Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1929 Sitting 42 2003-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EEA Enlargement agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat l-EEA Enlargement agreement? Huwa minnu li fin-negozjati dwar l-EEA li saru aktar kmieni din is-sena, Malta diversi drabi wriet in-nuqqas ta' qbil tagħha dwar il-mod kif kien se jiġi mplimentat l-hekk imsejjaħ distribution key fl-EEA Enlargement agreement? X'kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Trattat tal-EEA ġie ffirmat minni fil-Lussemburgu fit-13 t'Ottubru 2003. Huwa minnu li Malta esprimiet ir-riservi tagħha fuq l-implimentazzjoni ta' l-hekk imsejjaħ distribution key fil-ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea ibbażat id-distribution key fuq id-daqs tal-popolazzjoni u l-prodott Gross Domestiku ras għal ras. B'dan il-mod, pajjiżna, bħala wieħed mill-aktar sinjuri fost il-pajjiżi li ser jidħlu fl-Unjoni s-sena d-dieħla, ma jiġix affettwat daqstant tajjeb fit-tqassim tal-fondi provenjenti minn dan il-ftehim. Malta, flimkien ma' l-Estonja, il-Latvja u s-Slovenja, liema pajjiżi wkoll ħadu l-istess pożizzjoni ta' Malta, spiċċat biex aċċettat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea wara li ntlaħaq qbil li fid-dokument tiġi inkluża dikjarazzjoni li tgħid li hija l-fehma ta' dawn il-pajjiżi illi d-distribution key użata ma tifformax preċedenti u m'għandiex tkun ta' preġudizzju għal kwalunkwe proposta magħmula fil-futur dwar id-distribution key li għandha tintuża fir-rigward tal-iStructural and Cohesion Instruments. L-erba pajjiżi aċċettaw it-Trattat ta' EEA b'din id-dikjarazzjoni li tinsab f'Artiklu 5 tal-Protokol 38 A fl-EEA Financial Mechanisms.
Leg 10 PQ #1930 Sitting 42 2003-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Attakk Iżraelit fuq territorju Sirjan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-gvern Malti għall-attakk Iżraelit li sar fuq territorju Sirjan kif ukoll għal-lobby li dejjem qed jikber fl-Istati Uniti biex jiġu imposti sanzjonijiet ekonomiċi fuq is-Sirja?

Response (BORG, JOE)

Attakki bla rażan u l-qtil spjetat ta' bnedmin, b'mod speċjali kif sfortunatament għadhom iseħħu b'mod regolari fil-Lvant Nofshani, dejjem ġibdu l-kundanna mingħajr kwalifika tal-Gvern Malti. Mif jaf tajjeb l-Onorevoli interpellant, esponenti ewlenin tal-Gvern dan jistqarruh pubblikament kemm verbalment kif ukoll bil-miktub. Żgur li politika ta' botta u risposta, kif ġara f'Haifa u viċin Damasku dan l-aħħar, ma tgħinx sabiex jitkompla d-djalogu għat-twettiq tal-pjan ta' paċi bejn il-partijiet kollha konċernati. Nikkonferma li, fid-dawl tal-fatti li jaf sallum, il-Gvern Malti mhux qed jikkunsidra li jissieħeb ma xi 'lobby' sabiex jittieħdu sanzjonijiet ekonomiċi kontra xi pajjiż jew pajjiżi fir-reġjun.
Leg 10 PQ #1548 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Korp tal-Pulizija — Assistenti kummissarji/Supretendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex jinħatru Assistenti Kummissarji u Supretendenti ġodda? Kemm hemm uffiċjali nieqsa f'dawn ir-ranks bħalissa? Kemm ilhom battala dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta` ħatra fil-karigi ta` Assistenti Kummissarji u Supretendenti fil-Korp tal-Pulizja għadu mhux finalizzat, iżda, inħareġ ir-riżultat tal-eżami li ġie komunikat lil persuni konċernati..

