Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Gozo Channel għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1957 u 1975.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Gozo Ferries għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Sena Part Time Full Time
2001 1 Nil
2002 1 Nil
2003 Nil Nil
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx lobbying mal-gvern minn xi gvernijiet barranin biex Malta tgħin f'xi mod fir-rikostruzzjoni ta' l-Iraq?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat li ma sarx lobbying minn Gvernijiet barranin mal-Ministeru tiegħi biex Malta tgħin b'xi mod fir-rikostruzzjoni ta' l-Iraq. Madankollu, Malta ħadet sehem fil-Laqgħa ta' l-Uffiċċjali Anzjani u l-Laqgħa Ministerjali tad-Donors' Conference, li saret f'Madrid fit-23 u l-24 t'Ottobru. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mill-Ambaxxatriċi tagħna fi Spanja. Malta għamlet 'token contribution' ta' 25,000 Euro kif ukoll żewġ scholarships għal nies Iraqqini nvoluti fil-qasam ta' restawr għas-snin 2004 - 2007. Dawn l-ischolarships ġew offruti miċ-Ċentru Malti għar-Restawr u jammontaw għal 200,000 Euro. Uffiċċjali miċ-Ċentru għar-Restawr ħadu sehem ukoll fil-Konferenza għal Persuni mis-Settur Privat li nżammet għal dan l-iskop f'Madrid fit-23 t'Ottubru, 2003.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2065, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jirriżultax li effettivament kien hemm tnaqqis fid-disability allowance li qed jirċievu l-ġenituri tat-tifel konċernat, nirriferih għar-regolamenti dwar payment of DCA li jgħid li the rate of Lm5 per week for every disabled child is paid if the highest income is less than Lm9,270 whilst on the other hand if the highest income is more than Lm9,270, rate is worked out by considering 6.5% of the difference from Lm13,270 and Lm9,270? This rate is payable for every disabled child? Jista' il-Ministru jikkonferma dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jinforma l-persuna konċernata li għal aktar dettalji dwar il-każ personali tagħha għandha tavviċina lill-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern nies b'kuntratt (jew kellhom il-kuntratt imġedded) matul din is-sena? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-1 ta’ Jannar, 2003 sat-30 ta’ Settembru, 2003 kien hemm 259 persuna minn barra s-Servizz Pubbliku li ngħataw kuntratt ta’ servizz definit mal-Gvern jew li kellhom il-kuntratt imġedded. Fost dawn hemm numru ta’ “Nurses”, “Senior Registrars”, u “School Secretaries”.
Erbgħa minn dawk li kellhom il-kuntratt imġedded għandhom remunerazzjoni globali aktar minn ta’ Ministru. Tlieta minn dawn huma konsulenti barranin u l-ieħor huwa Malti.
Dawn in-numri ma jinkludux nies ingaġġati mas-Segretarjati Privati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li f'din is-sena skolastika qed jattendu l-Junior College u l-iskola Sekondarja Għolja fin-Naxxar? Kemm daħlu f'dawn l-iskejjel din is-sena għall-ewwel darba? Kemm kien hemm studenti kemm fil-Junior College kif ukoll in-Naxxar li telqu qabel ma bdiet din is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika proviżorja dwar studenti li jattendu l-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar hi hekk:-
Subien 551
Bniet 794
In-numru ta' studenti li daħlu f'din l-iskola għall-ewwel darba din is-sena huwa ta' 1037.
In-numru ta' studenti li telqu mill-iskola qabel il-bidu ta' din is-sena skolastika huwa kif ġej:
Sena Revision Course 262
Sentejn A/O Course 234 (numru minn dawn jinkitbu għall-MATSEC Course)
Sentejn MATSEC Course 130
In-numru ta' studenti fl-ewwel sena li qed jattendu fil-Junior College f'din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 684
Bniet 979
Total 1663
Studenti fit-tieni sena li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 601
Bniet 790
Total 1391
Studenti fl-ewwel u t-tieni sena flimkien li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 1285
Bniet 1769
Total 3054
In-numru ta' studenti li daħlu fil-Junior College din is-sena għall-ewwel darba -
1510
In-numru ta' studenti li telqu mill-Junior College qabel ma bdiet din is-sena skolastika -
375
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti, subien u bniet separatament, li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell ta' sixth form? Jista' jeleneka l-iskejjel u n-numru ta' studenti f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' studenti li qegħdin jattendu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti fil-livell ta' Sixth Form huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja Subien Bniet Total
St. Aloysius College 222 214 436
De La Salle College 101 107 208
Skejjel Indipendenti Subien Bniet Total
St. Edwards 67 11 78
Verdala International 28 26 54
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell sekondarju? Jista' jagħti l-lista' ta' skejjel u kemm qed jattendu f'kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet lil skejjel indipendenti u dawk tal-knisja biex isir teacher training fl-iskejjel tagħhom? Liema huma dawn l-iskejjel? Jista' jgħid kemm minnhom aċċettaw? F'liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx irċieva xi talba mill-kappillan jew mill-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar għal għajnuna ta' xi tip jew ieħor marbuta mar-restawr u l-ftuħ mill-ġdid tal-Mużew li jinsab fl-istess parroċċa biswit is-Santwarju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li fl-1999 kienet saret talba lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni biex tingħata għajnuna finanzjarja biex isir xogħol ta’ tiswija tas-saqaf ta’ dan il-Mużew.
