Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għar-resits ta' l-eżamijiet fil-livell tas-SEC u MATSEC, kemm Intermedjarju u Avvanzat, li saru fil-bidu ta' dan ix-xahar? Kemm qagħdu għal kull suġġett? Kemm għaddew minn kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati serqiet f'Ġunju, Lulju u Awissu separatament? Jista' jelenka kemm saru serqiet minn djar fl-istess żmien? Kemm saru serqiet ta' vetturi u minn vetturi? F'liema postijiet saru dawn is-serqiet?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 1509, Nru. 1511 u Nru. 1513 dwar l-istess suġġett.
Jista' il-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-15 ta' Settembru kemm ġew rapportati inċidenti tat-traffiku lill-pulizija? Kemm kienu l-inċidenti fatali?
Response (BORG, TONIO)
It-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Jannar u Mejju 2003 hu kif jidher fit-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 106 u Nru. 889.
Għall-perijodu bejn Ġunju u l-15 ta` Settembru 2003 ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa s-segwenti:
Bla feruti
Bil-feruti
Fatali
Total
Ġunju
1,098
76
2
1,176
Lulju
1,286
110
1
1,397
Awissu
1,119
121
2
1,242
Settembru*
515
32
1
548
4,018
339
6
4,363
*sal-15
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi taċ-ċanga friska li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara f’ xi razzett taċ-ċanga friska kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm biss rapport wieħed ta' ħsara f' lanċa f' Malta, u rapport ieħor ta' ħsara f' impjant ta' l-akwakultura. Uffiċjal tat-Taqsima tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd diġa mar jara l-ħsara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tal-fniek li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għal dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal produttur tal-ħalib frisk kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Raħħala tal-moħoż u n-nħaġ — Ħsarat kawżati mill-maltemp
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala tal-mogħoż u ngħaġ li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp f'Malta u Għawdex separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, sa t-30 ta’ Settembru 2003, dan il-Ministeru ma rċieva l-ebda informazzjoni dwar xi ħsara minn xi raħħal tal-mogħoż u ngħaġ kaġun ta’ l-aħħar maltemp li kellna fil-Gżejjer Maltin.
Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Għawdex.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nifhem li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tikkonċerna bordijiet u kummissjonijiet kostitwiti għall-ewwel darba matul il-perjodu ndikat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru din l-informazzjoni.
Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li minn April 2003 lil hawn inħatru 9 bordijiet / kummissjonijiet.
Fir-rigward tal-Bordijiet, Kumitat tal-Garanzija, Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, Ċentru Malti għar-Restawr,
Heritage Malta
, Ċentru għall-Kreattivita’ nitolbu jagħmel riferenza għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet palamentari numru, 1491, 1493, 1494, 1495, 1508, rispettivament.
Il-Bordijiet tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti, l-Orkestra Nazzjonali, l-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Arti u Kulturali, u t-Teatru Manoel huma kostitwiti kif ġej :-
Fondazzjoni Patrimonju Malti
Is-Sur Maurice Degiorgio Chairman
L-Imħallef Giovanni Bonello Membru
Is-Sur Joseph Brockdorff Membru
Dott. Joseph Buttigieg Membru
Is-Sinjura Marguerite Critien Membru
Markiż Nicholas De Piro Membru
Dott. Pascal A. Demajo Membru
Dott. Albert Ganado Membru
E.T. John Lowell Membru
Is-Sur John Manduca Membru
Is-Sur Joseph Sammut Membru
Is-Sur Dennis Vella Membru
Is-Sinjura Cecilia Xuereb Membru
Is-Sur Lino Cuschieri Membru
Dott. Michael Grech Membru / Segretarju
M’għandhomx l-ebda onorarja u benefiċċji.
L-Orkestra Nazzjonali
Dott. Mario Tabone Vassallo Chairman
Dott. Kenneth Zammit Tabona Membru
Is-Sur Emy Scicluna Membru
Is-Sn. Marlene Schranz Membru
Is-Sn. Rosette Fenech Membru
Is-Sur Alfred Thewma Segretarju
Il-Kunsill Malti għ
all-Kultura u Arti
Prof. Joe Friggieri Chairman
Is-Sur Josef Camilleri Viċi Chairman
Dott. Paul V.Mifsud Segretarju Eżekuttiv
Prof. Richard England Membru
Is-Sur Norbert Attard Membru
Prof. Mro. Charles Camilleri Membru
Is-Sur George Glanville Membru
Prof. Rev. Peter Serracino Inglott Membru
Is-Sn. Lara Strickland Membru
Is-Sur Charles Stroud Membru
Is-Sur Alfred Massa Segretarju
Onorarja :
Chairman (
non executive
) Lm 6,000 fis-sena
Viċi Chairman/Diretturi Lm 1,200 fis-sena
Direttur Eżekuttiv għandu kuntratt definit ta' kap eżekuttiv u għalhekk ma jieħux onorarja.
It-Teatru Manoel
Is-Sur Wilfred Kenely Chairman
Dott. Peter Fenech Segretarju
Is-Sn. Maria Ghirlando P.R.O.
Is-Sur John Gatt Membru
Is-Sur Andrew Sapiano Membru
Dott. Paul Xuereb Membru
Is-Sur Salvu Stellini Membru
Is-Sur Alfred Buttigieg Membru
Is-Sur Alfred J. Chetcuti Membru
Is-Sn. Francesca Tranter Membru
Ministeru għat-Turiżmu — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn April sal-lum il-kompożizzjoni tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi baqgħu li kienu ħlief li l-Bord tal-Gvernaturi ta' l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi issa għandu lis-Sur Reginald Abela bħala Executive Chairman li għandu salarju u fringe benefits abbinati ma' Salary Scale 4 tas-Servizz Pubbliku.