Pace Grasso football ground

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li hemm xi pjanijiet sabiex il-ground tal-football ta' Pace Grasso ma jkomplix jintuża għall-isport? X'se jsir minflok? Meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-MFA u meta jintemm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi fl-iżvilupp li qed jiġi ippjanat għall-ground tal-football ta' Pace Grasso il-faċilitajiet sportivi ser jiżdiedu u mhux jonqsu. Il-pjanti għadhom qed ikunu emendati. Madanakollu wieħed jista' jara l-pjanti mhemuża ma' l-outline application li saret mill-M.E.P.A. L-M.F.A. ma għandha l-ebda kuntratti iffirmati għall-użu ta' din il-faċilita'. Sakemm jibda x-xogħol fuq il-proġett, l-M.F.A. ser tibqa' tuża l-faċilita' normali. Inbdew diskussjonijiet mal-M.F.A. fuq x'arranġamenti jistgħu jsiru għall-użu tal-pitch tal-football fil-futur.
Leg 10 PQ #1550 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Postijiet ta' divertiment — Żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Ġunju sal-15 ta' Settembru kemm inqabdu żgħażagħ taħt is-16-il sena f'postijiet tad-divertiment? F'liema nħawi kienu? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ kienu barranin? F'kemm-il każ ittieħdu passi kontra s-sidien? Ingħalqu xi ħwienet/postijiet ta' divertiment mill-pulizija li fihom instabu persuni taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 16-il persuna taħt is-sittax-il sena, kollha Maltin, li nqabdu mill-Pulizija f`postijiet ta` divertiment li jinsabu f`San Ġiljan u Wied il-Għajn. B`riżultat ta` dan, il-Pulizija bdiet passi quddiem il-Qorti kontra tlett sidien ta` dawn l-istabbilimenti, liema każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti u għaldaqstant fl-ebda każ ma ġiet ordnata is-sospensjoni tal-liċenzja.
Leg 10 PQ #1583 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema, irġiel u nisa, impjegati fl-iskejjel ta' l-Istat: a) fl-iskejjel primarji; b) dawk sekondarji; c) Sixth Form? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom kemm hemm taħt it-30 sena; taħt l-40 sena, taħt il-50 sena u taħt l-eta' tal-pensjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1584 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw għalliema mill-Universita' ta' Malta din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm speċjalizzaw fit-tagħlim primarju? Kemm mit-total ġew impjegati fi skejjel statali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1585 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni jaħdmu b'mod illegali

Question

Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu llegalment f'Malta u Għawdex separatament u għaliex kienu qed jirreġistraw? Liema kien ix-xogħol prinċipali li kienu qegħdin jagħmlu? X'passi ttieħdu mill-ETC kontra dawn in-nies u kontra min kien qed iħaddimhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi in-numru ta' nies li nstabu jaħdmu illegalment, waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. F'kull każ, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni infurmaw lill-Pulizija sabiex dawn jieħdu l-passi neċessarji minn naħa tagħhom bil-Qorti, għaldaqstant mhuwiex possibli li nkunu nafu dejjem in-nazzjonalita' tal-persuni involuti, għaliex f'ċerti każi, il-każ jitħalla f'idejn il-pulizija minnufiħ sabiex tipproċedi immedjatament. Minn naħa tagħha, il-Korporazzjoni immultat lil dawk is-sidien li kienu qed iħaddmu dawn il-ħaddiema mingħajr il-permess neċessarju. Dawn minbarra każijiet oħra fejn il-pulizija nnifisha qabdet każijiet ta' ħaddiema barranin u fejn ma kienux involuti l-uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Korporazzjoni Enemalta — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont numru 1000001555-2 district code 020, Kodiċi tal-post 133972 għadu ma ġiex rivedut wara li l-meter reader kien għamel spezzjoni ftit taż-żmien ilu, eżattament fit-22/12/2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li l-KSI m'għandhiex records li saret spezzjoni fit-22/12/2000 kif intqal fil-mistoqsija. Il-KSI irrivediet il-kont skond il-qari li ta l-konsumatur meta kien ikkuntatjat minn uffiċċjal tal-Korporazzjoni. Jien ukoll infurmat li l-konsumatur u cioe l-Onor. Interpellant stess ġie nfurmat bil-miktub b'dan l-arranġament.
Leg 10 PQ #1707 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Talbiet dwar ħsarat kawżati mill-maltemp fi djar privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex separatamet ressqu lill-awtoritajiet tal-gvern dwar ħsarat kawżati fid-djar privati tal-familji kawża ta' l-aħħar maltemp li ħakem il-gżejjer tagħna? Liema kienu dawn il-kunsillii f'Malta u liema kienu f'Għawdex? X'passi qed jittieħdu mill-gvern dwar il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma kellu l-ebda talba dwar dak li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija.

