B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1605, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ humiex se jingħataw l-għażla jekk riedux imorru mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jew jekk iridux jibqgħu mas-servizz pubbliku?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1606 u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba minn xi dipartiment governattiv sabiex isir żvilupp li jinkludi proprjeta' 32, Eagle Str, Bormla?
Jista' jgħid kif ġiet applikata l-proċedura ta' pussess abbużiv meta dan l-istess gvern f'amministrazzjonijiet preċedenti kien stqarr li din il-proċedura m'għadhiex tintuża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond no. 32, Eagle Street, Bormla jifforma parti minn żewġ blokki ta` bini f`Eagle Street, Hannover Street, Irish Street u St Mark Street li ġew identifikati biex jiġu esproprjati għal fażi li jmiss għal skopijiet ta` Housing (St. Helen`s Gate Project Phase III) mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar.
Il-postijiet kollha f`dawn iż-żewġ blokki ġew stmati biex jiġu esproprjati b`titolu ta` xiri assolut u appena l-Awtorita` tad-Djar tipprovdi s-somma mitluba ta` Lm234,500.00, id-Dipartiment tal-Artijiet jippublika d-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta għall-akkwist ta` dawn il-proprjetajiet bit-titolu ta` outright purchase.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1615, jista' il-Ministru jgħid jekk il-bdiewa ingħatawx risposta għall-ilment li għamlu ma' l-Awtorita' tar-Riżorsi rigward raba fl-inħawi tal-Marfa (mhux Imtarfa kif muri f'mistoqsija parlamentari 1615)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' dwar ir-Riżorsi qed tagħmel l-investigazzjonijiet fuq l-ilment tal-10 ta' Settembru 2003 li għamlu l-bdiewa li għandhom ir-raba fl-inħawi tal-Marfa.
L-Awtorita' għandha tinforma lil partijiet konċernati fuq l-ilment inkwistjoni.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji tal-ftehim li sar sabiex id-dipartiment tad-drenaġġ jiġi ntegrat mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma sar l-ebda ftehġm bħal ma qal l-Onorevolġ ġnterpellant.
ġl-Gvern ħa deċġżjonġ lġ jdaħħal fġs-seħħ dawk l-artġklġ ta' l-Att dwar ġl-Korporazzjonġ għas-Servġzzġ ta' l-ġlma lġ jġrrġgwardjaw ġs-Sġstema tad-Drenaġġ
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li meta tieħu sehem fl-ESDF Exercises CME/CMX 03 u CME 04, Malta mhijiex se tieħu parti f'dik il-parti militari li tuża NATO Assets?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-e¿ercizzji msemmija Malta mhux se tippartecipa f’dik il-parti militari li tu¿a “NATO assets”.
Jista' il-Ministru jara li l-wire li hemm imqaċċat quddiem ir-residenza - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - jiġi rranġat minħabba l-periklu li hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevili Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kif inhi l-proċedura biex jingħata uplift iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħ'Attard? X'għajnuna jagħti l-gvern? Jista' jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa li joffri dan iċ-ċentru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tisħiħ tas-sbuħija tal-bereġ kollha qed issir bl-għajnuna u l-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kull sena, numru ta' bereġ jingħataw uplift sabiex l-ambjent ikun ta' livell aċċettabbli. Ninsab infurmat illi hemm pjan ħalli l-berġa ta' Ħ'Attard tingħata attenzjoni s-sena d-dieħla.
Peress li dan mhux Ċentru tas-Saħħa iżda Berġa u tinfetaħ minn tabib tal-familja u nurse għal siegħa tliet darbiet fil-ġimgħa, s-servizzi huma limitati għall-viżti għand it-tabib, preskrizzjonijiet ta' riċetti, xogħol ta' nurse limitat, u tqassim ta' mediċini permezz tas-servizzi postali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta sejrin jiġu mpjegati mas-servizz ċivili dawk li għaddew minn eżamijiet kompetittivi f'dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li tul dawn l-aħħar sitt xhur kien hemm żewġ eżerċizzji ta’ reklutaġġ li fihom kienu jikkomprendu eżami kompetittiv (bil-miktub) u li ġew konklużi.
Wieħed mill-eżamijiet kien għal Messaġġiera tal-Qorti. Il-ħatra tal-kandidati ġiet approvata.
