WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq vegetables and fruits importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1312, jista' il-Ministru jipprovdi lill-Kamra b'aktar dettal, cioe' min kienu l-esperti Ewropej u tad-dipartiment in kwestjoni? X'rakkomandazzjonijiet għamlu biex il-Gvern biddel id-deċiżjoni li kien ħa hu stess fil-leġislatura l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d deciżjoni li tiġi upgraded il-fabbrika preżenti tal-ħalib ittieħdet mill-kumpannija stess. Il-Gvern, fil-leġislatura ta’ qabel, kien indika biss sit fejn tista’ tinbena fabbrika ġdida. Għalhekk il-Gvern ma biddel l-ebda deċiżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola primarja B fiż-Żejtun hemmx xi għalliema nieqsa fil-year 6 u li b'konsegwenza ta' hekk ma saritx it-tieni klassi tar-repeaters? Veru li f'din l-istess skola fis-sena skolastika li għaddiet u fil-bidu ta' din is-sena skolastika hemm għalliema li ħadet sick leave fit-tul? Ser jittieħed xi rimedju għal din is-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li hemm għalliema nieqsa fl-iskola taż-Żejtun 'B'. F'din l-iskola hemm żewġ klassijiet tal-Year 7 (Year 6 repeaters), u qatt ma kien il-każ li ma tinfetaħx xi klassi minħabba nuqqas ta' għalliema.
L-għalliema li kienet nieqsa fil-bidu tas-sena, mhix l-istess waħda li kienet fuq sick leave is-sena skolastika li għaddiet.
Persuni li għamlu użu mill-internet għall-pedofelija — Investigazzjonijiet mill-pulizija
Question
Wara l-investigazzjonijiet twal li saru mill-pulizija Ġermaniża tħabbar li persuni f'aktar minn 156 pajjiż inqabdu jużaw l-internet għall-pedofelija, jista' il-Ministru jgħid kienx hemm kuntatt mal-pulizija Maltija f'din l-investigazzjoni? Hemm Maltin involuti? Jekk fl-affermattiv, kemm u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-Pulizija Ġermaniża għamlet kuntatt mal-Pulizija Maltija dwar l-investigazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Pazjenti li qed jintbagħtu barra l-pajjiż għal diversi operazzjonijiet
Question
Peress li l-gvern Ingliż qed jibgħat pazjenti barra minn pajjiżu għal operazzjonijiet tal-qalb u tal-hip, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet biex dawn jintbagħtu wkoll Malta, speċjalment wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, għalkemm mhux neċessarjament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li sa issa ma kien hemm ebda taħditiet formali.
Meta prodotti agrikoli jiġu esportati, bħall-patata u basal, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jiġux graded? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux se jibda jsir għal prodotti li jinbiegħu lokalment? Il-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropea tesiġi dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-prodotti li jiġu esportati jiġu ‘graded’ skond it-talba tal-importaturi barranin. Uħud mill-prodotti li jinbiegħu lokalment se jibdew jiġu ‘graded’ meta tinbena l-‘grading station’.
L-Onor Interpellant jaf tajjeb li l-politika agrikola ta’ l-Unjoni Ewropeja hi waħda msejsa fuq il-kwalita’. Għaldaqstant hemm ‘marketing standards’. Kull Stat Membru hu mistenni li jimplimenthom fl-interess tal-produttur, għal dħul aħjar, u għall-konsumatur li jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu fuq livell ta’ kwalitá.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qegħdin jattendu l-kindergarten ta' l-Istat? Kemm minnhom bdew f'Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfal li mistenni jattendu l-kindergarten ta' l-Istat f'Ottubru huwa previst li jkun hemm 4,444 tfal f'Malta u 351 tfal f'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat? Kemm huma subien u kemm bniet? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat (Estimated Population) huwa dan:
Subien Bniet Total
Malta 9461 8157 17618
Għawdex 927 861 1788
10388 9018 19406
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż tas-safar
Question
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1662, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li mqabbla ma' l-ewwel erbgħa xhur tas-sena, in-nefqa tal-Ministeru tal-Biedja, Sajd, Akwakultura u Żvilupp Rurali żdiedet minn Lm17.552 għall-Lm27.739? Jista' jagħti breakdown kif tlabt fil-mistoqsija oriġinali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ir-raġuni hi sempliċi ħafna. Kif spjegajt fl-Aġġornament fil-15 ta’ Settembru, il-Ministeru, wara April, ingħatatlu responsabbilita’ ġdida wkoll tal-qasam ta’ l-Ambjent, ovvjament inkluż ir-relazzjonijiet barranin b’ mod speċjali il-kuntatti mal-Kummissjoni Ewropeja. Biss biss biżżejjed wieħed jgħid li l-Ministru kważi kull xahar jattendi żewġ Kunsilli separati, wieħed tal-Ministri ta’ l-Agrikultura u l-ieħor tal-Ministri ta’ l-Ambjent. Is-somma ndikata fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1662 kienet tkopri r-responsabbilitajiet kollha tal-Ministeru.
