Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cospicua — Fond perikoluż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali wara li perit tal-gvern iddikjara li l-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwa perikoluż ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jieħu l-passi meħtieġa.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar riċevuta tal-VAT

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-irċevuta tal-VAT tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata mill-awtorita' tad-djar u t-talba tiegħu ġiet miċħuda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-29 ta’ Novembru 2000, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat biex tingħata ħlas lura ta’ taxxa fuq il-valur miżjud taħt Skema S ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. L-applikazzjoni kienet tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li ma kien hemm ebda rċevuta oħra pendenti għal dak l-istadju. Id-dikjarazzjoni kienet tgħid ukoll li l-applikanti jafu li l-ħlas isir darba biss u li wara li jsir il-ħlas, ma jista’ jsir ebda ħlas ieħor relatat ma’ l-istess stadju. Il-ħlas fil-fatt sar fit-12 ta’ Marsu 2001. Wara din id-data ġiet sottomessa riċevuta fiskali oħra għal xogħolijiet dwar l-istess stadju. Għar-raġunijiet li għidt qabel din l-irċevuta ma setgħetx tiġi kkunsidrata u l-applikanti ġew infurmati b’dan bil-miktub. L-applikanti għamlu oġġezzjoni quddiem il-Bord ta’ l-Appelli ta’ l-Awtorita’ liema oġġezzjoni ġiet miċħuda. L-applikanti ġew infurmati b’dan iżda reġgħu kkontestaw din id-deċiżjoni. Il-każ reġa’ tressaq quddiem il-Bord ta’ l-Appelli, li kkonferma d-deċiżjoni oriġinali. L-applikanti ġew infurmati b’dan.

Katidral tar-Rabat — Għawdex - Parking

Question

X'qed iżomm il-ħruġ tal-permessi biex isir il-parking tal-Katidral tar-Rabat Għawdex li xtara l-art u lesta l-pjanti għal din l-istruttura tant meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m' għandha l-ebda applikazzjoni għal parkeġġ fil-post imsemmi. Nota Supplimentari: Jista' jkun li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni PA1109/03. Oriġinarjament l-iżvilupp propost f' din l-applikazzjoni kien jinkludi l-bini ta' kumpless parrokkjali konness ma' Heritage Park, liema Park kien jinkludi parkeġġ estensiv. Ta' min jinnota, iżda, li l-iżvilupp propost f' din l-istess applikazzjoni ġie emendat sabiex jinkludi biss l-iżvilupp ta' kumpless parrokkjali u t-tkabbir ta' sqaq eżistenti.

Mellieħa — Pelican Lights

Question

X'qed tistenna l-Awtorita' dwar it-Trasport għat-twaħħil tal-pelican lights li applika għalihom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u li diġa approvat il-MEPA?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol f'Main Street, diġa qiegħed id-ducts għall-cables li huma meħtieġa li jitqiegħdu taħt l-art, u twaħħil ta' l-arbli u l-lanterni ser isir min dan il-kuntrattur max-xogħol.

San Pawl il-Baħar — Twessiegħ ta' bankina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa dwar petizzjoni li rċieva minn għadd ta' residenti f'San Pawl il-Baħar li oġġezzjonaw għat-twessiegħ tal-bankina ħdejn l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita dwar it-Trasport ma jirriżultax li ser titwessa l-bankina msemmija.

Sussidji — Kumpanniji pubbliċi

Question

Liema kumpanniji pubbliċi u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu jirċievu sussidji pubbliċi? F'kull każ kemm kien is-sussidji sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'kien dan is-sussidju ras għal ras tal-persuni li jaħdmu f'dawn l-entitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Post tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jara li l-gallarijiet ta' quddiem u ta' wara tal-fond (dettalji qed jintbagħtu separatament) jiġu irranġati minħabba li ma humiex fi stat tajjeb? L-inkwilina ta' dan il-post tal-Gvern hija anzjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Fond tal-Gvern

Question

Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom separatament huwiex milqut bil-liġi possession and use ? Jekk fl-affermattiv jistax jinxtara? X'inhi il-proċeduta biex jinxtara dan l-istess fond?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 2020 u Nru. 2031.
Leg 10 PQ #2078 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Visa abolition agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-visa abolition agreement ma' l-Albanija ġiex irratifikat miż-żewġ partijiet konċernati?

Response (BORG, JOE)

Nassumi li l-visa abolition agreement li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa l-ftehim bilaterali li reċiprokament jeżenta biss it-titulari ta' passaport diplomatiku mill-bżonn ta' visa. Attwalment, il-Ftehim ġie rratifikat miż-żewġ naħat u daħal fis-seħħ fil-11 ta' Settembru tal-2003.

Bormla — Twaqqigħ ta' fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jwaqqa' l-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda l-proġett u fejn se jiġu akkomodati r-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-fond indikat mill-Onor. Interpellant hu parti minn proġett ta’ slum clearance f’Bormla bejn Triq Santa Liena, Triq Hanover, Triq San Mark, Triq l-Ajkla u Triq l-Irlandiżi. Il-proġett maħsub li jibda wara li titlesta t-tieni fażi tal-proġett ta’ Triq San Ġwann. Peress li għad fadal ftit taż-żmien biex jinbeda dan il-proġett għadha ma ttieħdetx deċiżjoni finali dwar fejn ser jiġu rilokati r-residenti preżenti li jkunu milquta minn dan il-proġett.

