Jista' il-Ministru jintervjeni fil-każ - id-dettalji qegħdin jintbagħtu separatament - stante illi l-persuna li min għandu qiegħed jintalab il-ħlas kien ħareġ minn negozju tant illi l-kont jidher fuq isem ġdid li kien ġie mogħti wara l-ħruġ tiegħu mill-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-ammont mitlub jirrapprezenta l-kontijiet li ħalla pendenti l-konsumatur meta telaq mill-post fis-7 ta' Settembru 1999.
Jista' il-Ministru jgħid wara ċertu dikjarazzjonijiet li saru, x'inhi l-politika jew il-mira tal-gvern dwar il-cluster schools? Saru xi studji dwar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Fil-Programm Elettorali tal-Gvern, fil-qosor imma b'mod ċar, infissru l-miri ta' l-iżviluppi li qed naħdmu fuqhom biex intejjbu l-kwalita' ta' l-esperjenza edukattiva tal-poplu tagħna. Hemm ukoll ħjiel ċar tal-ħsieb tal-Gvern fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' dan il-Parlament.
F'dawn l-aħħar ġimgħat jiena mexxejt djalogu intern ma' l-ogħla awtoritajiet fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bl-iskop li nevalwaw b'mod kritiku il-proposti tal-Gvern f'dan il-qasam. Dan id-djalogu tefa' dawl aktar ċar fuq id-diversi kwestjonijiet li jiġu analizzati biex jitfassal dokument li jservi ta' bażi għal djalogu nazzjonali li jkun jista b'mod jsir kemm jista' jkun informat.
F'dan il-proċess iridu jiġu eżaminati, fost kwestjonijiet ohra:-
1) X'mizuri jistgħu jittieħdu biex tigi eliminata l-frammentazzjoni fil-proċess edukattiv mill-eta' bikrija sat-temm ta' l-iskola sekondarja biex dan ikun wieħed progressivament kontinwu?
2) X'jista' jsir biex ikun hemm sens ta' ownership ta' dan il-proċess sħiħ u min ser ikun responsabbli għalih fil-livell ta' l-iskejjel?
3) X'tifsira ser nagħtu lill-awtonomija ta' l-iskejjel, x'timplika, u kif ser tiġi implimentata b'mod kontabbli u verifikabbli?
4) Xi skala ta' ekonomija hi meħtieġa biex jigi faċilitat dan l-iżvilupp? S'issa inħaseb il-kunċett ta' Schools Cluster. X'ifisser dan, u fil-prattika u loġistikament kif jista' jigi implimentat fil-kuntest tan-nisġa ta' skejjel pubbliċi li diga' għandna?
5) X'mizuri oħra jeħtieġ ikomplu jittieħdu biex il-miri tal-Kurrikulu Nazzjonali jintlaħqu bi kwalita aħjar fost l-usa firxa ta' tfal possibbli?
Bħalissa qed jigu riċerkati dawn u kwestjonijiet oħra. Il-ħsieb tiegħi hu li nsieħeb lil dawk kollha nvoluti w interessati, inkluż naturalment l-Oppożizzjoni, sa mill-bidu tal-proċess ta' djalogu biex dak li jiġi żviluppat ikun kemm jista' xogħol żviluppat kollettivament bl-aktar firxa ta' kunsens possibbli.
Edukazzjoni — Seniority ta' instructors u teachers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1087 li saret lill-Prim Ministru u cioe' kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti, jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed jagħmel il-ministeru tiegħu fir-rigward ta' l-instructors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-prassi sal-lum hija li l-uffiċjali fil-grad ta' 'Teacher' huma senior għall-uffiċjali pubbliċi fil-grad ta' 'Instructor', irrispettivament minn jekk min hu instructor għandux warrant permanenti jew temporanju.
Huwa maħsub li jsiru diskussjonijiet mal-Unions konċernati sabiex jintlaħaq ftehim sodisfaċenti għal partijiet kollha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1087 u cioe' jista' il-Prim Minsitru jgħid kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi skond Sezzjoni 1.3.10. (b) (ii) tal-“Public Service Management Code” jekk żewġ uffiċjali huma fl-istess grad jew fi gradi ekwivalenti l-anzjanita tiġi determinata skond id-data tal-ħatra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux it-tracer studies simili għal dak li kien sar fl-1999 dwar il-gradwati u n-nuqqas ta' xogħol fost il-gradwati? Jekk saru dawn it-tip ta' studji, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra għas-snin 2001 u 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Istudents Advisory Service Unit fl-Universita' ta' Malta kien għamel studju estensiv dwar il-gradwati tas-sena 2000.
Ir-rapport 'A Study of the Outcome of Graduates 2000 in the Job Market' tlesta fl-Lulju 2001. Ir-rapport dettaljat ħafna kien ilaħħaq madwar 450 pagna. Ser ngħaddi kopja ta' l-Executive Summary lill-Onor. Membru għall-informazzjoni tiegħu.
Studju ieħor dwar il-gradwati tas-sena 2002 qiegħed fi stadju avvanzat qabel il-pubblikazzjoni fil-ġejjieni qrib.
Minħabba li numru ta' ġenituri semgħu li mhux se jiġi offrut is-suġġett tal-Home Economics fil-form 1 bħala option subject minkejja li uliedhom li jinsabu fil-year 6 għażluh, jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux minnu jew le?
Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb fuq il-Home Economics fil-livell sekondarju u jekk hemmx il-ħsieb li dan isir xi care subject?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma hux minnu li l-Home Economics mhux ser jiġi offrut bħala option subject għal dawk li għażluh fil-Year 6 tal-Primarja.
F'dan l-istadju fil-livell sekondarju, il-ħsieb huwa li l-Home Economics jibqa' jiġi mgħallem kif kien matul dawn l-aħħar snin.
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati tal-ħlas ta' l-irmiġġi dovuti lil Malta Maritime Authority? Kemm jinvolvu sidien? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġi ġodda? Kemm-il sena ilhom pendenti b'kollox l-arretrati dovuti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi sa llum, l-arretrati jammontaw għal Lm94,465. Inkluż f'dan l-ammont hemm arretrati għal ħlas ta' rmiġġi fil-yacht marina ta' Malta kif ukoll dik ta' l-Imġarr Għawdex.
Dawn jistgħu jiġu maqsuma hekk:
Kurrenti Sena b'lura Aktar minn sena
Lm49,320 Lm9,445 Lm35,700
Dawn l-arretrati jinvolvu 551 dgħajsa jew sidien.
Hemm ukoll 350 applikazzjoni għal post fil-yacht marina ta' l-Imsida kif ukoll 87 applikazzjoni għal dik ta' l-Imġarr Għawdex.
Jogħġbu l-Ministru jevalwa s-suġġeriment li jerġa' jibda jopera l-lift tal-Barrakka ta' Fuq mill-iktar fis stante l-utilita' ovvja tiegħu, speċjalment għat-turisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern jifhem l-importanza u l-urġenza tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq u għalhekk neħħa dan il-komponent mill-kumplament tal-proġett Connections sabiex ikun jista' jsir indipendentiment u għalhekk f'inqas żmien.
Jogħġbu l-Ministru jara, wara d-diversi talbiet tiegħi, li ta' l-inqas jinbena ħajt /ċint mill-iktar fis madwar il-plot żdingat u abbandunat fit-tarf ta' Triq Anġlu Mangion, f'Ħal Tarxien peress li r-residenti ma jifilħux iktar l-inkonvenjent tal-ġrieden li qed jimirħu f'dan il-plot li issa spiċċa post fejn qed jintrema kull forma ta' skart?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bdew il-proċeduri sabiex toħroġ sejħa għal offerti għal bejgħ tal-plot fi Triq Anġlu Mangion, Tarxien. Għalhekk ma jkunx opportun li jsiru spejjeż sabiex jinbena ħajt madwar il-plot f`dan l-istadju.
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi eżaminata s-sigurta' tal-mini scooters li l-importazzjoni tagħhom ġiet temporanjament miżmuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ban temporanja li għaliha qed jirreferi saret fuq scooters li setgħu kienu qed jiġu impurtati bħala ġugarelli biex jiġi assigurat li dawn kienu jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ sigurezza kif stipulati fl-Ordni 16 ta’ l-1996 dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli.
Mill-istħarriġ li sar ma rriżultax li dawn il-mini scooters kienu ġugarelli u għalhekk l-ordni hawn fuq imsemmija ma kienetx tapplika għalihom.
Madanakollu l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku, minħabba raġuni tas-sigurezza u anke konformi mar-rakommandazzjoni tal-manifatturi li dawn għandhom jintużaw “off road”, ma tippermettiex li dawn jinsaqu f’postijiet pubbliċi.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-2001, 2002 u 2003 ma ġew ikkontrattati l-ebda rapporti u studju dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dwar rapporti li saru fis-snin qabel dawn imsemmija nirreferuk għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 23477. (seduta 494 tal-leġislatura preċedenti).
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru tal-Ġustizzja u Intern
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23467 fil-Leġislatura preċedenti.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-snin 2000 u 2001 ingħatat fit-tweġiba parlamentari Nru. 17246 (28-6-2000) u Nru. 23466 (5-2-2002) rispettivament.
L-informazzjoni dwar is-snin 2002 u 2003 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għal Għawdex
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq nirreferi lillOnorevoli Interpellant għarrisposta għallMistoqsija Parlamentari numru 23475.
Matul issena 2003 ilMinisteru għal Għawdex għamel kuntratt malABA Services Ltd għal servizzi konsultattivi rigward is'Single Programming Document'. F'dan ilkaż ilkonsulent kien isSur Andrew Blackadder.
Barra dan saru studji oħra speċifikament dwar Għawdex li ġew imħallsa millUnjoni Ewropea.
Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru tas-Saħħa
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Nru. 23471 f' Seduta Nru.493. Ma ġie kkummissjonat l-ebda rapport mid-dekasteru tiegħi marbut mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja mit-12 ta' Frar sa llum.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni ta' l-IT għas-servizzi on line ta' l-income tax related services, VAT services u social security services? X'medda ta' żmien hemm ikkontemplata għall-introduzzjoni tas-servizzi li għadhom ma daħlux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-sistema (R&A) tar-Registration and Authentication li kellha tiddaħħal fix-xahar ta' Settembru iddaħlitx kif ippjanat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.