Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2126 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-Sec u l-Matsec

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex l-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec isiru f'dati li ma jolqtux ħażin lill-istudenti tal-Higher Secondary tan-Naxxar li jkunu qed jagħmlu suġġetti kemm fil-livell Sec kif ukoll dawk f'livelli intermedji u avvanzati peress li hemm studenti minnhom li fit-8 ta' Mejju fl-istess ħin se jkunu qed jagħmlu l-Malti (Sec) u Pure Maths (Intermedju/avvanzat)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-MATSEC qed jieħu passi biex jara li kemm jista' jkun ma jkunx hemm clashes fl-eżamijiet li l-istudenti tal-Higher Seconday tan-Naxxar jkunu ser jirreġistraw għalihom fil-livell tas-SEC, Intermedju u Avvanzat. Informat ukoll li jekk din is-sena jibqa' xi dati fejn l-eżamijiet ta' dawn l-istudenti jaħbtu fl-istess ħin, isiru arranġamenti speċjali bħalma saru fis-snin ta' qabel.

Serq ta' karozzi jew vetturi oħra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm insterqu karozzi jew vetturi oħra din is-sena u kemm instabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 665 vettura misruqa. Minn dawn instabu 461.

Engineering workship

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk engineering workship ġo l-abitant (numru tar-referenza 21/330) jistax jiġi ttrasferit għand ħaddieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju imsemmija, m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #2148 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mard venerju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard venerju din is-sena u x'tip kien? Kemm minn dawn il-mard kien fuq irġiel u kemm fuq nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2150 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni gradwati — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol illum? X'degree għandhom u kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1949.
Leg 10 PQ #2151 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew aggrediti fuq ix-xogħol tagħhom minn studenti u kemm minn ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #2153 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti ta' nazzjonalita' barranija — Studju tal-lingwa Ingliża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew studenti barranin jistudjaw l-Ingliż din is-sena? Minn liema pajjiż ġew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-20 ta' Ottubru 2003 sitta u ħamsin elf, tlett mija u wieħed u sittin (56,361) studenti barranin ġew f'Malta u Għawdex sabiex jistudjaw l-Ingliż. Dawn l-istudenti barranin ġew f'pajjiżna minn Andorra, Awstrija, Arġentina, Belġju, Brażil, Bulgarija, Ċili, Repubblika Ċeka, Ċina, Franza, Ġermanja, Italja Korea, Libja, Ġappun, Greċja, Messiku, Norveġja, Olanda, Polonja, Portugal, Rumanija, Russja, Slovakkja, Spanja, Svezja, Svizzera, Turkija u Ukraina.
Leg 10 PQ #2210 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #2212 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għat-Trasport — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti u kumpaniji ta' konsulenza li għamel użu mis-servizzi tagħhom il-Ministeru tiegħi mit-13 t'April, 2003.
Leg 10 PQ #2214 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġiljan — St. George's Park - aċċess għar-residenti

Question

Peress li fil-ġurnali ġie rrapportat li meta dan l-aħħar il-Ministru mar jara x-xogħol li qed isir Paceville, huwa qal li din l-area se ssir pedestrian zone u li minn Triq Dragonara se jitħallew jgħaddu biss dawk il-coaches li jwasslu t-turisti għall-hotels f'din l-area; u peress li ma ssemma xejn dwar ir-residenti ta' St. George's Park u kif dawn ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu minn darhom meta l-uniku dħul u ħruġ li dawn għandhom huwa minn Triq Dragonara, jista' il-Ministru jgħid kif se jiġi żgurat li r-residenti se jkunu jistgħu joħorġu u jidħlu minn dawn l-inħawi bil-karozzi tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjazza ta' Paceville u partijiet minn Triq San Ġorġ, parti minn Triq Wilġa, parti minn Triq Dragonara u parti minn Triq Ball ser isiru semi-pedestrianised areas. Dan ifisser li dawn it-toroq fi ġranet u ħinijiet partikulari ser jingħalqu għat-traffiku bl-eċċezzjoni ta' coaches li jwasslu t-turisti fil-kumpless ta' St George's Park u lukandi fl-inħawi. Din l-eċċezzjoni qiegħda ssir għaliex dawn il-coaches m'għandhom l-ebda aċċess ieħor biex jaslu quddiem l-imsemmija kumplessi turistiċi. Il-parti ta' Triq Dragonara, mill-kantuniera tal-Bamboo Bar sad-dħul ta' St George's Park, ser issir two way b'mod li l-aċċess tal-vetturi għal dawk kollha li għandhom bżonn aċċess għal St George's Park ikollhom id-dħul u l-ħruġ tagħhom garantit erbgħa u għoxrin siegħa kulljum. Fil-ġranet u ħinijiet meta l-pjazza tkun miftuħa, dawn ir-residenti ser ikollhom ukoll l-aċċess bil-vetturi kif inhu bħalissa minn naħa tal-pjazza.

