Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Qamħ - Pressa ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' l-ilma ġewwa Triq il-Qamħ, Ħaż-Żebbuġ? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Normalment il-provvista ta' l-ilma fi Triq il-Qamh hija addekwata. Minħabba raġunijiet tekniċi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-mejn ta' din it-triq, xi kultant is-sistema tad-distribuzzjoni f'din it-triq tbagħti min pressa baxxa. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma qed tinvestiga x'jista' jsir biex ma jibqgħux jinqalgħu dawn il-problemi.
Leg 10 PQ #1831 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Teresa Maria Nuzzo

Question

Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex fuq il-karozza li ġġorr l-istudenti tfajliet mill-Mellieħa lejn l-iskola Teresa Maria Nuzzo ma jinġarrux studenti ġuvintur ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġie rapportat dan l-ilment mill-Kap ta' l-iskola u ittieħdu passi meħtieġa.
Leg 10 PQ #1832 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Sir Adrian Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-karozza li ġġorr l-istudenti mill-Mellieħa lejn l-iskola Sir Adrian Dingli u lura qed tħalli xi studenti li joqogħdu fil-qasam tad-djar ta' Pennellu 'il bogħod mid-djar tagħhom bi problemi għalihom f'każ ta' xita?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġie rapportat dan l-ilment fil-bidu tas-sena skolastika u ttieħdu il-passi meħtieġa.
Leg 10 PQ #1833 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fakulta' ta' l-Edukazzjoni — Studenti li qed jagħmlu kors ta' profiċjenza fl-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel li grupp ta' studenti fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li jinsabu f'nofs il-kors tagħhom se jżommuhom milli jkomplu l-kors għax m'għaddewx f'xi parti mill-kors ta' profiċjenza fl-Ingliż meta jġibu marki tajbin f'asseys miktuba bl-Ingliż fl-istess kors? Għaliex dan it-test sar f'nofs il-kors? Kien hemm studenti oħra fi snin oħra li ġralhom l-istess u mbagħad ħallewhom ikomplu l-kors flok waqfuhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza li din hi materja ta' natura purament akkademika li ġiet kunsidrata fid-dettal xi snin ilu mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni u mis-Senat ta' l-Universita' li kien pronulga ir-Regolamenti meħtieġa permezz ta' Avviżi Legali numri 103 ta' l-1999 u 199 ta' l-2002. Tajjeb wieħed jgħid li b'dawn ir-regolamenti l-istudenti f'din il-Fakulta' jafu li huma obbligati li jissodisfaw l-eżamijiet relattivi fi profiċjenza fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Kompjuter. Ir-Regolamenti jipprovdu li eżami ta' profiċjenza f'dawn is-suġġetti irid ikun sar b'suċċess sa l-aħħar tat-tieni sena tal-kors. Ir-Regolamenti jipprovdu li min jeħel ma jkunx jista' jkompli il-kors. Importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li dawn l-study units huma parti integra mill-kors u mhux rekwiżit biex wieħed jidħol fil-kors (entry requirement). Informat ukoll li l-letturi li jikkoreġu l-essays (assignments) ta' l-istudenti jiffukaw l-aktar fuq il-kontenut u mhux fuq l-istandard tal-kitba ta' l-istudenti. L-eżami tal-profiċjenza fl-Ingliż u fil-Malti jeżamina s-sintassi, l-grammatika, l-ortografija u l-espressjoni verbali fil-livell mistenni minn għalliema kompetenti u effettivi. Għalhekk, l-għanijiet taż-żewġ proċessi ta' assessjar (eżami tal-profiċjenza u l-assignments) huma differenti. Dan it-test ma sarx l-ewwel darba f'nofs il-kors. L-ewwel attentat isir qabel ma l-istudenti jibdew l-ewwel sena akkademika tagħhom. Biex studenti jitwaqqfu mill-kors iridu jeħlu mill-ewwel attentat u minn erba' resits. Kull min weħel intalab jieqaf. F'sena minnhom, l-istudenti li weħlu tħallew ikomplu għax instab li l-marka (43-44%) kienet pass skond ir-regolamenti dwar l-assessjar ta' l-Universita'.
Leg 10 PQ #1834 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Student li ngħata misinformazzjoni minn impjegat tal-Bord tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-każ imqajjem mill-istudent - ismu u d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament fl-ittra annessa - dwar misinformazzjoni li ngħatatlu minn impjegat tal-MATSEC Board li effettwatu ħażin ħafna? Jistgħu jittieħdu passi biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni li qed isib ruħu fiha ntortament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn investigazzjoni tal-każ imsemmi l-awtoritajet tal-MATSEC jidhrilhom li l-istudent ma sabx ruħu fis-sitwazzjoni li qiegħed fiha intortament. L-Universita' tħoss li m'hemmx lok għal azzjoni ulterjiri.

Ħatra ta' ambaxxatur Malti fi Brussell

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinħatar ambaxxatur Malti fi Brussell?

