Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2298 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Teaching staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers, school psychologists u professjonijisti oħra apparti t-teaching staff jaħdmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm: Social Worker 8 Senior Social Worker 2 Psychologist 4 Chief Architect & Civil Engineer 1 Professional Medical Officer 1 Legal Adviser 1

Qasam ta' l-Anzjani — Social Workers

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fil-qasam ta' l-anzjani, jiġifieri fid-day centres, fil-homes u f'SVDPR, tal-housing, jiġifieri fid-dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Housing Authority, ma' l-ETC, shelters, mal-persuni b'diżabilita', jigifieri fl-Adult Training Centres u s-Supported Living, fost oħrajn, u entitajiet oħra fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm impjegati 119 social workers full-time u wieħed part-time. Dwar in-numru ta’ social workers impjegati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm Social Worker li jkun fil-Faċilita` bejn it-8.00 ta` filghodu u l-4.00 ta` filgħaxija, kif ukoll social worker ieħor li jkun fil-Faċilita` għal 20 siegħa fil-ġimgħa.
Leg 10 PQ #2301 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu fl-MCAST, Higħer Secondary School, Junior College u f'xi istituzzjoni edukattiva oħra post-sekondarja (statistika skond l-istituzzjoni)? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati u r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif kollu għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kalaxlokk Construction Ltd. — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Kalaxlokk Construction Ltd. għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li llum il-Kalaxlokk tħaddem 132 ħaddiem full time. Fl-2001 - 134 ħaddiem Fl-2002 - 133 ħaddiem Fl-2003 - 132 ħaddiem

PBS — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-PBS għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta' ħaddiema full time/part time mal-PBS fis-snin imsemmija huma kif ġej - Sena Full Time Part Time 2001 189 2 2002 186 1 2003 (sa' 24 Ottubru) 183 1 Dawn iċ-ċifri ma jinkludux kontributuri peress li dawn m'humiex kunsidrati 'part time'.

Żejtun — Xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ sabiex in-nies li joqogħdu fl-ewwel parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg u Triq Xrob il-Għaġin, fiż-Żejtun ikollhom sistema ta' drenaġġ diċenti minflok il-fossa li qed jużaw fil-preżent? X'wassal biex ix-xogħol li kien inbeda u tlestiet biċċa sewwa minnu waqaf proprju fl-aħħar biċċa trinka? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ilhom ibatu min-nuqqas ta' sistema ta' drenaġġ adegwata għal dawn l-aħħar 20 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħol ta' drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, Żejtun se jitkompla aktar tard dan ix-xahar. Dan ix-xogħol jista' jitkompla wara li ġew l-approvazzjonijiet meħtieġa għal din l-estensjoni. Ix-xogħol kellu jieqaf minħabba diffikultajiet tekniċi fil-qsim ta' din it-triq fejn kellha tiġi riveduta connection aħħarija tal-katusi. Issa li dawn ġew superati, dan ix-xogħol se jitkompla.

Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar — Talba għal ħelsien mit-taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx irċieva xi talba mill-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar għal ħelsien mit-taxxa tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hi l-policy tal-Ministeru li ma jagħti ebda ħelsien mit-taxxa tal-VAT.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża bħala persentaġġ tal-GDP tal-pensjonijiet f'pajjiżna? Jista' jgħid x'kien il-persentaġġ għaxar (10) snin ilu? X'mistenni jkun il-persentaġġ fis-snin 2020, 2030 u 2040?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispiża tal-pensjonijiet imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali bħala persentaġġ tal-GDP kien 6.81% fl-1992 u 7.71% fl-2002. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi li din issir lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1968 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Kindergarten - Skola - Għarb Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għalliema tal-kindergarten li ħarġet on maternity leave fl-iskola ta' l-Għarb Għawdex, ġietx sostitwita' minn għalliema oħra? Huwa minnu li kien hemm għalliema li għax intbagħtet l-Għarb ħarġet bis-sick leave b'ċertifikat miftuħ? Veru li dan wassal sabiex kull ġimgħa l-għalliema qed tinbidel u dan b'detriment għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-Kindergarten (1) fl-iskola Primarja ta' l-Għarb, Għawdex li ħarġet bil-maternity leave, ġiet sostitwita b'mod permanenti saż-żmien meħtieġ mill-14 ta' Ottubru 2003.
Leg 10 PQ #1969 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Librerija - Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 5 snin kemm intefqu flus, sena sena, f'xiri ta' kotba għall-librerija ta' l-Univerista'? Jista' jgħid ukoll fuq liema suġġetti kienu? Fil-preżent kemm għandha kotba din l-istess librerija?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Informat ukoll li fil-preżent it-total ta' volumi ta' kotba li għandha il-Librerija ta' l-Universita' huwa ta' 720,000.
Leg 10 PQ #1970 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Beauty Course