Inżid ngħid li nħatar Kumitat Inter-Ministerjali dwar it-Turiżmu magħmul mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mill-Ministru għaz-Żgħażagħ u l-Kultura b'kordinazzjoni tiegħi u jinkludi fih ukoll is-Segretarji Permanenti tal-Ministeri msemmija. Ma tihallas ebda honoraria jew benefiċċji oħra.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn April 2003 ġew maħtura dawn il-Bordijiet -
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Chairman
Is-Sur Peter Diacono
Membri
Prof. Joseph Micallef
Prof. Alex Felice
Prof. Peter Serracino Inglott
Prof. Juanito Camilleri
Dr. Janet Mifsud
Dr. Jonathan Borg
Is-Sur Brian St. John
Is-Sinjorina Claudine Cassar
Is-Sinjur Jacques Sciberras
Is-Sinjur Gordon Cordina
Is-Sinjur Antoine Riolo
Is-Sinjur Joe Zammit Tabona
L-Ing. Ray Muscat
Iċ-Chairman jieħu Lm1500 bħala ħlas fis-sena filwaqt li l-membri l-oħra ma jieħdu l-ebda ħlas.
Commonwealth Scholarships and Fellowship Board
Chairman
Is-Sur John Camilleri
Membri
Prof. Kenneth Wain
Dr. Ray Xerri
Dr. Simone Borg
Is-Sinjorina Yvonne Pulis
Is-Sinjorina Micheline Sciberras
Is-Sinjur Joseph Sammut
Is-Sinjorina Annabel Vassallo
Il-membri kollha ta' dan il-bord inkluż iċ-Chairman ma jieħdu l-ebda tip ta' honoraria u/jew benefiċċji.
Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi
Chairman
Prof. Kenneth Wain
Membri
Is-Sinjorina Mary Rose Mifsud
Is-Sinjur Frans Borg
Is-Sinjura Salvina Muscat
Is-Sinjur Frank Mifsud
Is-Sinjur Ray Camilleri
Iċ-Chairman jirċievi ħlas ta' Lm1000 filwaqt li l-membri jieħdu Lm600 fis-sena.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħatrux kummissjonijiet u bordijiet fid-dekasteru tiegħi minn April 2003 sal-lum.
Diviżjoni tax-xogħlijiet — Ħlas ta' sahra lill-ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet mill-1 ta' Jannar 2003 sa Settembru 2003? Fuq liema proġetti tħallas dan l-overtime?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena l-ħlas ta' overtime laħaq is-somma ta' Lm422,243.19ċ. L-ammonti għal kull xahar huma kif jidhru hawn taħt:-
Lm. ċ
Jannar 60,904.35
Frar 55,213.01
Marzu 62,579.36
April 82,060.37
Mejju 33,012.48
Ġunju 35,801.37
Lulju 40,810.13
Awwissu 25,867.63
Settembru 25,994.49
Dan l-overtime tħallas għal xogħol li sar fuq diversi proġetti fosthom il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-promenade ta' San Giljan, il-promenade tax-Xemxija, il-Barrakka t'Isfel, l-Imdina u proġetti ta' riabilitazzjoni u ta' restawr fost l-oħrajn.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk twaqqafx il-ħlas tad-danger money lill-impjegati fid-diviżjoni tax-xogħlijiet? Jekk fl-affermattiv, dan sar bi qbil mat-trade unions?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas tad-danger money biss twaqqaf lil numru ta' uffiċjali tekniċi fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni minħabba li t-talbiet ma kienux ġustifikati.
Dan qed isir bħala parti minn eżerċizzju biex jiġi assigurat li l-ħlas tad-danger money isir lil min ħaqqu.
Din mhix kwistjoni ta' trade unions iżda hija miżura purament amministrattiva.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ippreparata t-tender għall-engineered landfill fejn l-Imnajdra? Saret stima tax-xogħol propost? Meta hu previst li se jibda x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iżvilupp ta' l-engineered landfill temporanja fl-inħawi ta' Qasam il-Kbir u tal-Magħlaq jifforma parti mid-dokumenti tal-pakkett magħruf bħala Package 2A li l-offerti għalih ġew sottomessi sal-15 ta' Settembru 2003. L-istima ta' dan ix-xogħol kienet saret u x-xogħol huwa previst li jibda' hekk kif jinħareġ il-permess tal-MEPA u jiġi mogħti l-kuntratt.
Diviżjoni tax-xogħlijiet — Ħatra ta' direttur ġenerali
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma nħatarx acting direttur ġenerali fid-diviżjoni tax-xogħlijiet meta dan il-post ilu vakanti diversi xhur? Meta se toħroġ is-sejħa għal ħatra ta' direttur ġenerali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm jinħatar id-Direttur Ġenerali fit-Taqsima tax-Xogħlijiet, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ingħata n-nomina temporanja ta' Direttur Ġenerali, u dan skond Avviż tal-Gvern Nru. 694 li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Awissu 2003.
Is-Sejħa għall-ħatra ta' Direttur Ġenerali ħarġet fil-21 ta' Lulju 2003 u għalqet fil-11 ta' Awissu 2003.
Jista’ l-Ministru jgħid, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar: Kemm ġew ikkanċellati minn reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija vapuri single bottom; u kemm ġew riġettati applikazzjonijiet biex jiġu reġistrati vapuri single bottom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa ma ġie ikkanċellat l-ebda vapur u ma ġietx rifjutata l-ebda applikazzjoni ta' reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija minħabba li vapur kien single hull.