Response (BORG, JOE)

Il-Proċeduri amministrattivi dwar in-nomina ta' Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell qegħdin mexjin. Fil-frattemp, ix-xogħol ta' Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell ġie assenjat temporanjament lis-Sur Tarcision Zammit li ġie nominat bħala Ambaxxatur ta' Malta għall-Belġju.

Fondi ta' għajnuna għall-ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Il-fatt li ninsabu mingħajr ambaxxatur fi Brussell, jista' il-Ministru jgħid x'effetti ħalla fuq it-talbiet għall-fondi biex jgħinu lil min ġarrab ħsarat fl-għargħar ta' nofs Settembru 2003?

Response (BORG, JOE)

Sakemm jinħatar Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell, is-Sur Tarcisio Zammit qiegħed jagħmel ix-xogħol bħala Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell fuq bażi temporanja u għalhekk ix-xogħol kollu relatat ma' din il-kariga qiegħed isir minnu flimkien ma' l-uffiċċjali pubbliċi fil-Missjoni Permanenti Maltija hemmhekk. Meta jiġi deċiż li tintefa' l-applikazzjoni għall-kumpens għad-danni kawżati mill-għargħar tal-15 ta' Settembru 2003, ma għandix dubju illi l-uffiċċjali Maltin fi Brussell se jmexxuha skond kif ikun hemm bżonn.
Leg 10 PQ #1852 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Single programming document

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-single programming document 2004-2006 ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Uffiċċju Konġunt — Djar tal-gvern - xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-persuni li jgħixu f'fondi li kienu f'possession in use u li llum waqgħu f'idejn il-gvern biex ikunu jistgħu jixtru l-fond fejn joqogħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fondi li jinsabu mibnija fuq proprjeta` li ġiet akkwistata taħt it-titolu ta` 'pussess u użu', jistgħu jinbiegħu biss wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ikun akkwista it-titolu tal-proprjeta` li oriġinarjament kienet ġiet dikjarata bħala bżonnjuża għal skop pubbliku, dan skond l-Att II ta` l-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli jagħmlu skond ir-riżorsi li jkollu. Sadanittant ir-residenti huma mitluba li jagħmlu applikazzjoni għax-xiri tal-fond fejn joqgħodu lill-Awtorita` tad-Djar.

Valletta — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li residenti li joqogħdu f'City Gate, il-Belt Valletta ilhom is-snin jipprovaw biex jixtru l-fondi fejn jirrisjedu u li anke kienet saret petizzjoni lil din il-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records ta’ l-Awtorita’ tad-Djar il-postijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant inbnew fuq art li qiegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use. L-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda Skema għal bejgħ ta’ propjeta’ fuq art li tkun għand il-Gvern b’dan it-titolu.

Pulizija — Każ dwar mewt ta' persuna mir-Rabat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-kaġun tal-mewt ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mietet fl-10 ta' Ġunju 2000 fl-isptar San Luqa?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #1858 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Prosat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Prosat għal persuni li jinsabu f'depression, ma humiex qedin jingħataw mingħajr il-go ahead tal-istess Ministru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nafx minn bellagħha lill-Onor. Interpellant, imma ninfurmah li l-Ministru bir-raġun la għandu, u mhux korrett li jkollu fakolta' jagħżel min u min ma għandux jieħu l-pilloli!

Membri tal-ġudikatura — Travel Fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intużaw il-fondi ta' Lm5000 ċirca bħala travel fund, dawn l-aħħar tlett (3) snin, min użahom u fejn marru bihom membri tal-ġudikatura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ivjaġġar tal-membri tal-ġudikatura f`dawn l-aħħar tlett (3) snin huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa — Managment tal-parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jista' wieħed jirranġa aħjar l-managment tal-parking spaces fi Cross Street, Mellieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, ma nstabet l-ebda rikjesta jew proposta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-parking layout fi Cross Street, Mellieħa.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatatx id-dritt tagħha għal pensjoni għall-irtirar u għal benefiċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Rifużżjoni — Ministru tal-Finanzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sejra ssir ir-rifużżjoni awtoriżżata fil-każ tal-persuna ndikata separatament, meta dan għandu bżonn sew din ir-rifużżjoni għal raġunijiet personali?

Response (DALLI, JOHN)

“Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur it-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 10 PQ #1863 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Transfers

Question

Kemm kienu dawk l-għalliema li talbu transfer mill-iskola Adelaide Ċini fis-sena skolastika li għaddiet u kemm minn dawn effettivament ingħataw dan it-transfer li talbu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' għalliema li talbu transfer mill-iskola 'Adelaide Cini' fis-sena skolastika li għaddiet huwa ta' 13. Minnhom 4 ingħataw it-transfer li talbu.
Leg 10 PQ #1864 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vapuri Ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew jiswew flus il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel, kull vapur separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1866 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mill-kumpanija Gozo Channel mis-sena 1992 sas-sena 2002, kull sena separatament (fl-aħħar ta' kull sena)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.