Il-każ l-ieħor, huwa dak ta’ l-Iskrivani. Ir-reklutaġġ isir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' postmen li għażlu li jerġgħu lura minn mal-Maltapost għas-Servizz Ċivili? Meta sejrin jiġu trasferiti għas-Servizz Ċivili? Huwa minnu li se tonqsilhom il-paga?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta’ impjegati tal-Maltapost li għażlu li jiġu jaħdmu fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ mija wieħed u tletin (131).
Minn dawn in-numru ta’ “postpersons” huwa ta’ 21.
It-trasferiment sejjer isir fi żmien qasir u ħadd m’hu ser titnaqqaslu l-paga.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lil impjegati tiegħu biex ma jipproċessawx ħlasijiet għal pagi tad-Dockyard u l-Malta Ship Building? F'każ li fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi żbaljata.
Qabel ma l-Ministeru jgħaddi aktar flus lit-Tarzna, talab accounts mit-Tarzna biex jara sewwa s-sitwazzjoni finanzjarja. Fil-fatt instab li t-Tarzna rċeviet flus biex tkopri l-ħtiġijiet tagħha sa l-aħħar tas-sena.
Tajjeb li wieħed isemmi li l-fondi li l-istat lest jipprovdi għat-tarznari m’humiex bla limitu, l-Onorevoli interpellant jifhem li dawn il-fondi jiġu mit-taxxi li jħallas il-poplu u għalhekk lkoll irridu niżguraw li jintużaw b’mod effiċċjenti u fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-impjegati fis-servizz ċivili bħala Clerks, Executive officers, Administrative Assistants, Principals, Senior Principals, Assistant Directors, Directors u Directors General illum u kemm kienu fis-sena 2002 u fis-sena 2001? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakanzi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-grad ta’ “Administrative Assistant” illum inbidel f’dak ta’ “Assistant Principal”.
In-numru ta’ vakanzi f’kull grad fis-Servizz Pubbliku jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-Servizz u d-disponibilita` ta’ fondi.
B'referenza għal sejħiet għal ingaġġ mal-Gvern li saru dan l-aħħar jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakazi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 775 tat-30 ta’ Ġunju 2003 f’seduta numru 16.
Jista' il-Minstru jara li jitmexxa l-każ dwar housing ta' sinjur li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament? Jista' dan is-sinjur jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat ma’ oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu tabelli ġodda, kemm dawk overhead kif ukoll mal-ġenb tat-triq, li juru d-distanzi ta' l-irħula u l-ibliet? Kemm swew flus dawn it-tabelli? Minn meta twaħħlu, kemm minn dawn it-tabelli ġarrbu ħsarat? Kemm minn dawn ġew irranġati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi s'issa twaħħlu 185 tabelli ġodda matul ir-rotta numru 1, li tieħu mill-Freeport sa ċ-Ċirkewwa. Dawn it-tabelli ġew jiswew LM200,161, li jinkludi wkoll l-overhead structures ta' l-aluminium, il-bini tal-pedamenti tal-concrete u l-installazzjoni. Fadal ukoll 111 il-tabelli li jridu jitwaħħlu.
Minn dawn it-tabelli 37 ġarrbu ħsarat, u minnhom 11 qegħdin fil-proċess li jerġgħu jitwaħħlu filwaqt li l-kuntrattur qed jistenna li jkollu s-26 tabella oħra li kien imqabbad jordna.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kumitat tal-Garanzija, is-Supretendent tal-Wirt Kulturali u Heritage Malta esprimewx l-opinjoni tagħhom dwar l-użu taż-żewġ barrieri fl-inħawi ta' l-Imnajdra bħala engineered landfill?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li iva, l-entitajiet msemmija kollha esprimew l-opinjoni teknika u professjonali fir-rigward ta' l-użu taż-żewġ barrieri bħala Engineered Landfills fl-inħawi ta' l-Imnajdra. Is-Sovrintendent u Heritage Malta fasslu rapport konġunt li ntuża ukoll sabiex jitfasslu it-Terms of Reference ta' l-Environment Impact Assessment fuq l-Engineered Landfills.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1410 u 1678, jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex l-Aġenzija Appoġġ tagħti spjegazzjoni bil-miktub lill-persuna nvoluta peress li sal-lum din għadha ma tafx ir-raġunijiet li wasslu biex ma jibqax ikollha l-kunsens tat-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, minkejja li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma kellha l-kura u l-kustodja legali tal-minuri, l-Aġenzija Appoġġ, li kellha u għad għandha kuntatt ma’ din il-persuna, ma għandha ebda diffikulta’ li terġa’ tispjegalha għaliex ittieħdu d-deċiżjonijiet li kienu fl-aħjar interess tal-minuri.