Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu ġirien fi Triq il-Ġdida Bormla quddiem blokk 7, fejn minn trappiera qed joħorġu ħafna ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fis-sistema tad-dranaġġ fit-triq indikata fis-16 ta' Ottubru 2003.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi sezzjoni li tosserva u tirraporta ħsarat ta' bozoz tat-toroq? Jekk fl-affermativ għaliex bozoz fil-Kottonera idumu ġimgħat ma' jixgħelux?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-bozoz tat-toroq jiġu rrapurtati fil-maġġoranza tagħhom mill-Kunsill Lokali. It-tiswija ta' dawn il-bozoz issir fl-aqsar żmien possibli.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema bozoz qed jirreferi.
Ex-ħaddiema tal-Mid-Med Bank — Aġġustament fil-pensjoni
Question
Jista' il-viċi Prim Ministru jgħid għaliex baqa' ma sarx l-aġġustament fil-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema tal-Mid-Med Bank wara li l-collective agreement sar madwar sentejn ilu?
Billi hemm previst li dawn l-ex-ħaddiema jieħdu persentaġġ fil-pensjoni tagħhom kull meta jsir aġġustament tal-pagi tal-ħaddiema tal-Mid-Med Bank (illum HSBC), għaliex minkejja li għaddew kważi sentejn dan l-aġġustament fil-pensjoni baqa' ma sarx?
F'każ li kien hemm problema, ma jaħsibx li f'sentejn kellha tissolva?
Meta bejn wieħed u ieħor dawn l-ex ħaddiema se jibdew jirċievu l-pensjoni aġġustata?
Se jirċievu arretrati taż-żmien li ntilef?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jipprovdi li kull sena l-pensjoni mħallsa taħt dan l-Att tiġi riveduta, fost ħwejjeġ oħra, skond is-salarju kurrenti tal-post li l-pensjonant kien jokkupa.
Fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant, dan l-eżerċizzju tlesta u rriżulta li hi dovuta ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ħa l-passi biex din iż-żieda titħallas lil dawn il-pensjonanti.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjoni għal tibdil ta' postijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu applikanti d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali li għandhom applikazzjoni għal tibdil ma' post ieħor tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 462 applikazzjoni ta’ nies li tiġa joqgħodu f’post tal-Gvern u jridu akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura għal dawk l-inkwilini tal-postijiet tal-gvern biex ibiddlu l-fond tagħhom ma' post ieħor tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċedura biex inkwilin f’post tal-Gvern ibiddel il-fond li jgħix fiħ ma’ post abitat ieħor tal-Gvern hi li ż-żewġ inkwilini jmorru flimkien jimlew applikazzjoni fit-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1804 u 1901, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur totali tal-ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-Kumpless Sportiv f'Bormla? Jista' jagħti breakdown skond it-tip ta' xogħol li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-valur totali ta' ħlasijiet li saru fuq ix-xogħol tal-Kumpless Sportiv f'Bormla huwa kif jidher hawn taħt :-
Excavation Works Lm 123,429.87
Construction Works Lm 1,270,324.04
Mech. & Elect. Works Lm 199, 277.29
Finishes Lm 142,762.77
Planning, Project Manag., Misc. Lm 47,009.34
Total Lm1,782,803.31
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu training grants lill-industrija fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament? Liema setturi industrijali bbenefikaw? Jista' jgħid kemm għad hemm kumpanniji li għad għandhom jistennew li jingħataw dawn il-grants? Kemm jammontaw u għal liema snin huma dovuti?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif li wasalli mill-ETC dwar il-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li s-sid tagħhom huwa l-gvern u li mhux qed iħallsu l-kera? Għaliex mhux qed iħallsu kera? X'passi qed jieħu l-gvern biex iħallsu din il-kera? Liema huma dawn il-fabbriki?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Uffiċċju konġunt — Postijiet milquta bil-liġi possession of use
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession of use? Meta se joħorġu għal bejgħ dawn il-postijiet?
Response (BORG, TONIO)
Sabiex wieħed ikun jista` jasal biex jara kemm hemm residenzi li jinsabu mibnija fuq proprjetajiet li kienu oriġinarjament ġew akkwistati taħt it-titolu ta` pussess u użu irid isir eżerċizzju kumplessiv li jinvolvi numru ta` impjegati fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u li jieħu tul ta` żmien konsiderevoli.
Il-maġġor parti ta` residenzi li l-bejgħ tagħhom qatt ma seta` iseħħ minħabba dan, jinsabu fil-Belt Valletta u l-Cottonera.
Skond l-Att II tal-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi li ġie fis-seħħ fil-5 ta` Marzu ta` din is-sena, li Dipartiment tal-Artijiet jista` jixtri t-titolu ta` pussess u użu billi jikapitalizza li kera li jħallas bil-wieħed fil-mija (1%). Appena dan isir ir-residenti affetwati ikunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom.
Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli skond riżorsi li jkollu.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tqabbad is-substation li nbniet fi Triq is-Suq fiż-Żejtun? Billi din is-substation ilha se tinbena snin, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li issa ladarba tlestiet baqgħet ma ġietx imqabbda? Billi fl-inħawi hemm familji, fosthom anke stamperija li tħaddem in-nies magħha u li qed isofru danni minħabba vultaġġ baxx, possibbli jittieħdu passi ħalli din is-substation ladarba issa hija lesta tibda taħdem?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Enemalta ser tkompli bix-xogħol biex tintrama s-substation fi Triq is-Suq iż-Żejtun hekk kif ikunu jistgħu jiġu allokati l-ħaddiema minn fuq xogħolijiet urġenti band'oħra, partikolarment ix-xogħol konness mad-Distribution Centre tal-Mosta.