Mosta — Triq il-Pont - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-fawran ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, il-Mosta? Għaliex dan id-drenaġġ ilu ħiereġ aktar minn erbgħa ġimgħat, tant li qed jinżel fil-wied li hemm fil-qrib u jitħallat ma' l-ilma ġieri? Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa u jsiru t-tiswijiet immedjatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Karozzi ġodda/second hand — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda u second hand li ġew importati minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena? Minn liema pajjiżi u x'kapaċita' kellhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Fil-każ ta' Settembru 2003 din għadha qed tiġi pproċessata.

Korporazzjoni Enemalta — Ħażna ta' żejt/diesel/petrol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna taż-żejt, diesel u petrol li għandu l-pajjiż fil-preżent? Għal kemm żmien isservi din il-ħażna?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-domanda ta' l-Onor. Membru hija ta' natura kummerċjali u għalhekk mhux xieraq li jingħataw dettalji. Nassigura lill-Onor. Membru li l-ħażna hija sodisfaċċenti u l-Korporazzjoni Enemalta tirċievi ammonti ta' kull prodott kull xahar skond il-ħtieġa.

Ħażna ta' qmuħ/ċereali/dqiq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tal-qmuħ, ċereali u dqiq li għandu l-pajjiż fil-preżent? Għal kemm żmien isservi din il-ħażna?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-prezent il-pajjiż għandu maħżun dawn il-qmuh u ċereali: Maize 15,400 mt (Biex iservi sa Jannar 2004) Barley 20,800 mt (Biex iservi sa April 2004) Hard Wheat 20,200 mt (Biex iservi sa Ġunju 2004) Soft Wheat 5,700 mt (Biex iservi sa Jannar 2004) Il-Medgirain ma tipproduċix u ma taħżinx dqiq.

Laħam taċ-ċanga tal-friża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tal-laħam taċ-ċanga tal-friża li għandu l-pajjiż fil-preżent? Għal kemm żmien isservi din il-ħażna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 10 PQ #1762 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-Bordijiet li nħatru minn April 2003 sal-lum li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi kif ukoll il-ħlas u benefiċċji oħra, fejn hu l-każ, li dawn il-persuni qed jirċievu.
Leg 10 PQ #1763 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Tista' tgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u tgħid x'inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma inħatru ebda bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex minn Ottubru 2002 sallum.

Buġibba — Funtana fil-pjazza

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-funtana li kien hemm fil-pjazza ta' Buġibba? Jista' jgħid ukoll x'sar minnha l-funtana li kien hemm fil-baħar quddiem l-istess pjazza?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pompa li kien hemm fil-Pjazza ta' Buġibba kienet tneħħiet wara li kienet vandaliżżata għal diversi drabi. Il-pompa li kien hemm fil-baħar tneħħiet minħabba l-ispejjeż li kienu qegħdin jintefqu biex titħaddem fix-xhur tas-sajf. Iż-żewġ pompi jinsabu f'maħżen tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.

Malta Shipbuilding — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fil-Malta Shipbuilding? Kemm baqagħlu biex jitlesta? Kemm hemm ħaddiema involuti fuq dan ix-xogħol? Jista' jsemmi jekk hemmx prospetti ta' xogħol ġdid għal Malta Shipbuilding u jekk fl-affermattiv, x'inhu?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħalissa fit-Tarzna tal-Marsa qed jimbnew żewġ bagi. Hu mistenni li fil-bidu tas-sena d-dieħla tibda tinbena baga oħra. Qed jitkomplew l-isforzi biex ikun akwistat xogħol ieħor għaż-żewġ tarżnari.

Bormla — Triq San Gwann - tappiera

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex tappiera li kien hemm fi Triq San Gwann (quddiem nru. 135) f'Bormla tgħattiet bit-tarmak b'konsegwenza li meta jkun hemm xi sadd tad-drenaġġ ma jista' isir xejn? Jista' jara li jerġa' ikun hemm dik it-tappiera fil-post oriġinali tagħha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-toroq ħa l-passi neċessarji biex din il-manhole terġa tittella' fil-post oriġinali tagħha.