Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm subject coordinators u f'liema suġġetti? Jista' jgħid ukoll x'kondizzjonijiet għandhom dawn is-subject coordinators?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li is-Subject Co-ordinators minbarra x-xogħol tagħhom jagħtu 14-il lezzjoni ta' 45 minuta fil-ġimgħa li jistgħu jiżdiedu b'żewġ lezzjonijiet oħra jekk is-suġġett li jgħallmu jirrikjedi aktar sigħat fil-ġimgħa.
Numru ta' Subject Suġġett
Co-Ordinators
2 Art
2 Business Studies
1 Chemistry
14 English
4 French
3 Geography
2 German
4 History
2 Home Economics
2 Information & Communication Technology
3 Integrated Science
4 Italian (2 on attachment at MCAST)
10 Maltese
15 Maths
3 Physical Education
7 Physics
5 Primary Education
4 Religious Knowledge
3 Social Studies
3 Technology Education
2 Textile Studies
Total 95
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li qed igħallmu fl-iskejjel sekondarji u junior lyceums li mhux qed igħallmu s-suġġett tagħhom? Jista' jgħid ukoll x'suġġett qed igħallmu u liema suppost jgħallmu? X'inhi r-raġuni ewlenija għalfejn jiġri dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat kif ġej:
Skola X'suġġett qed jgħallem X'suġġett suppost jgħallem
Agius De Soldanis Tech. Design Art
Lily of the Valley GSS
Mosta Ingliż lit-tfal batuti Technical Design
Naxxar Higher Secondary Sociology Maltese/Philosophy
M'Assumpta GSS
Ħamrun Religion Textiles
St. Francis of Assisi BSS
Sta. Venera Technology Education Electrical Installation
St. Josph BJL
Corradino P.E. Motor Vehicles
Għalliema jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-main subject għal diversi raġunijiet fosthom:
a) is-suġġett ma jibqax jiġi magħallem bħal fil-każ ta' Electrical Installation u Motor Vehicles; jew
b) ftit studenti jagħżlu is-suġġett u l-għalliem jibda jgħallem s-subsidiary subject tiegħu; jew
c) is-suġġett li qed jgħallem ikun relatat mas-suġġett prinċipali tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jingħatax rendikont tal-canteens fl-iskejjel? Jekk iva, lil min jingħata dan ir-rendikont?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-canteens fl-iskejjel ta' l-istat huma immexxija b'waħda minn żewġ sistemi.
Il-biċċa l-kbira tal-canteens fl-iskejjel ta' l-istat huma immexxija minn kuntratturi privati magħżula mill-Kunsill ta' l-Iskola, li jiksbu t-tmexxija tal-canteen b'offerta pubblika. Dawn ma jissottomettu l-ebda rendikont tal-finanzi tal-canteen.
Xi canteens jew tuck shops jitmexxew mill-Kunsill ta' l-iskola. F'dawn il-każi, jinżamm rendikont ta' l-istess skola, li minn żmien għal żmien jiġu awditjati mill-Awditur Ġenerali.
Jista' il-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2002/2003 kemm ġew irrapportati każi ta' għalliema/kindergarten assistants li kienu każi ta' dixxiplina? Ta' liema natura kienu dawn il-każi? Dwar kemm minnhom ittieħdu passi dixxiplinarji? Liema kienu dawn il-każi? X'passi dixxiplinarji ttieħdu? Dwar l-oħran li s'issa tħallew għaddejjin, se jittieħdu xi passi dixxiplinarji fil-ġejjieni qarib? Għaliex dwar dawn ta' l-aħħar ma ttieħdux passi dixxiplinarji u jekk hu l-każ, lanqas se jittiħedu fil-ġejjieni qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003 kien hemm 51 każ ta' dixxiplina kontra Għalliema u Kindergarten Assistants.
Dawn kienu mqassmin hekk:
i) 24 każ ta' Disciplinary Charges (Regulation 20)
ii) 26 każ ta' twiddiba bil-miktub (Regulation 19)
iii) każ wieħed ta' assentejiżmu mingħajr leave (Regulation 36)
Il-każijiet taċ-charges kienu jikkonċernaw:
i) 22 każ ta' diżubbidjenza
ii) każ ta' imġieba arroganti
iii) każ ta' nuqqas ta' osservanza ta' regoli u regolamenti
Dwar il-każijiet ta' twiddiba bil-miktub dawn kienu kollha każijiet fejn l-individwi rrapurtaw morda u t-tabib ma sabhomx id-dar meta żarhom. Fil-każ tar-Regulation 36 dan kien każ ta' assentejiżmu mingħajr leave.
Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn mindu twaqqaf il-Ministeru tiegħi, ma ġew ikontrattati ebda trattati jew studju dwar id-dħul ta' Malta fl-U.E.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb għal ground ta' Pace Grasso? Jikkonferma jew le li kien hemm qbil li dan il-ground jiġi mogħti b'titlu ta' kera lill-MFA għal għaxar snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Numru 1549.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-gvern Nazzjonalista biex jagħlaq il-kumpannija Medigrain?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-raġuni għall-għeluq tal-kumpanija Medigrain hi li f'suq liberalizzat ma jibqax jagħmel sens li l-Gvern jibqa' jikkummerċja meta hemm mezzi oħra kif jingħataw sussidju li jista' jkun hemm bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet ilha mwaqqfa l-kumpannija Medigrain u xi qliegħ u turnover irreġistrat sena b'sena minn mindu twaqqfet din il-kumpannija sakemm dan il-gvern iddeċieda li jagħlaqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għalieh bħala qliegħ.
Jista' il-Ministru jgħid x'impjiegi alternattivi ġew offruti l-ħaddiema u l-uffiċjali tal-kumpannija Medigrain minħabba li l-Gvern Nazzjonalista se jagħlaq din il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-eserċizzju msemmi mill-Onor. Interpellant għadu ma ntemmx, nitlob lill-Onor. Interpellant jerġa jagħmel il-mistoqsija tiegħu aktar il-quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid kif se jkunu assigurati mill-provvista tal-materja prima u l-prezzijiet stabbli n-nies li s-soltu kienu jixtru dawn is-sorsi mill-kumpannija Medigrain, issa li din se tagħlaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni ta' l-għeluq tal-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jgħid liema kumpannija lokali issa mistennija tagħmel ix-xogħol li tul dawn l-aħħar snin, is-soltu kienet tagħmel il-kumpannija Medigrain?
Response (GATT, AUSTIN)
Kull kumpanija, lokali u mhix, tista' tagħmel ix-xogħol li kienet tagħmel il-Medigrain.
B'riferenza għall-proċess tal-grading tal-ħaxix frisk li jrid isir fuq il-ħaxix li jiddaħħal il-Pitkalija Ċentrali, jista' il-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' bdiewa full time u part-time li s'issa laħqu dan il-livell?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħal fl-imgħoddi l-grading tal-ħaxix frisk għadu qed isir mill-bdiewa individwalment. Il-grading station għadu ma nbeniex u għalhekk ma jistax jiġi deċiż kemm bdiewa qegħdin jilħqu l-livell ta’ grading mixtieq.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-esperti lokali jew barranin li qed imexxu l-proċess tal-grading tal-ħaxix frisk li qed jiddaħħal fil-Pitkalija Ċentrali? X'salarji u benefiċċji għandhom u kemm għamlu laqgħat u spezzjonijiet lill-bdiewa dwar il-proċess tal-grading minn April 'il hawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-EURATA – European Union Rural & Agricultural Association ġew ikkummissjonati taħt il-‘Framework Contract’ tal-Unjoni Ewropeja ħalli jagħmlu ‘Feasibility Study on the construction of a fruit and vegetable grading station and cold storage facility in Malta’. Dan l-istudju sar minn Dr. German Cano Munoz. Hu ħadem f’ Malta u ltaqa mas-setturi kollha inklużi rappreżentanti tal-bdiewa. Il-Gvern Malti ma ħallas xejn għal dan l-istudju.
WTO — Laqħat f'Cancun li attenda ħalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-kontrolli tas-87 kwota li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO irtirat għal wara Mejju tas-sena 2004?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant żgur konxju li t-taħdidiet Ministerjali f’Cancun ma tawx l-eżitu li ħafna kienu qed jistennew mill-istess laqgħat.
Għaldaqstant wieħed irid jistenna biex jara x’ser tkun ir-risposta f’termini ta' offerti u konċessjonijiet mill-imsieħba membri tal-WTO, inkluż l-Unjoni Ewropeja, għal dan il-falliment fin-negozjati multilaterali ta' Cancun.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun, jista' il-Ministru jagħtini breakdown tat-tnaqqis tal-kontrolli tal-kwoti, dazji u tariffi li seħħew matul dawn il-laqgħat sabiex jibbilanċjaw aħjar il-Kummerċ Dinji ta' l-Ikel u fil-każ ta' pajjiżna l-importazzjoni ta' l-ikel li se tolqot ħażin wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-kontrolli tal-539 special safeguards li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO irtirat għal wara Mejju tas-sena 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u d-dazju li timponi fuq zokkor, qmuħ u ċereali mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721.
Wara l-mewġiet ta' inċidenti fatali u serji li kellna dan l-aħħar fuq il-lantijiet tax-xogħol tal-bini, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex jissaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1899 f’Seduta Numru 42.