Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — Inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif u jgħid fl-2001, fl-2002 u fl-2003 s'issa kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt bandiera Maltija u jagħti dettalji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn Ottubru 2002 'l hawn, ġew irraportati 93 inċident li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt il-Bandiera Maltija. Dwar dawk li ġraw matul l-2001 u l-2002, dawn ġew publikati fir-Rapporti Annwali ta' l-Awtorita' Marittima li tqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1644 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti u Studji — Malta - EU - Uffiċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar is-sena 2000 ingħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23461 fit-12 ta’ Frar 2001. Wara s-sena 2000 ġie ikkummissjonat rapport ieħor mill-MITTS Ltd dwar “The Application to MITTS Ltd of the EU Public Procurement Rules”. Dan ir-rapport ġie ppreparat f’Jannar 2001 minn White and Case, ditta bbażata fi Brussell li tipprovdi xogħol ta’ konsulenza legali.

Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministru għall-Politika Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġie kontrattat ebda rapport relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja minn dan il-Ministeru sussegwentement għal dak li għamilt referenza għalih fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23462 fil-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1646 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma irriżultalix li kien hemm xi rapporti ikkummissjonati.
Leg 10 PQ #1648 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infumat li matul is-sena 2001, fuq inizjattiva tal-Ministeru tat-Turiżmu, tħejja rapport mill-Consortium ECODES taħt ir-ras "Assessment of the Adoption of the Acquis Communautaire on the Tourism Sector in Malta" li sewa 13,000 Euros u li kien maqsum f'żewġ studji. Għandi l-pjaċir ngħid li n-nefqa tħallset kollha mill-Kummissjoni Ewropea. Wieħed mill-istudji kien dwar il-guiding u tħejja mis-Sur Eduardo d'Amico u s-Sur Richard Skinner, filwaqt li l-ieħor kien dwar l-impatt fuq in-negozji ż-żgħar b'mod partikolari dwar il-lukandi u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u tħejja mis-Sur Antonio Scipioni, Ms Cerylle Boccaccia, is-Sur John Downes u Dott. Anton Micallef.

Malta Shipbuilding Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf li sar fis-sena 2002 tal-MCSL (Malta Shipbuilding co. Ltd)? Jista' jagħti d-draft accounts taż-żewġ Tarznari? Dawn l-accounts ġew mgħoddija lill-EU kif stipulat? Dawn kif jipparagunaw mal-projections li għamel il-management?

Response (GATT, AUSTIN)

It-telf tal-Malta Shipbuilding fis-sena 2002 kien ta' Lm10,874,994. Id-draft audited accounts tal-Malta Shipbuilding huma lesti pero għadhom ma ġewx approvati formalment mid-diretturi tal-kumpanija. L-Accounts tal-Malta Drydocks għall-2002 għandhom qed jiġu awditjati. Dawn l-accounts għadhom ma ġewx mgħoddija lil-EU. Filwaqt li t-telf proġettat fil-business plan għaż-żewġ tarżnari għas-sena 2002 kien ta' Lm19.5 miljun, it-telf attwali kien ta' Lm26.2 miljun.
Leg 10 PQ #1660 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa bejn il-Prim Ministru u l-President Bush

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-isforzi tal-gvern biex issir laqgħa bejnek mal-President Amerikan Bush? Fiex waslu l-isforzi tal-gvern tiegħek biex jinġieb Malta il-Kanċillier Ġermaniż Schroder?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nifhmix xi jfisser l-Onorevoli Interpellant bl-espressjoni “sforzi tal-Gvern” u nissuġġerrixxi lill-Onorevoli Interpellant joqgħod fuq sorsi ta’ informazzjoni aktar attendibbli.
Leg 10 PQ #1676 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Membri li pprovdew petrol lil dgħajsa ta' klandestini

Question

Billi l-Ministru tal-Ġustizzja u Intern stqarr pubblikament li d-deċiżjoni li jingħata l-petrol lil dgħajsa mimlija klandestini ttieħdet on the spot minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni ttieħditx on the spot mill-fizzjali li kienu abbord l-opra tal-baħar tal-Forzi Armati jew jekk kienux qegħdin jaġixxu fuq ordni superjuri ta' uffiċjal għoli tal-Forzi Armati? Jekk iva, min hu dan l-uffiċjal? Jekk id-deċiżjoni ngħatat mill-Forzi Armati ta' Malta, ma jaħsibx il-Prim Ministru li għall-ġejjieni għandu jkun ikkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni amministrattiva li jista' ikollha konsegwenzi ta' natura politika ma' pajjiżi ġirien tagħna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Forzi Armati aġixxew skond interpretazzjoni ta’ “policy directives” li ġew stabbilita żmien ilu wara konsultazzjonijiet meħtieġa. Jidher li f’dan il-każ qamet diverġenza dwar interpretazzjoni legali wara li l-Forzi Armati kienu ħadu d-deċizjoni tagħhom b’mod trasparenti

