Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li diġa' irreġistraw il-ħsarat li kkawżalhom l-aħħar maltemp separatament? Meta se jsiru l-ispezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Biedja għand dawn il-bdiewa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li dDipartiment għallProġetti u Żvilupp fi ħdan ilMinisteru għal Għawdex irċieva 19il reġistrazzjoni millbdiewa f'Għawdex ta' ħsarat kkawżati millaħħar maltemp. Lispezzjonijiet ġew imwettqa kollha.
Tista' id-diviżjoni tinvestiga l-istat tat-trasport skolastiku għat-tfal li jmorru l-iskola primarja tal-Imtarfa peress li għandi lmenti dwar nuqqasijiet serji bħal: dewmien, iffullar fuq mini-van, ġarr ta' tfal fejn il-vjaġġ li jitħallas mill-Gvern jsir fl-sitess ħin ma vjaġġi mħallsa mill-ġenituri, sewqan eċċessiv ... vettura waħda li trid tlaħħaq ma kollox?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mir-rapporti li waslu jidher li l-ġenituri huma sodisfatti bis-servizz li qed jingħata fl-iskola imsemmija.
Kurrikulu għall-iskejjel — Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif wieġbet id-Diviżjoni għall-ittri miktuba lilha minn Merlin Library Ltd fis-6 ta' Ottubru 2003 dwar kif qed jiġu trattati pubblikaturi lokali tal-kotba meta ssir l-għażla għall-kurrikulu għall-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-2002 ħareġ 'Audit Report' li rrakkomanda il-proċedura li d-Diviżjoni għandha taddotta meta jiġu trattati pubblikazzjonijiet lokali.
Informat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew adottati aktar kmieni din is-sena meta d-Diviżjoni ħasset il-ħtieġa li jinxtara ktieb tal-Computer Studies ippublikat hawn Malta. Informat li l-ebda ktieb ma intgħażel peress li ma laħaqx il-kriterji tal-Bord ta' l-Għażla.
F'hiex waslet l-inkjesta li saret wara li tifla waqgħet minn van skolastiku hija u tittieħed lura d-dar? X'passi ttieħdu s'issa biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' inċident bħal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-Rapport tal-Bord ta' Inkjesta dwar l-inċident imsemmi.
Kwestjonarju — Laqgħa tal-Ministri ta' l-Istati membri
Question
X'pożizzjoni ħa l-Ministru fit-tweġibiet li kellu jagħti għall-kwestjonarju li sar lil kull Ministru għal-laqgħa fil-Lussemburgu (f'nofs Ottubru 2003) tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati membri u dawk li se jsiru membri tal-UE?
Response (BORG, JOE)
It-tweġibiet tal-Ministeru tiegħi għaż-żewġ kwestjonarji li ntbagħtu bi tħejjija għall-Laqgħa Ministerjali li saret fil-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2003, wieħed dwar il-Kummissjoni Ewropea u l-ieħor dwar il-Ministru Ewropew għall-Affarijiet Barranin, kienu jiġbru l-fehmiet tal-Gvern Malti li bosta drabi ħarġu f'dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru. Il-Gvern Malti qed jgħid hekk:-
Dwar il-Kummissjoni Ewropea:
"Malta believes that the Union would be better served by a model consisting of a single tier of Commissioners (one nominated by each Member State) with equal levels of collegial status and voting rights.
Irrespective of the model chosen, Malta believes that provision should be made to ensure that, over time, nominees of all Member States will hold all Commission responsibilities, including the most important and the least important portfolios.
Also irrespective of the model chosen, Malta believes that all Commissioners (other than the President and the ‘Foreign Affairs Minister’) should be nominated and approved in the same manner."
Dwar il-Ministru Ewropew għall-Affarijiet Barranin:
"As a member of the Commission, the ‘Foreign Minister’ would have full voting rights on all issues within the Commission.
The status of the ‘Foreign Minister’ in the Commission makes him or her subject to the same rules of accountability including the obligation to resign both as a result of a censure motion by the European Parliament, or at the request of the President of the Commission. The European Council is also to have the right to end
h
is or her tenure.
