illi jekk jinbiddlu t-terms of reference ghal din iż-żjara, tista’ tinħass il-ħtiega li dan l-uffiċċjal jigi sostitwit b’ufficcjal ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid huwiex minnu li Malta ġiet mistoqsija jekk għandhiex ħsieb li tospita iċ-CHOGM tas-sena 2005 u jekk iva x'kienet it-tweġiba tal-Gvern Malti?
Response (BORG, JOE)
Malta ġiet mistoqsija jekk tkunx disposta tospita iċ-CHOGM għas-sena 2005. It-tweġiba tal-Gvern Malti kienet fil-pożittiv.
Malta beħsieba tibqa iżżomm il-kariga ta' Rapporteur tal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-Palestinjani wara li tissieħeb fl-UE?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern qiegħed jikkonsulta mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill / Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurta, mal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea u ma' diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma l-Awtorita' Palestinjana dwar l-aħjar strateġija li għandha taddotta Malta bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea għall-futur fl-aħjar interess tad-dritt tal-poplu Palestinjan li jkollu Stat tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal-laundry fir-raħal ta' Ħal Qormi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mit-twaqqif tagħha sal-lum? F'liema toroq inħarġu dawn il-permessi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-permessi li nħarġu għall-laundry fir-raħal ta’ Ħal Qormi mit-twaqqif tal-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar sal-lum kienu tnejn, waħda fi Triq il-Kbira u l-oħra fi Triq il-Ġdida fi Triq San Ġwakkin.
Immigranti llegali — Ripatrijazzjoni ta' imigranti llegali
Question
Jista' il-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar xi ftehim jeżisti, jekk jeżisti, mal-Libja, Tuneżija, Marokk u Eġittu dwar kwestjonijiet ta' ripatrijazzjoni ta' immigranti llegali?
Response (BORG, JOE)
Ma jeżisti l-ebda trattat ta' rimpatriju jew riammissjoni bejn Malta u l-Libja, it-Tuneżija, il-Marokk u l-Eġittu. Malta għamlet proposta lil dawn il-pajjiżi sabiex jiġi nnegozjat trattat simili iżda sa issa għadu ma ġie konkluż ebda wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mature students fl-Unisversita' jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja u jagħti dettalji? Xi kriterju jintuża biex jiġu ammessi fl-Universita' tali studenti u f'liema korsijiet jistgħu jidhru dawn?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħfi dettalji dwar il-Kunsilli Lokali, kunsill, kunsill kemm daħħlu flus fl-2001, fl-2002 u fl-2003 s'issa mill-kawżi tal-Kummissarji li jsiru fil-lokal?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Membru tiġi provduta mill-Kunsilli Lokali, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li attwalment irreġistraw profitt mill-kawżi tat-tribunali tal-lokal u kemm irreġistraw telf u jagħti d-dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Membru tiġi provduta mill-Kunsilli Lokali, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali.
Jaħsibx il-Ministru, anke al finijiet ta' konvenjenza , u fejn l-akkużati jkunu jistgħu jużufrrwixxu ruħhom mis-servizz ta' avukat, u wara l-esperjenza ta' l-aħħar snin, li jkun aħjar jekk is-seduti tal-kawżi tat-Tribunal tal-Kunsilli Lokali jinżammu kollha fil-bini tal-Qorti, il-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill -Onor. Membru li l-Gvern matul l-aħħar snin beda process ta' decentralizazzjoni anke fil-qasam tal-Gustizzja. Hija l-politika tal-Gvern li jkompli bil-process ta' depenalizazzjoni u b'hekk il-Qorti fil-Belt tkun tista' tikkoncentra fuq kawzi oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' ristrutturar hu propost li jsir mill Gvern fid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi matul ix-xhur li ġejjin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret l-aħħar riforma fl-1992, li permezz tagħha twaqqfet it-taqsima tax-Xogħlijiet, kien hemm diversi tibdil fl-istruttura tat-Taqsima. Per eżempju, id-Dipartiment tat-Toroq li kien jagħmel parti minn dak li kien magħruf qabel bħala d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, illum jifforma parti mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u għalhekk jaqa' taħt il-Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni. Id-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar, li wkoll kien jaqa' taħt id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, illum huwa r-responsabbilta' tal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Il-Waste Management Strategy Implementation Department inbidlitlu kemm il-funzjoni kif ukoll l-isem tiegħu bħala riżultat tat-twaqqif tal-kumpanija WasteServ. Dan illum sar Dipartiment tas-Servizzi tat-Tindif.
Mill-1 ta' Settembru, il-Parks and Landscape Conservation Section saret tifforma parti mill-Ministeru għal Affarijiet Rurali u Ambjent filwaqt li mill-1 ta'Ottubru id-Dipartiment tad-Dranaġġ ser jiġi amalgamat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Minn dak iż-żmien ukoll, twaqqfu numru ta' Koperattivi fid-Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi. Barra minn dan, twaqqfu l-Kunsilli Lokali li għandhom relazzonijiet mill-qrib mat-Taqsima tax-Xogħlijiet dwar proġetti u xogħlijiet fil-kostitwenzi tagħhom.
Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, inħasset il-ħtieġa li wieħed jerġa jħares lejn l-istruttura biex jaġġornaha għaċ-ċirkostanzi ta' llum bil-ħsieb ukoll li jsir razzjonaliżżar fl-użu tar-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji. Naturlament dan iġib miegħu l-ħtieġa li wieħed iħares lejn id-diversi karigi maniġerjali li jeżistu bil-għan li jiġu riorganiżżati biex jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.
L-għan prinċipali wara dan l-eżerċizzjoni huwa li t-Taqsima tax-Xogħlijiet tkun f'pożizzjoni li tagħmel użu aħjar minn madwar 3000 ħaddiem li huma kapaċi u li huma mħarrġa f'diversi snajja fl-industrija tal-bini u kostruzzjoni, billi diversi xogħlijiet li llum qegħdin isiru mill-kuntrattur jerġgħu jibdew isiru mill-ħaddiema tal-Gvern. Dan diġa' qiegħed jitwettaq fuq diversi proġetti fosthom f'xogħlijiet ta' restawr u ta' manutenzjoni kif ukoll proġetti bħalma huwa dak ta' l-Imdina. Fix-xhur li ġejjin, dawn l-impjegati ser jaħdmu wkoll fuq il-proġett ta' Paceville, fl-irranġar tal-pjazzez prinċipali fl-irħula, ġonna pubbliċi u xogħlijiet oħra.
Dan l-istrutturar ser isir kemm fl-interess tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll tal-ħaddiema nfushom, u għalhekk m'għandix dubju li f'dan l-eżerċizzju ser insibu l-koperazzjoni ta' kulħadd.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1443, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox impjegati mal-Gozo Channel u jindika l-mansjonijiet rispettivi tagħhom? Jista' jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel din is-sena, jindika x-xxhur relattivi ta' meta dawn il-ħaddiema ġew impjegati u x'mansjonijiet għandhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.