Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel żviluppaw ħsarat fis-sistema tal-kanen tagħhom minħabba t-tip ta' materjal li ntuża? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' irranġar tas-sistemi konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-sistemi tal-kanen tal-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ma żviluppawx ħsarat imma l-ammont ta' 'corrosion' tal-kanen kien ser iwassal biex dawn jiġrilhom ħsarat fi żmien qasir. Għaldaqstant sar xogħol fuqhom biex din il-problema tkun tista' tiġi evitata. Ix-xogħol kien jikonsisti fil-bdil tal-kanen għal materjal aktar reżistenti kontra l-ilma baħar. Il-materjal użat oriġinarjament kien dak li jissejjaħ 'black pipes' li ma jkunux galvanizzati imma li jkunu ta' ħxuna akbar li jifilħu għal-'corrosion'.
Sfortunatament tirriżulta li dawn il-kanen xorta waħda ma kienux tajbin biżżejjed għall-ammont ta' 'corrosion' li joħloq l-ilma baħar tagħna. Ix-xogħol fuq il-kanen il-ġodda sewa madwar LM170,000.
Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni meta mistenni jiġi finalizzat in-north harbour local plan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-North Harbours Local Plan huwa avvanzat ħafna u hu mistenni li jkun quddiem il-Board ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fi zmien qrib.
B'riferenza għaż-żjara riċenti tal-vapuri tan-NATO li ġew berthed fejn soltu jiġu berthed il-cruise liners, bil-konsegwenza li wieħed mill-cruise liners kellu jiġi berthed f'post skomdu ħafna għall-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid jekk: a) id-deċiżjoni li l-berthing tal-vapuri sarx fejn sar fuq deċiżjoni unilaterali tal-gvern? b) kienx hemm talba speċifika minn xi ambaxxati barranin biex il-berthing sar fejn sar u jekk iva, jekk dan kienx minħabba konsiderazzjonijiet ta' sigurezza? c) kienitx involuta l-Malta Maritime Authority fit-teħid tad-deċiżjoni tal-berthing? d) ma jħossx il-gvern li mingħajr ma jagħmel ban fuq dawn iż-żjarat ta' vapuri ta' forzi militari barranin għandu jagħmel kif għamel gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 u jnaqqas il-frekwenza tagħhom minħabba l-image ħażina li konċentrament simili qed jagħti lil pajjiżna?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu (a) u (c) lill-Ministru konċernat.
Dwar il-mistoqsija (b) ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma saritlu l-ebda talba f'dan is-sens minn ambaxxati barranin; jekk saritx talba lil xi ministru ieħor, m'inhix f'pożizzjoni nirrispondi, u għalhekk il-mistoqsija trid issir lill-Ministru konċernat.
Dwar il-mistoqsija (d), ma naqbilx, bħalma qed jistqarr l-Onorevoli Interpellant li konċentrament ta' vapuri ta' Qawwiet Navali barranin qed joħloq image ħażina ta' pajjiżna. Jiena nfurmat li bejn is-snin 1996 - 1998, kienu fil-fatt żaru Malta 4 skwadri ta' vapuri (skwadra li tikkonsisti fi tliet vapuri jew iżjed).
Lanqas ma jirriżultali, mill-informazzjoni li ngħatajt li, matul l-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998, kienu ttieħdu deċiżjonijiet sabiex titnaqqas il-frekwenza ta' dawn iż-żjarat. Fil-fatt, imkien ma nstabu annotamenti jew dokumenti li jikkonfermaw li uffiċċjalment ġew irrifjutati żjarat ta' vapuri navali li kienu ġew rikjesti permezz ta' Note Verbale.
Il-Gvern se jibqa' miexi b'politika kostanti u soda fejn għandhom x'jaqsmu żjarat ta' vapuri navali fil-portijiet Maltin. Il-Ministri tal-Gvern kollha nvoluti f'din il-materja huma konxji mir-responsabbilta' li għandhom lejn il-poplu Malti kollu, u żgur mhumiex se jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-direttivi uffiċċjali, jew li jiżvantaġġjaw xi settur tas-soċjeta', jew li jipperikolaw s-saħħa taċ-ċittadini ta' pajjiżna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji in konnessjoni miegħu qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiemnt ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-applikant? X'tama hemm li fil-futur jiġu allokati post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - fi ħdan id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lil din il-familja li għandhom tifel b'diżabilita'? X'tama hemm li jieħdu post tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ bin-numru H 18213 fi ħdan id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-din l-applikanta li hi single mother? X'tama hemm li tieħu post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-applikant? X'tama hemm li fil-futur jiġu allokati post tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jwassal għal telfien ta' impjiegi u dan fid-dawl ta' numru ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom f'dawn l-aħħar xhur u wkoll fid-dawl tal-fatt li n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol laħaq il-figura ta' aktar minn 8,000 ruħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-politika tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' li jkun hemm xogħol għal kull min irid jaħdem. L-Oppożizzjoni taf daqs il-Gvern li l-klima ekonomika dinjija u Ewropeja għaddejja minn perjodu ta' taqlib kbir li bilfors jaffettwa lil pajjiżna.