Fis-sena 2000 kienet saret talba biex tingħata allokazzjoni alternattiva għall-esibiti tal-Muzew sakemm isir ix-xogħol.
Minkejja li kienu saru laqgħat bejn il-partijiet konċernati, dawn il-laqgħat ma tawx riżultati pożittivi.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-fawran ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, il-Mosta? Għaliex dan id-drenaġġ ilu ħiereġ aktar minn erbgħa ġimgħat, tant li qed jinżel fil-wied li hemm fil-qrib u jitħallat ma' l-ilma ġieri? Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa u jsiru t-tiswijiet immedjatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 1889 f'seduta 42.
B'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-kumpanija Medigrain waħda mill-aktar kumpanniji tal-poplu li rendiet kemm mil-lat ta' profitt kif ukoll f'dak li huwa price stabilisation, jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra li pajjiżna jibqa' ikun sostnut bis-sorsi tal-materja prima in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għad-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra kif l-importazzjoni tal-qmuħ u ċereali f'pajjiżna se tibqa' tkun waħda kompetittiva fix-xhur u fis-snin li ġejjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjoanlista li jagħlaq il-kumpannija tal-poplu Medigrain, jista' il-Ministru jinformani jekk hux se jkunu garantiti lill-poplu Malti u Għawdxi s-sussidji meħtieġa minn żmien għal żmien sabiex il-provvisti ta' l-ikel essenzjali bħal ħobż u dqiq u ikel tat-tjur u l-bhejjem jibqa' ikollhom prezzijiet li jifilħu għalihom il-bwiet tal-familji tal-ħaddiema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Pitkalija Ċentrali Prodotti tal-ħaxix frisk — Proċess ta' grading
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1718, jista' il-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi kif ukoll bil-programmi ta' laqgħat imħejji għax-xahar ta' Novembru 2003 u dak li saru f'Settembru u Ottubru dwar in-natura inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa fuq is-suġġett ma’ delegazzjoni Taljana nhar il-Ħamis, 9 t’ Ottubru u li qed isiru laqgħat oħra bejn it-23 t’ Ottubru u t-28 t’ Ottubru. Laqgħat oħra huma ppjanati għal Novembru u Diċembru ta’ din is-sena.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar ittra li qed tintbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li ż-żona in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta' amministrativa ta' l-Awtorita' Marittima, kopja ta' l-ittra intbagħtet lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, għal kull azzjoni li jista' jkun hemm bżonn li tittçħed.
Madankollu tajjeb inżid li l-imsemmija ittra hi waħda anonima (li tagħha l-istess Onor. Interpellant hu mniżżel li ser jirċievi kopja) u għalhekk il-persuni kkonċernati ma setgħux jiġu kkuntatjati.
Tas-Sliema — Stabiliment ta' l-ikel li jaħżen iċ-ċilindri
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi struzzjonijiet ħarġu l-uffiċjali ta' l-Awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' biex jindirizzaw il-problema mqajma f'mistoqsija parlamentari 1842? Kemm hu maħsub li se jieħdu żmien biex jiġu mplimentai l-miżuri ordnati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta’ għamlu spezzjonijiet mingħajr preavviż fuq il-post indikat fejn ħarġu diversi ordnijiet dwar is-saħħa u s-sigurta’ ta’ l-impjegati li ma kienux relatati mal-ħażna ta’ ċilindri tal-gass. Dwar din il-ħażna ntalab l-intervent tal-Korporazzjoni Enemalta, bħala l-entita’ meqjusa l-aktar kompetenti fir-rigward. L-Awtorita’ ġiet infurmata li l-post ġie spezzjonat diversi drabi mill-Korporazzjoni u peress li kien jissodisfa l-ħtiġijiet minimi dwar Gass Safety Standards, it-tekniċi tal-Korporazzjoni ħarġu Safety Inspection Certificate.
L-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ ordnaw li l-post ried ikun kopert bi pjan ta’ emerġenza li jkun għas-sodisfazzjon tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili skond ir-Regolamenti ta’ l-2002 dwar Ħtiġijiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol.
Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita’ ser tibda proċeduri legali kontra min iħaddem f’dan il-post għax naqas li jobdi l-ordnijiet, li ma kienux jikkonċernaw dawk dwar il-ħażna ta’ gass, mogħtija mill-uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta’.
Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Teresa Maria Nuzzo
Question
Jista' il-Ministru jivverifika jekk fil-fatt hux veru li ttieħdu l-passi meħtieġa dwar il-problema mqanqla f'mistoqsija parlamentari 1831?
Response (GALEA, LOUIS)
Informawni li diġa' ttieħdu l-passi meħtieġa biex tfal bniet mill-Mellieħa lejn l-iskola Tereża Nuzzo ma jirkbux ma' tfal subien. Mill-iskola lejn il-Mellieħa saru l-arranġamenti meħtieġa biex it-tfal imorru separati