If the ‘Foreign Minister’ is to chair the Foreign Affairs Council, the President of the Commission should designate another Commissioner to represent the Commission in this Council. "
Kemm hemm ħaddiema mit-taqsima tad-drenaġġ li ntbagħtu jaħdmu mal-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? B'liema kundizzjonijiet intbagħtu? Kif inhi s-sitwazzjoni tagħhom dwar is-sigurta' ta' l-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tad-Drenaġġ u ġew detailed mall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kien 614 li minnhom hemm 508 f'Malta u 106 f'Għawdex.
Għar-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1903.
Kemm hemm ħaddiema li huma meqjusa żejda fil-PBS? B'liema kriterju huma meqjusa żejda? F'liema taqsimiet jaħdmu? X'ser isir minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sar eżerċizzju bil-għan li jistabbilixxi kemm għandha jkollha ħaddiema l-Kumpanija biex tkun vijabbli. Bħalissa hemm 184 ħaddiema, li jridu jonqsu għal 50. Jien nfurmat ukoll li kważi f'kull kategorija ta' xogħol hemm nies żejda. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-General Workers' Union fuq skemi ta' voluntary redundancies.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu nkarigat mis-sigurta' tal-bini "AĊĊESS", fil-Birgu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sigurta’ tal-post indikat mill-Onor. Interpellant hi vdata f’watchmen impjegati mal-Gvern u fin-nuqqas tagħhom, minħabba leave jew sick leave jitqabbdu security officers ta’ kumpanniji privati.
Isla — Triq il-Miġja tal-Papa - Fond fi blokk 9, nru. 2
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond Blk 9, No. 2, Triq il-Miġja tal-Papa, Isla huwiex milqut bil-liġi possession of use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtara dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Ai termini tad-domanda parlamentari numru 2020 mogħtija fis-seduta tal-bieraħ l-Onor. Interpellant ġie infurmat li preżentement għaddej proċess intensiv sabiex il-proprjetajiet li qegħdin taħt possession and use f`Malta u b`mod partikolari fil-Kottonera jiġu elenkati. Kif dan isir u kif ikun hemm il-fondi sabiex dawn jiġu mifdija l-persuni interessati jiġu debitament infurmati. Il-post minnek indikat ġie identifikat bħala wieħed minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut bil-liġi in possession of use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtrara dan il-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-health inspector m'għamilx spezzjoni fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Meta se jagħmel l-ispezzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li spettur tas-Saħħa Pubblika kien għamel spezzjoni fil-fond indikat fit-30 ta' April 2003 u fis-17 ta' Ottubru 2003.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Impjegat fir-registry section
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - li jaħdem mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni (registry section), jibda jaħdem fi skola tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li bħalissa m'hemmx postijiet ta' messaġġiera vakanti fi skejjel viċin il-lokalita' fejn joqgħod l-individwu konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex ikollna Telecommunications Link addizjonali billi gżejjer oħrajn fil-baħar ta' madwarna kollha għandhom multiple links li tikkonnettjahom ma' l-Ewropa u l-Afrika ta' fuq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-Gvern jemmen li m'għandux jintervjeni f'oqsma tas-setturi tat-telekomunikazzjoni fejn ma jidhirx li hemm falliment tas-suq. Mill-bidu ta' din is-sena l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni awtoriżżat lil Vodafone (Malta) Ltd, Mobisle Communications Ltd, Technivest Ltd, SITA, Globe Wireless u Global Communications Ltd. biex joperaw sistemi ta' komunikazzjoni u jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni għall-pajjiżi oħra.
Il-Vodafone (Malta) Ltd jippjanaw li sa nofs is-sena d-dieħla is-sistema ta' fibra ottika li se jpoġġu bejn Malta u Sqallija tkun funzjonanti. Madankollu l-Awtorita' għamlet analiżi biex tidetermina x'jista jsir min-naħa tal-Gvern f'kas li ma jkunx hemm biżżejjed kapaċita' ta' konnettivita' pprovduta mis-suq.
Ambaxxatur Malti għall-Iżrael — Taħdidiet ma' uffiċjali tal-MLP
Question
Jista' il-Ministru jinvestiga informazzjoni li għandi li l-ambaxxatur Malti akkreditat għall-Iżrael Dr Abraham Borg irrapporta f'mod skorrett taħdidiet li allegatament kellu ma uffiċjali tal-MLP dwar il-leadership tal-Partit Laburista Malti f'kommunikazzjoni uffiċjali li kellu mal-ministeru tiegħek?