Proġett ta' slum clearance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li fil-futur iwaqqa' jew jagħmel proġett ta' slum clearance minn Joe Hannover Street u Eagle Street, Bormla? Jekk fl-affermattiv, liema huma d-djar li se jiġu milquta? Meta se jibda l-proġett tat-twaqqigħ? Fejn se jiġu allokati r-residenti li se jiġu milquta minn dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2082 f’din l-istess Seduta.

Airmalta — Seat Occupancy

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani kemm kienet is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Airmalta bejn Jannar u Settembru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Bejn Jannar u Settembru 2003 is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Air Malta kienet hekk: Jannar 59% Frar 64% Marzu 75% April 66% Mejju 60% Ġunju 65% Lulju 69% Awwissu 75% Settembru 69%

Trasport tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm-il suġġerimenti ġew mgħoddija mill-Kunsilli Lokali fuq trasport tal-linji, u jekk dawn ġew aċċettati minn tal-linja stess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta kellha 108 talba differenti mingħand Kunsilli Lokali differenti li jirrigwardaw rotot. Bħalissa 54 talba jinstabu fi stadju ta' diskussjoni ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, fejn 12-il talba minnhom jinstabu fi stadju avvanzat, filwaqt li 6 minnhom ġew imwettqa.
Leg 10 PQ #2103 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Clerks

Question

Jista' il-Prim Ministru jinfurmani jekk il-Gvern impjegax xi nies li għaddew mill-eżamijiet għal public service clerks? Jekk fl-affermattiv kemm? Jekk fin-negattiv hemmx xi raġuni għal dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba hija fin-negattiv. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 10 PQ #2104 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Mitochondrial Myopathy — Mediċina - CO-ENZYMEQ10

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' nies li jbgħatu bil-kundizzjoni magħrufa bħala mitochondrial myopathy u kemm tiswa l-mediċina CO-ENZYMEQ10?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni indikata mill-Onor. Interpellant. M'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għat-tieni parti tal-Mistoqsija peress li l-mediċina Co-Enzyme Q10 mhix inkluża fil-lista ta' mediċini li jinxtraw mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern (GPS).

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm hi l-ispiża totali u komplessiva, f'dawn l-aħħar 12-il xahar, li l-Gvern jrid jaffronta, fuq l-imigranti illegali f'Malta, waqt li dawn joqgħodu hawn sakemm jintbagħtu lura?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti, ninsab infurmat illi ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għall-immigranti llegali.

Proġett — Paceville

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm se jiġi jiswa b'kollox, il-proġett ta' Paceville, u meta se jkun komplut? Jista' jinfurmani jekk ir-residenti humiex infurmati b'dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbiħ f'Paceville huwa stmat li ser jiswa madwar Miljun Liri Maltin. Il-proġett hu mqassam fi tlett fażijiet u mistenni li jitlesta' sa l-aħħar ta' Ġunju 2004. F'Marzu li għadda kienet saret laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett u għaliha kienu mistiedna li jattendu r-resitdenti ta' Paceville. Fil-jiem li ġejjien ser issir laqgħa oħra biex jiġi spjegat il-progress tax-xogħlijiet.
Leg 10 PQ #2112 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal Lokali — Ġbir ta' Multi

Question

B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1872 u 1923, jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati mill-ġbir ta' multi li għandu kull Tribunal Lokali għall-perjodu 1 ta' Jannar 2000 sa' 30 ta' Ġunju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li r-risposta għal domanda simili diġa` tajtha permezz ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 1872 u ċioe` l-ammonti ta` l-arretrati mill-ġbir ta` multi li għandu kull Tribunal Lokali mill-1 ta` Jannar 2000 sat-30 ta` Ġunju 2003 huma dawn: Valletta Lm64,218 Msida Lm122,745 Sliema Lm197,089 Birkirkara Lm143,846 Żejtun Lm107,870 Żurrieq Lm119,768 Qormi Lm63,772 Mosta Lm211,515 Fgura Lm105,829 Gozo Lm30,338 TOTAL Lm1,166,990
Leg 10 PQ #2113 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli Lokali — Devoluzzjoni ta' art pubblika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mill-Kunsilli Lokali quddiem id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fir-rigward tad-devoluzzjoni ta' art pubblika? Jista' il-Ministru jgħid ukoll liema huma l-Kunsilli Lokali li għamlu dawn it-talbiet u jgħid ukoll fir-rispett ta' liema art/post pubbliku saret it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm tmienja u erbgħin talba li qegħdin jiġu pproċessati u l-maġġor parti qegħdin fl-istadji inizjali u oħrajn waslu fl-aħħar. Dan billi l-proċess ta` analiżi ta` dawn l-applikazzjonijiet jinvolvi ħafna attenzjoni kif ġie debitament spjegat fid-domanda Parlamentari Nru. 2115 mogħtija fis-seduta tal-lum.
Leg 10 PQ #2114 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli Lokali — Parkeġġi pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li żoni ta' parkeġġ pubbliku (car parks) jiġu devoluti lill-Kunsilli Lokali bil-għan li ssir regolamentazzjoni dwar l-użu ta' dawn l-artijiet pubbliċi kif ukoll fit-tariffi li jitħallsu mis-sidien tal-vetturi lill-car park attendants li mhux dejjem wieħed jista' jagħmel distinzjoni bejn dawk li huma liċenzjati bħala car park attendants u dawk li ma humiex?

Response (BORG, TONIO)

Billi ż-żoni ta` parkeġġ pubbliku (car parks) jaqgħu taħt ir-responsabbilita` ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.