Jista' il-Ministru jinformani jekk hux qed isir użu mir-reservoirs ta' l-ilma bħal dawk li hemm madwar l-airport jew li hemm bejn il-Gudja u Santa Luċija (fit-Triq tal-Barrani)?
Jista' jgħid kif l-ilma jinġabar ġo dawn ir-reservoirs ladarba m'hemmx kanali biżżejjed li jwasslu l-ilma għalihom u l-ftit kanali li hemm huma misdudin? Dawn ir-reservoirs qed iservu biex l-ilma jmur ġol-water table?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dipartiment tal-VAT — Kontijiet pendenti tat-taxxa tas-CET
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif, skond l-avviż li kien ingħata lil dawk li għandhom kontijiet pendenti assoċjati mat-taxxa tas-CET fl-ittra mibgħuta lilhom mid-dipartiment tal-VAT Marsu, 2003, dawn l-istess nies għadhom ma rċevew l-ebda informazzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom hekk kif imwiegħed f'din l-istess notifikazzjoni?
Jista' jgħid għaliex dan il-proċess qed jieħu daqshekk fit-tul meta n-notifikazzjoni stess li ħarġet f'Marzu ta' din is-sena titlob li kollox jiġi mħallas sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Diċembru?
Ma jaħsibx li meta d-dipartiment qed jieħu daqshekk fit-tul biex jagħti statements aġġornati, qed ikun qed jitfa' pressjoni żejda fuq is-self-employed meta dan huwa mitlub iħallas kollox sa Diċembru li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni għax ma ntbagħtitx informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ dawk il-persuni li kienu eliġibbli taħt l-iskema kif kien imwiegħed fl-ittra mibgħuta f’Marzu 2003, hi li d-Dipartiment għad għandu numru ta’ każi li qegħdin jiġu pproċessati. Fejn il-każ ġie ffinalizzat il-persuna konċernata ġiet notifikata.
Il-proċess miexi normali meta wieħed jikkunsidra n-numru konsiderevoli ta’ persuni li ġew eliġibbli taħt l-iskema.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex qegħdin jitnqassu Lm30 fix-xahar mil-pensjoni ta' l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament,meta din dejjem kienet tieħu l-għajnuna soċjali bi dritt u meta din ilha armla aktar minn 13 il-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jelenka l-lista' sħiħa ta' kumpanniji, kuntratturi jew individwi li ġew imqabbda mill-grupp SKANSKA biex irendu xi servizz lejn il-bini ta' l-isptar il-ġdid mill-2002 l'hawn? X'kienet in-natura tax-xogħol ta' dawn il-kumpanniji kuntrattati mill-iSKANSKA? X'inhuma l-ammonti li ġew invoiced lil SKANSKA mill-kumpanniji mqabbda minnha? Liema kienu l-kumpanniji li tħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-riposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Possibli ż-zebra crossing li hemm fit-Triq id-Daħla ta' San Tumas Żejtun, faċċata tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun tiġi miżbugħa għax ma' għadhiex tidher u sar perikoluż ħafna għall-anzjani biex jaqsmu minn fuqha? Billi din iż-zebra crossing tintuża ta' kuljum mill-anzjani ta' din id-dar possibli dan isir fl-aqsar żmien possibli qabel ikun hemm xi inċident fatali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Triq id-Daħla ta' San Tumas hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali għalhekk l-Awtorita` dwar it-trasport għaddiet is-suġġerimenti u l-kumment ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali biex jara x'għandu jsir.
B'referenza għall-Mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33260 li ġiet imwieġba f'seduta 733 tal-Leġislatura l-oħra possibli jittieħdu passi biex it-traffic hump imsemmija titneħħa għax jien infurmat li għalkemm id-Direttorat għall Maniġġ tat-Traffiku kien talab lil Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard biex inneħħu dan il-hump, din baqgħet hemm minkejja li għaddiet aktar minn sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta ser tieħu passi meħtieġa biex tassigura li r-road hump imsemmija mill-Onor. Interpellant titneħħa.
In vista tal-fatt li l-Amministrazzjoni qegħda tisħoqq tant dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni ċertifikati li huma effetwati minn kundizzjojni ta' saħħa xejn tajba jew minħabba raġunijiet mediċi inkella naxxenti mill-istess post tax-xogħol, dawn iċ-ċertifikati qegħdin jiġu injorati u l-vittmi ta' tali sitwazzjonijiet qegħdin jiġu soġġetti għall-kondizzjonijiet psikoloġikament xejn xierqa u dan f'diversi skejjel f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħti importanza kbira lis-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Ma nafx b'każi ta' persuni b'ċertifikati mediċi li qed jiġu injorati. Jekk. l-Onor. Membru jgħarrafni b'xi każ partikolari, dan ikun jista' jiġi evalwat u kkonsidrat skond il-merti tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix xi policy dwar il-kapijiet ta' l-iskejjel, kif dawn jiġu magħżula u kif jintbagħtu fl-iskejjel ngħidu aħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-kapijiet ta' l-iskejjel jiġu magħżula wara li tkun ħarġet is-sejħa mill-PSC għall-applikazzjoni biex jimtlew il-vaganzi li jinħolqu.
L-applikanti jidhru quddiem bord imwaqqaf mill-PSC. Ir-riżultati ta' dan l-interview jistabbilixxi l-order of merit.
Meta jiġi biex jintbagħtu fl-iskejjel, diversi fatturi jittieħdu in konsiderazzjoni, l-aktar it-tip u l-ambjent ta' l-iskola konċernata.