Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali l-każ ta' applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tiġi allokata post fil-futur qarib?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċji tar-relief

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-mara ta' ħaddiem tat-tarzna li ħa s-somma biex ma jkomplix jaħdem f'dak il-post tax-xogħol hijiex intitolata għall-benefiċċji tar-relief?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Soċjali trid tissodisfa t-test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa kif ukoll dak dwar is-riżorsi kapitali tal-familja, kif stabbilit fis-Sitt Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.

Bormla — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba ta' armla b'erbat itfal li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għal post alternattiv? Jista' jgħid jekk hijiex intitolata għal post tal-gvern minħabba li hi sit ta' dan l-istess fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’xi Seduta oħra.

Bormla — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' ikun fis-seklu 21 għad għandna familji jgħixu ma' żewġ familji oħra ġewwa fond wieħed b'numru kbir ta' nies jgħixu f'dan l-istess fond li huwa żgħir? X'passi qed jieħu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex l-applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Birgu — Postijiet tal-gvern bl-iskema tax-xiri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex is-sidien li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ġew mogħtija post tal-gvern bl-iskema tax-xiri, qatt ma sarulhom ix-xogħlijiet rikjesti minnhom stess qabel ma sar il-kuntratt finali ma' l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proprjeta’ li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant inxtrat tale quale u għalhekk l-Awtorita’ tad-Djar, wara li eżaminat it-talba tal-persuna konċernata, ddeċidiet li ma kelliex tagħmel ix-xogħolijiet hi. Kieku sar dan l-Awtorita’ kienet tkun qed tiddiskrimina kontra ħaddieħor.

Bormla — Każ dwar ħlas ta' kont

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex account no. 1000054016, premises code 334873, district code 680 għandu jitħallas mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta skond informazzjoni li għandi dan il-kont kellu jiġi għand waħda mill-ġirien?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mir-rekords li għandhom Water Services Corporation jidher li l-Konsumatur Reġistrat għandu l-istess kunjom indikat fil-mistoqsija u joqgħod fl-istess indirizz indikat ukoll fil-Mistoqsija Parlamentari.

WTO — Ġobon, butir u prodotti tal-ħalib

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1725, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati ta’ dazju għas-sena 2004, għall-oġġetti mportati għal ġewwa l-Unjoni Ewropeja, għadhom ma’ ġewx stabbiliti. Dawn jiġu ppublikati normalment għal ħabta ta’ Novembru 2003. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinbidel ta’ spiss. Din tista’ tinstab fuq il-website - http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN

WTO — Trab tal-ħalib xkumat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1726, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091.

WTO — Laħam taċ-ċanga tal-friża

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1727, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091.

WTO — Tessuti mportati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1728, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091.

Protokoll — Italja

Question

Fiex wasal il-proċess tar-ratifika tal-ħames protokoll ma' l-Italja? Meta għadda mis-senat Taljan kif kienet il-votazzjoni? Meta huwa maħsub li jgħaddi mill-Kamra tad-Deputati ta' l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Il-ħames protokoll finanzjarju bħalissa għaddej mill-proċeduri parlamentari Taljani neċessarji għar-ratifika. Fit-22 ta' Ottubru, beda jiġi diskuss fil-Kummissjoni ta' l-Affarijiet Barranin tal-Kamra tad-Deputati. Il-Protokoll ġie approvat mis-Senat Taljan fit-2 ta' Ottubru. Il-votazzjoni b'turija ta' l-id kienet favorevoli b'maġġoranza assoluta. Sabiex jitressaq għall-vot fil-Kamra il-protokoll irid igħaddi mill-proċeduri stabbiliti li jieħdu ż-żmien tagħhom.

PBS — Telf

Question

Meta wieħed jifli t-telf li tagħmel il-PBS, kemm minnu huwa dovut għall-pagi tal-ħaddiema full time? Il-ħlasijiet lill-ħaddiema part-time? Il-ħlasijiet fuq programmi framed out? Kemm minnu huwa dovut għal nuqqasijiet fit-tmexxija tal-kumpanija? Jista' jiġi analizzat dan it-telf minflok ma jinħadem ras imb ras fuq il-ħaddiema full-time għax b'hekk qed tingħata l-impressjoni li t-telf huwa tort tal-ħaddiema tal-PBS?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħlasijiet lill-ħaddiema full time u part time kif ukoll għall-programmi farmed-out huma kif ġej- Year Pagi Broadcast Fees (Contributors) Farmed Out Lm Lm Lm 2000 1,574,000 224,000 528,000 2001 1,525,000 239,000 493,000 2002 1,520,000 266,000 490,000 Bħalma għidt f'okkażjonijiet oħra kulħadd għandu tort għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PBS illum. Għalhekk mhux possibbli li jiġi ikkwantifikat it-telf imsemmi.
Leg 10 PQ #2125 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li applikat biex taħdem Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ilha mit-13 ta' Awissu, 2003 li applikat biex tiġi taħdem Malta ħalli tkun tista' tingħaqad mal-familja tagħha li ġiet tgħix Malta minn Għawdex? Għaliex qed tinżamm dawn il-ġimgħat kollha bla risposta xierqa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-passi diġà ttieħdu biex il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant tiġi trasferita għal dipartiment f’Malta.
Leg 10 PQ #2133 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Testijiet ta' l-HIV

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2003 saru 3,332 test għal HIV I/II antibodies fid-Dipartiment tal-Patoloġija tal-Isptar San Luqa.
Leg 10 PQ #2134 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Użu ta' l-ambulanza — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li pazjenti qed jintalbu xi ħlas għall użu ta' l-ambulanza? Jekk iva kemm, u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pazjenti li jintalbu l-ħlas huma dawk li jkollhom bżonn ta' ambulanza mid-dar tagħhom għal xi klinika jew sptar privat. Il-ħlas huwa ta' Lm10.00 fis-siegħa fil-ġurnata normali u Lm15.00 fis-siegħa fil-Ħdud u festi pubbliċi.

Familji li sofrew danni — Għargħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk il-familji li sofrew danni kbar fl-aħħar għargħar li għamel f'Setembru humiex se jingħataw si forma ta' għajnuna finanzjarja mill-Gvern u jekk iva meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għal tiswijiet fi djar residenzjali, nfakkru li jeżistu diversi skemi li jistgħu jkunu applikabbli skond iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ.

Serqiet minn yachts

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn yachts illi kienu sorġuti f'mollijiet tal-Maritime Authority din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Ottubru ta` din is-sena il-Pulizija kellha 26 rapport ta` serq minn opri tal-baħar li kienu sorġuti mal-mollijiet ta` l-Imsida, Gżira, Birgu u Mġarr (Għawdex).

Sejħiet għall-vetturi tat-tifi tan-nar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn sejħiet għall-vetturi tat-tifi tan-nar din is-sena li kienu hoaxes?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2003, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 244 sejħa għal vetturi tat-tifi tan-nar li rriżultaw li kienu hoaxes.

Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk familji Maltin li qed jgħixu ġo akkomodazzjoni sub-standard ġo l-Imsida humiex se jingħataw post alternattiv illi l-Gvern qed jibni ġo l-Imsida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-postijiet li qed jinbnew l-Imsida huma parti mill-Urban Renewal f’dak il-lokal u jinkrew skond il-ħtiġijiet tal-proġett.