Response (BORG, JOE)
L-Ambaxxatur Malti għall-Iżrael ma kellu ebda taħdidiet ma' uffiċċjali tal-MLP u ma għamel ebda rapport dwar il-leadership tal-partit Laburista Malti f'komunikazzjoni uffiċċjali li kellu mal-Ministeru.
Fil-preżent kemm hemm ċittadini Maltin jaħdmu mal-FAO?
Response (BORG, JOE)
L-istituzzjonijiet fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti jdaħħlu l-impjegati tagħhom mingħajr l-ebda konsultazzjoni ma' l-istati membri tagħhom. Iċ-ċittadini ta' l-istati membri ta' dawn l-istituzzjonijiet li jkunu jixtiequ japplikaw biex jimlew il-vakanzi disponibbli jagħmlu dan direttament, u l-istat li tiegħu ikunu ċittadini ma jkollu l-ebda nformazjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet.
Għaldaqstant ma ninsabx f'pożizzjoni li nagħti lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba.
Ambaxxatur Malti għall-Iżrael — Proġett ta' waste management
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-ambaxxatur Malti għall-Iżrael Dr. Abraham Borg kellu taħdidiet ma' ex mibgħut speċjali Iżraelit għall-Federazzjoni Russa dwar il-fattibilita' ta' proposti ta' proġett ta' waste management li l-Gvern Malti kien irċieva mingħand esperti Russi?
Response (BORG, JOE)
L-Ambaxxatur Malti għall-Iżrael kellu taħdidiet ma' ex-mibgħut speċjali Iżraeljan għall-Federazzjoni Russa dwar il-fattibilita' ta' proposti ta' proġett ta' Waste Management. L-Ambaxxatur Malti kien iddiskuta il-problema ta' l-iskart informalment fix-xhur li għaddew u kien irċieva xi informazzjoni fuq it-teknoloġija involuta. Fiż-żjara tiegħu ġewwa l-Iżrael ta' ftit ġimgħat ilu l-Ambaxxatur reġa' qajjem dan is-suġġett. Skond ma ntqal lill-Ambaxxatur, dan il-proġett ta' Waste Management ġie ippreparat minn esperti Russi illum residenti ġewwa l-Iżrael.
Il-Gvern Malti qatt ma rċieva proposti għal dan il-proġett ta' Waste Management mingħand esperti Russi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex double taxation agreement ma' l-Iżrael? Jekk le, x'qed iżomm ftehim simili milli jintlaħaq?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma li Malta għad m'għandhiex (avoidance of) double taxation agreement ma' Iżrael. Il-proposta formali biex jiġi nnegozjat tali ftehim bilaterali saret minn Malta fl-2000 iżda minkejja diversi noti min-naħa ta' Malta u kuntatti diplomatiċi, il-proposta għadha ma ġġenerat l-ebda reazzjoni minn Iżrael.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Maltin li jkunu qed jagħmlu xogħol volontarju fl-Albanija jenħtieġux residents permit mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż? Jekk iva, x'inhi l-proċedura biex dan iseħħ?
Response (BORG, JOE)
Sallum, il-Maltin li jagħmlu xogħol volontarju fl-Albanija ma jinħarġilhomx residents permit mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż iżda visa għal żmien limitat li ma tippermettilhomx dħul u ħruġ liberu mill-pajjiż mingħajr ma jiġu ntaxxati, anke meta joħorġu mill-pajjiż għal ftit siegħat.
Għaldaqstant l-Ambaxxata ta' Malta għall-Albanija irranġat ma' l-Awtoritajiet Albaniżi sabiex jinħarġu residence permits għal perjodu ta' sena biex min qed jagħmel xogħol siewi ta' volontarjat ikollu liberta' jidħol u joħroġ mill-Albanija mingħajr ma jiġi ntaxxat. L-Ambaxxata ta' Malta diġa ġabret id-dokumenti neċessarji mingħand il-Maltin li jaħdmu fl-Albanija għal dan il-għan. Bi ftehim ma' l-Ambaxxata Albaniża, dawn id-dokumenti sejrin jintbagħtu lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġewwa Tirana għall-ħruġ tal-permessi neċessarji.
WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti
Question
B'riferenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinformani kemm fil-fatt l-Unjoni Ewropea ddikjarat li se tnaqqas it-tariffa u dazju li timponi fuq vegetable oils and fats importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea wara Mejju ta' l-2004?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f'Seduta Numru 43.