Nista’ inserraħ moħħ l-Onor. Interpellant li donnu għadu ma apprezzax li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’ laqgħat tekniċi u oħrajn tal-Kunsill tal-Ministri hi importanti, u li l-approvazzjoni għal kull safra ssir wara li tkun analizzata r-rilevanza tal-laqgħa u sa fejn hu possibbli d-delegazzjoni ma tkunx aktar minn persuna waħda.
Kemm ġew intervistati persuni biex jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ fl-iskejjel primarji statali u fl-iskejjel sekondarji statali? Kemm ġew reklutati minnhom fiż-żewġ livelli?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Hemm xi ħsieb li l-Universita', waħedha jew flimkien mal-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ u entitajiet pubbliċi u privati oħra, tieħu xi inizjattivi ġodda biex il-gradwati l-ġodda jsibu impjieg addattat malli jtemmu l-korsijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar sena kien hemm diskussjonijiet u ntlaħaq qbil ma' l-ETC biex fl-Universita' jinfetaħ uffiċċju biex uffiċjali ta' l-ETC jkunu jistgħu jagħtu pariri lill-istudenti fuq opportunitajiet ta' xogħol.
Qed isiru tħejjijiet biex Malta tieħu sehem deċiżiv fil-programm ġdid New Neighbourhood Instrument propost mill-Kummisjoni Ewropea għall-punent tal-Mediterran li fih qed jiġi propost li jieħdu sehem Malta, l-Italja, Franza, Spanja, l-Portugall, ir-Renju Unit, il-Marokk, l-Alġerija u t-Tunesija? X'tip ta' inizjattivi qed jiġu studjati biex jiġu mressqa?
Response (BORG, JOE)
L-hekk imsejjaħ New Neighbourhood Instrument għadu fil-fażi inizjali tiegħu, jiġifieri fil-fażi preparatorja, u diffiċli li wieħed jantiċipa minn issa x'forma se jieħu finalment.
Madankollu, peress illi l-ko-ordinazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea li jinvolvu fondi hija responsabbilita' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jirrivolġi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
X'ħidma qed issir biex Malta tieħu sehem fil-programm Archimed fil-qafas ta' New Nieghbourhood Insturment propost lil Kummisjoni Ewropea għal sehem minn Malta, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libanu, is-Sirja, il-palestina u l-Ġordan?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1912.
Huwa minnu li l-ministeru tiegħek ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura li dewmien fil-ħlas tas-sħubija fil-World Heritage Fund seta' wassal biex nitilfu l-voting rights tagħna fil-World Heritage Committee dan ix-xahar? Il-pożizzjoni ġiet regolarizzata?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma li l-Ministeru tiegħi ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru konċernat dwar il-ħtieġa tal-ħlas malajr tal-kontribuzzjoni ta' Malta għall-World Heritage Fund.