Jista' il-Ministru jgħid min hu nkarigat mis-sigurta' tal-kumpless sportiv tal-Kottonera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li s-Sigurta' tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, bħall-kumplessi sportivi oħra taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Malti għall-Isport.
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa taħt il-ħarsien tas-sigurta' 24 siegħa kuljum. Matul il-ġurnata dan ix-xogħol isir minn impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport filwaqt li fil-ħinijiet l-oħra s-sigurta' tal-post hija f'idejn kumpanija tas-sigurta' privata taħt kuntratt mall-Kunsill Malti għall-Isport.
Ma jidirlhux il-Viċi Prim Ministru li hija inġustizzja soċjali li id-disability allowance titpoġġa għall-means testing bħall fil-każ taċ-childrens' allowance bħall ma jidher li ġara fil-każ ta' tifel ta' 15-il sena li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament b'diżabilita' permanenti li minħabba f'żieda marġinali fid-dħul ta' missieru inqatgħetilhom id-disability allowance minn tlett xhur l'hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultalix li twaqqfet l-Allowance għad-Diżabilita’ lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Infatti ninsab infurmat li l-persuna ndikata għadha tirċievi din l-allowance.
Irrid ngħid ukoll li fil-fatt it-test tal-meżżi għall-Allowance għad-Diżabilita’ hu differenti u aktar vantaġġjuż għall-applikant minn dak li jsir fil-każ ta’ Allowance tat-Tfal u għalhekk m’hemm ebda inġustizzja soċjali. Waqt li fil-każ ta’ Allowance tat-Tfal id-dħul massimu tal-familja ma jridx jaqbeż Lm10,270 fil-każ ta’ l-Allowance għad-Diżabilita’ d-dħul ma jridx jaqbeż Lm13,270. Fil-kalkolazzjoni tad-dħul mill-impieg tal-ġenituri, fil-każ ta’ l-Allowance għad-Diżabilita’ jiġi kkunsidrat id-dħul mill-impieg ta’ ġenitur wieħed biss, dak l-aktar għoli, u mhux id-dħul miż-żewġ impiegi bħal ma jiġri fil-każ ta’ l-Allowance tat-Tfal.
Jista' il- Ministru jgħid, kwantu jirrigwarda l-applikazzjoni għall reġistrazzjoni ta' raba' taħt l-iskema li kienet ħarġet mid-Dipartiment ta' l-Artijiet fl-2000 fl-liema stadju waslu b'mod partikulari dik tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet li saru taħt l-Iskema sabiex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern bħalissa qed jiġu pproċessati. Infakkar lil Onorevoli Interpellant li b`kollox saru madwar 10,000 applikazzjoni. Ix-xogħol meħtieġ fuqhom huwa wieħed twil u laboruż u fil-fatt sa issa sewa lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern eluf kbar ta` siegħat ta` xogħol. It-Taqsima qed tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex fid-dawl tar-riżorsi tagħha tipproċessa l-applikazzjonijiet.
Fil-konfront tal-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat li l-art in kwistjoni fil-fatt kienet art tal-Knisja li għaddiet għand il-Gvern permezz tal-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja tal-1991. Din l-applikazzjoni, flimkien ma` oħrajn, qed tiġi pproċessata.
F'każ illi l-gvern jiddeċiedi li jwettaq il-pjan tiegħu li joħloq żewġ engineered landfills fis-siti identifikati qrib it-tempji ta' l-Imnajdra, jista' il-Ministru jgħid min huma l-proprjetarji ossia l-persuni, ditti jew kumpanniji li jmexxu l-barrieri u li magħhom il-gvern ikun qiegħed jinnegozja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi, possibbli li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tindika meta hemm il-ħsieb li tbiddel il-main ta' l-ilma li hemm f'Wied iz-Ziju, l/o M'Scala għaliex qed ikun hemm leakages kontinwi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-KSI għadha kif bidlet part minn dan il-mejn f'Wied Iz-Ziju M'Scala li l-aktar li kien dgħajjef. Bħalissa qed isir studju biex tittieħed deċiżjoni jekk hemmx bżonn li jinbidlu aktar partijiet ta' dan il-mejn. Jidher iżda li l-problema ta' leakages ġiet solvuta.
Possibbli li d-direttorat tat-toroq jagħmel spezzjoni f'Wied iz-Ziju l/o M'Scala għaliex jien informat li t-triq inqalgħet minn kuntrattur biex jagħmel trinka għas-servizzi tal-korporazzjoni Enemalta u ma ġietx irranġata kif suppost b'detriment għal dawk li jużaw din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi wara li d-Direttorat tat-Toroq indaga l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant, irriżulta li l-Kunsill Lokali daħal fi ftehim mal-Korporazzjoni Enemalta sabiex din ta' l-aħħar tgħaddi l-flus tar-reinstatement lill-Kunsill biex ikopri parti mill-ispejjeż tar-resurfacing ta' dawn it-toroq. L-Awtorita tinsab infurmata wkoll illi l-Kunsill Lokali diġa għamel arranġamenti biex isir patching temporanju mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant jista' jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernati.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u d-dazju li timponi fuq ġobon u butir u prodotti tal-ħalib importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq trab tal-ħalib xkumat u prodotti magħmula minnu importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq tessuti mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq il-beverages and tobacco importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq processed foods importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.