Pembroke — Djar tal-gvern - soqfa ta' l-asbestos

Question

Peress li għaddew iżjed minn erba' xhur mind tlabt biex jittieħdu passi biex jinbidlu soqfa ta' l-asbestos perikolużi għas-saħħa fid-djar tal-gvern f'Pembroke, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli jekk humiex se jittieħdu l-passi mitluba u meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern hu kommess li dawn it-tip ta’ soqfa jridu jinbidlu sal-2005 u għalhekk matul dawn is-sentejn ser issir ħidma mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex kull fejn hemm dan it-tip ta’ soqfa f’bini tal-Gvern (l-aktar f’Pembroke) dawn jinbidlu u jsiru b’mod li ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa.

Stati membri tal-UE — Border management agency Maltija

Question

Beħsiebu l-gvern jitħabat biex jipperswadi l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea jibbażaw il-bini tal-border management agency f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Meta jiġi finalizzat il-pjan mill-Unjoni Ewropea il-Gvern jieħu deċiżjoni skond iċ-ċirkostanzi kif ikunu dakinhar.
Leg 10 PQ #2231 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel t'għada — Ħatra ta' persuni

Question

Jista' il-Ministru jgħid min inħatar fil-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada flok il-persuni li tneħħew minnha b'deċiżjoni tal-bord tal-10 ta' Ottubru, 2003? Kif intgħażlu l-persuni ġodda?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li s'issa l-ebda persuna ma nħatret flok il-persuni li s-servizzi tagħhom ġew terminati b'deċiżjoni tal-Bord ta' l-10 ta' Ottubru 2003. Il-Bord temporanjament sakemm jittieħdu id-deċiżjonijiet meħtieġa, fada l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Fondazzjoni, f'idejn iċ-Chairman, Dr Conrad Thake, u wieħed mill-membri tal-Bord, is-Sur Mario Callus konġjuntament.

OECD — Finanzjarji internazzjonali

Question

Fid-dawl li pajjiżi bħall-Isvizzera, il-Lussemburgu u l-Belġju qed jirrifjutaw li jsegwu dak kollu li trid l-OECD dwar ċerti finanzjarji internazzjonali biex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-ħidma kummerċjali tagħhom, x'għaġġla għandha Malta li titlef minn din il-ħidma għax intrabtet li tobdi lill-OECD sa l-aħħar tas-sena 2005?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandu jiġi spjegat illi l-commitment li ingħata lill-OECD mill-Gvern Malti dwar l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet ta' tassazzjoni ta' natura ċivili huwa fis-sens illi il-Gvern Malti ser jiskambja informazzjoni biss meta dik li tissejjaħ level playing field tkun ġiet stabbilita bejn pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD u pajjiżi oħra li huma membri tal-OECD bħal l-Isvizzera u l-Lussemburgu.

Tindif ta' widien — Wied il-kbir - Ħal Qormi

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid meta se jitnaddaf il-Wied il-Kbir f'Hal Qormi mill-gebel u t-terrapien li waqa' fih fil-maltemp tal-15 ta' Settembru 2003? Jaf l-Onor Ministru li f'partijiet sostanzjali minnu huwa mimli b'mod li jasal sal-livell tat-triq u li dan huwa ta' riskju kbir f'kaz ta' maltemp li jista' jikkawza għargħar akbar minn dak li diga ntlaqtu bih in-nies li joqgħodu fl'areas ta' Wied ic-Cawsli, De La Cruz Avenue u l-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.