Bormla — Każ dwar serq ta' fjuri

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li każ ta' allegat serq ta' fjuri li jikkonċerna persuna (dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament) ilu pendenti minn Frar 2003 li għadda mal-pulizija ta' Ħaż Żabbar u li dwaru l-pulizija ma tridx tieħu deċiżjoni li jew tressqu quddiem il-Qorti jew tiddikjara li m'għandhiex provi? Kawża ta' dan in-nuqqas din il-persuna li tbati minn kondizzjoni medika ta' ċerta serjeta', qegħda tippreġudika saħħitha għaliex ma tistax tibqa' taħdem fejn kienet qrib id-dar sakemm tittieħed din id-deċiżjoni.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ser jibdew fil-futur qarib.

Aġenzija Appoġġ — Każ dwar tliet neputijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1410, jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex l-Aġenzija Appoġġ tagħti spjegazzjoni bil-miktub lill-persuna nvoluta peress li sal-lum din għadha ma tafx ir-raġunijiet li wasslu biex ma jibqax ikollha l-kunsens tat-tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1289 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — In-service courses

Question

Jista' l-Ministru jsib post aktar addattat fejn isiru l-in-service courses għall-għalliema peress li kelli lmenti li fl-iskola ta' Maria Regina fil-Blata l-Bajda fejn saru dan l-aħħar kien hemm sħana kbira fil-klassijiet u konfużjoni sħiħa ta' parking?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Ċentru ta' Maria Reġina fil-Blata l-Bajda hu wieħed mill-aktar milħuq li għandna. In-numru kbir ta' għalliema li jipparteċipaw fil-korsijiet ta' l-In-Service mhux biss jiġu akkomodati fiċ-ċentru tal-Blata l-Bajda iżda wkoll f'ċentri oħrajn. Lista ta' dawn tinsab hawn taħt: St. Joseph Boys Junior Lyceum, Paola ICT Learning Centre, Education Division, Floriana. Curriculum Centre, Floriana National Curriculum Centre, Ħamrun Skola Helen Keller, Qrendi Institute of Water Technology, Luqa Lily of the Valley Girls' Secondary School, Mosta Science Centre, St. Patrick's Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar Maria Assumpta Girls' Secondary School, Ħamrun Technology Education Centre, Naxxar Catholic Institute, Floriana English Language Resource Centre, Valletta Lorenzo Manche' Boys' Secondary School, Floriana Drama Unit, Blata l-Bajda Guidance and Counselling Centre, Floriana Birdlife Premises, Ta' Xbiex Adelaide Ċini Girls' Secondary School, Ħamrun Despott Hall, Education Division, Floriana Robert Sammut Hall, Floriana De La Salle College, Cottonera Arabic Language Centre, Msida German Resource Centre, Msida Sedqa Offices, Sta. Venera MEBC TV Studio, Channel 22, Ħamrun Huwa diffiċli biex fix-xahar ta' Lulju jinstab post fejn ma tinħasx sħana. Daqstant ieħor hu diffiċli li ssib post fejn mijiet ta' parteċipanti fl-Inservice Courses ma jsibux problema ta' parking.
Leg 10 PQ #1290 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1291 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Patrols - Bajjiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jieħdu ħsieb li jsiru patrols regolari fil-bajjiet tagħna biex jaraw li ma jsirx parking fuq ir-ramel u li jkun ta' periklu għan-nies li jmorru hemm biex jikkreaw ruħhom? Jista' jara li dan isir speċjalment fil-Ġnejna fejn kien hemm diversi rapporti anke fil-gazzetti dwar konfużjoni sħiħa ta' parking li qed ukoll jaffettwa l-ambjent?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-awtoritajiet kompetenti.

Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qedgħin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1293 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ġustizzja u Intern — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta` dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x`utilita` jista` jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f`dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.

Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali hu responsabbli li, safejn hu possibbli, jipprovdi akkomodazzjoni jew akkomodazzjoni alternattiva lil dawk bi dħul baxx jew medju u lil dawk bi bżonnijiet speċjali. Id-Dipartiment hu wkoll responsabbli minn numru ta’ postijiet privati li kienu rekwiżizzjonati qabel l-1995.

Ex-ħaddiema ta' Farsons — Reviżjoni tal-pensjonanti

Question

Billi f'seduta 23 tad-9 ta' Lulju, 2003 il-Viċi Prim Ministru kien informa lill-Kamra li r-reviżjoni tal-pensjonanti li kienu jaħdmu mad-ditta Farsons kienet qed issir u kienet mistennija tkun lesta fi ftit ġimgħat oħra, billi minn dak iż-żmien 'il hawn għaddew kważi tliet xhur, jista' jgħid meta din il-kwestjoni mistennija tiġi finalizzata minħabba fl-inkonvenjent finanzjarju li din qed toħloq għall-persuni konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1623 f’Seduta Numru 35.