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jiġu magħżula l-istudenti li juru x-xewqa li jidħlu għall-Beauty Course (1st diploma) offrut mill-MCAST? Xi kriterji jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti ta' l-MCAST jiġu magħżula skond il-kriterji stabbiliti u pubblikati fil-Prospectus ta' l-istess Kulleġġ.
Leg 10 PQ #1971 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Umberto Colosso

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'ser isir mill-makkinarju li jinsab f' Umberto Colosso ġaladarba din issa m'għadhiex bħala trade school?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-makkinarju li kien jinsab fl-ex-Skola tas-Snajja Umberto Calosso u li kien għadu f'kundizzjoni tajba ittieħed fil-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija għall-użu tal-Kulleġġ. Makkinarju ieħor li ġie ċertifikat li m'għadux tajjeb għall-edukazzjoni u t-taħriġ ġie dikjarat bħala obsolete minn borad of survey u qiegħed jinbiegħ 'tale quale' b'sejħa għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-gazzetti lokali ta' kull nhar ta' Ħadd.

Laħam taċ-Ċanga tal-friża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tal-laħam taċ-ċanga tal-friża li għandu l-pajjiż fil-preżent? Għal kemm żmien isservi din il-ħażna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellent li huwa mpossibbli li jsir ‘stock take’ tal-hażna kollha ta’ l-importaturi, fil-ħwienet tal-laħam u fid-djar, f’mument jew ġurnata partikolari.
Leg 10 PQ #2016 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Organizzazzjonijiet sportivi — Ħsarat kawżati mill-maltemp

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' organizzazzjonijiet sportivi, soċjali, kulturali, eċċ. f'Għawdex li talbu xi forma ta' għajnuna sabiex jirranġaw il-ħsarat li kkawżalhom il-maltemp li ħakemm il-gżejjer tagħna f'dan ix-xahar? X'passi ttieħdu u kemm-il talba ġiet approvata u kemm għadhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma rċieva l­ebda talba għall­għajnuna minn organizzazzjonijiet sabiex dawn jirranġaw xi ħsarat li kkawżalhom il­maltemp li ħakem il­gżejjer Maltin dan l­aħħar.
Leg 10 PQ #2046 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada

Question

Ittieħdu xi passi dan l-aħħar kontra uffiċjali tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada? Fil-każ li iva, x'passi ttieħdu? Jekk ittieħdu dawn il-passi, x'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tagħrif li tajt fil-Kamra il-ġimgħa li għaddiet fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Supplimentari ta' Onor. Membri oħra fuq l-istess punti tal-Mistoqsija. Nirreferi wkol għal stqarrija bi tweġiba għal diskors ta' l-Onor. Carmelo Abela li kopja tagħha ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada — Infieq ta' Flus

Question

Jista' jgħid jekk dan l-aħħar il-Ministeru ħax xi passi dwar infieq min-naħa tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada? Fil-każ li iva x'kienu dawn il-passi u x'wassal biex jittieħdu dawn il-passi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm xejn x'wieħed jirraporta ġdid fuq is-suġġett. Il-Ministeru tal-Finanzi segwa l-operat tal-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada u ġibed l-attenzjoni ta' min imexxi l-Fondazzjoni għal dawk il-proċeduri li deherlu li għandhom jinbidlu.