Commonwealth Secretariat — Digital divide initiative
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħditiet li żamm il-ministeru tiegħu mal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment f'Settembru li għadda sabiex il-Commonwealth Secretariat jiġi mħajjar jippromwovi d-digital divide initiative permezz ta' programmi li Malta kienet beħsiebha tniedi?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq nippreċiża li fil-laqgħa li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant fiha ħadu sehem uffiċċjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjonu u Investiment u tal-MITTS, ġiet diskussa l-parteċipazzjoni tal-Ministru tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment matul Konferenza tal-Ministri responsabbli mit-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni tal-Commonwealth, li kienet maħsuba ssir f'Londra f'Novembru li ġej. Waqt id-diskussjoni, xi uffiċċjali li attendew għal din in-laqgħa ġew inkarigati sabiex ifasslu l-punti li setgħu jitressqu fl-intervent ministerjali fil-Konferenza ta' Londra. Sussegwentement, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġie nfurmat mis-Segretarjat tal-Commonwealth li l-Konferenza ta' Londra ma kenitx se tinżamm.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-single programming document 2004-2006 ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-abbozz tas-“Single Programming Document” (SPD) 2004-2006 ta’ Malta jinsab fuq il-“website” http://www.ppcd.gov.mt. L-abbozz ġie diskuss mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku. Dan l-abbozz qed jiġi diskuss mal-Kummissjoni Ewropea. L-għan hu li d-dokument jiġi ffinalizzat sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra CDs bl-SPD oriġinali li ġie mibgħut lill-Kummisjoni f’Mejju ta’ din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' raħħala produtturi taċ-ċanga friska li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn ir-raħħala?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-Dipartiment għallProġetti u Żvilupp fi ħdan ilMinisteru għal Għawdex ma rċieva lebda reġistrazzjoni mirraħħala produtturi taċċanga friska f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati millaħħar maltemp.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn is-sajjieda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-Dipartiment għallProġetti u Żvilupp fi ħdan ilMinisteru għal Għawdex ma rċieva lebda reġistrazzjoni missajjieda f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati millaħħar maltemp.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-programmi kollha ta' l-Unjoni Ewropea li bħalissa pajjiżna qed jieħu sehem fihom? Kemm qed toħroġ fondi l-Unjoni Ewropea għal kull programm u kemm qed toħroġ Malta? Fiex jikkonsistu dawn il-programmi differenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema proġetti se jintnefqu l-fondi, każ b'każ, li se toħroġ l-Unjoni Ewropea lil Malta fit-tliet snin li ġejjin? Għal kull proġett, x'parti se toħroġ l-Unjoni Ewropea u x'parti se toħroġ Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li dak li jirrigwarda l-fondi strutturali, bħalissa qed isir xogħol fuq is-“Single Programming Document” (SPD). Dan id-dokument jasal biss sal-prioritajiet u l-miżuri. L-SPD irid jiġi maqbul mal-Kummissjoni Ewropea u wara jkun jista’ jsir ix-xogħol fuq il-proġetti.
L-SPD għandu total ta’ 85 miljun Euro ta’ investiment pubbliku li minnhom 63 miljun Euro ġejjin mill-fondi strutturali – dan ifisser li ħafna mill-proġetti, partikolarment dawk ta’ natura infrastrutturali, se jkollhom finanzjament ta’ madwar 75 fil-mija mill-Unjoni Ewropea.
Minn dak li jirriżulta minn dan id-dokument s’issa, jidher li ser ikun hemm diversi proġetti fil-qasam ta’ l-ambjent (partikolarment l-iskart, kwalità ta’ l-ilma u drenaġġ), trasport (toroq), edukazzjoni (taħriġ u infrastruttura, għajnuna lill-intrapriżi u għajnuna w investment fis-setturi tal-biedja u s-sajd.
Il-proġetti tal-fondi ta’ koeżjoni huma xogħolijiet fuq it-toroq f’dak li jirrigwarda s-settur tat-trasport u proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart f’dak li jirrigwarda s-settur ta’ l-ambjent. Rigward it-toroq bħalissa għaddejjin studji biex jiġu identifikati l-partijiet tat-“Trans-European Network” li għandhom priorità. Proġetti ta’ l-iskart prinċipalment hemm tnejn:- l-impjant tal-“composting” u l-“material recovery facility”.
Il-proġett taħt il-fond ta’ koeżjoni jammontaw għal 26 miljun Euro ta’ investiment pubbliku li minnhom 22 miljun Euro ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li b’mod ġenerali l-proġetti ser ikollhom finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ madwar 75 fil-mija.