Jista’ l-Ministru jgħid f’għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm- il persuna serviet bħala kunsillier fil-kunsill lokali? Kemm minn dawn kienu nisa u rġiel u kemm kienu żgħażagħ u anzjani? Kemm-il persuna serviet aktar minn darba bħala kunsillier? Kemm minn dawk li ġew eletti għall-ewwel terminu ta’ kunsill għadhom iservu sal-lum? Jista’ l-Ministru jagħti r-rendikont lokal b’lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm-il persuna kkontestat aktar minn lokalita’ waħda, anke jekk fi snin differenti? Jista’ l-Ministru jżid ukoll kemm-il persuna fil-fatt irnexxielha tiġi eletta f'aktar minn kunsill wieħed? Jista’ l-ministru jgħid minn kienu dawn il-persuni u mill-liema lokalitajiet kienu gejjin?
Response (BORG, TONIO)
Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kunsilli Lokali — Kunsilliera li ġew maħtura Sindki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'għaxar snin ta’ kunsilli lokali, jiġifieri mill-1993 sal-lum, kemm kunsilliera ġew maħtura sindki? Matul dan iż-żmien kemm kien hemm sindki nisa u rġiel u kemm kienu żgħażagħ u anzjani? Kemm hemm sindki li ilhom iservu sa mill-ewwel terminu? Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni lokalita’ b'lokalita’?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sussidju li jingħata lil Gozo Air Charter jikkwalifikax bħala public service obligation u għalhekk applikabbli d-deroga relatata ma tale sussidji a tenur tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Air Charter li topera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u li hi sussidjarja ta' l-Air Malta ma tirċievi ebda sussidju. It-telf li tagħmel, tagħmel tajjeb għalih l-Air Malta li min-naħa tagħha wkoll ma tirċievi l-ebda sussidju.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ l-MCAST fix-Xewkija Għawdex u kemm huwa previst li jkun l-istaff kompletament totali u jindika d-diversi posts u jgħid jekk u meta ħarġu l-calls for applications?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li ċ-Ċentru ta' l-MCAST fix-Xewkija huwa previst li jinfetaħ aktar tard dan ix-xahar.
Huwa previst li jkun hemm bżonn ta' madwar 15-il 'lecturer' u 3 'support staff'.
Matul is-sena ħarġu diversi sejħiet għall-postijiet tax-xogħol kif jidher hawn taħt.
Fit-3 ta' Awissu.
Fis-17 ta' Awissu
Fit-2 ta' Ottubru
Fid-19 ta' Ottubru.
Peress li fil-bajja tax-Xlendi s-sajf li għadda s-sidien ta' diversi stabilimenti lmentaw dwar il-problema tat-traffiku u saħansitra ġiet preżentata petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Munxar, peress li issa li ġejja x-xitwa u fil-bajja tax-Xlendi jkun hemm kumulu ta' ilma li jikkawża ħsara lill-istabilimenti iktar u iktar issa li hemm hump li żżomm l-ilma, tista' il-Ministru tikkonsidra dawn il-problemi u tara kif issolvi jew ta' l-anqas ittaffi l-inkonvenjent ta' dawn in-nies?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnor. Interpellant tagħmel ilMistoqsija lillMinistru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Radio Maria talabx liċenzja biex jiġi radju nazzjonali? Jikkonsidra l-Ministru li billi dan ir-radju għandu follow-up minn ħafna, speċjalment anzjani, għandux jikkonsidra li dan tinħariġlu l-liċenzja meħtieġa? Jekk le, x'inhu jżomm li din il-liċenzja tinħareġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata mill-ġdid Triq l-Imdina, fin-Naxxar u dan wara li saru xogħlijiet fiha, liema triq tieħu sal-barriera taz-Ziza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tad-Drenaġġ għamlu xogħlijiet ta' storm water culverts u titjieb fis-sistema tad-drenaġġ f'din it-triq. Bħalissa waslu biex jitlestew d-diskussjonijiet bejniethom sabiex jaqsmu l-ispejjeż tar-resurfacing ta' din it-triq.
Għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1734 u cioe' jista' jgħid kemm hemm Health Assistants li għamlu u għaddew b’suċċess mill-kors ta’ Nursing Aide u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta’ Health Assistants?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mad-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ hemm tlett Health Assistants li temmew b’suċċess il-kors ta’ Nursing Aide u għadhom fil-grad ta’ Health Assistants.
Awtorita' tad-djar — Appartamenti tal-gvern - stallazzjoni ta' lift
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex jiġi stallat lift bir-riferenza HAV 3/2003 wara li nstabu strutturi llegali f'numru ta' appartamenti fl-istess blokk fejn irid isir dan il-lift?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni sottomessa mill-Awtorita’ tad-Djar għal installar ta’ lift fil-blokk li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ġiet miċħuda mill-Awtorita ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent għar-raġuni li hemm enforcement action fuq il-blokk. L-Awtorita’ tad-Djar oġġezzjonat għal dan għax waqt li l-enforcement action kienet fuq appartament partikolari fil-blokk, il-lift kien ser jiġi installat fil-parti komuni u għalhekk ma kienx hemm raġuni għaliex il-permess ma kellux jinħareġ.
Ir-risposta ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent kienet li peress li l-lift kien ser iservi wkoll l-appartament kopert b’enforcement action, il-permess għall-lift ikun jista’ joħroġ jekk l-inkwilini ta’ l-imsemmi appartament jirregolariżżaw ix-xogħol illegali li sar fih.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex jitneħħew jew jiġu regolarizzati strutturi llegali f'numru ta' appartamenti in konnessjoni ma' każ DN 598/03 biex ikun jista' installat lift bir-riferenza ta' l-awtorita' tad-djar HAV 3/2003?
Ministeru ta' l-affarijiet barranin — Ħaddiema bil-kuntratt
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (BORG, JOE)
Fil-preżent, fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, hemm 61 uffiċċjali bil-kuntrattt f'bosta livelli. Dawn huma mqassmin hekk:
Grad
Numru ta' Impjegati
Tip ta' Kuntratt
(Terminu)
Ambaxxatur (Mhux Residenti)
14
Tliet Snin
Ambaxxatur (Mhux Residenti) u Konsulent
3
Sena
Ambaxxatur (Residenti)
14
Tliet Snin
Ambaxxatur (Residenti)
1
Sena
Konsulenti
4
Tliet Snin
Konsulenti
4*
Sena
Konslu Ġenerali
1
Tliet Snin
Konslu Ġenerali
1
Sena
Media Officer
2
Tliet Snin
Policy Officer
2
Tliet Snin
Senior Policy Officer
4
Tliet Snin
Research Analyst
2
Tliet Snin
Administrative Assistant
1
Tliet Snin
Support Officer
4
Tliet Snin
Casual Substitute Clerk
3
Sena
Casual Substitute Executive Officer
1
Sena
* Wieħed minn dawn għandu kuntratt definit li għad irid jiġi ffirmat.
Il-proċess ta' l-għażla ta' l-Ambaxxaturi u Konsli Ġenerali isir b'konsultazzjoni mal-Prim Ministru u l-ħatra tagħhom issir mill-President ta' Malta. Fil-każ ta' konsulenti dawn jiġu ngaġġati wara l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru, fuq rakkomandazzjoni ta’ dan il-Ministeru. Fl-għażla tal-Media Officers, Policy Officers, Senior Policy Officers, Research Analysts, Administrative Assistant (MIC) u Support Officers (MIC) il-proċess huwa mmexxi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-proċess ta' l-għażla tal-Casual Substitute Clerk u Casual Substitute Executive Officer kien immexxi mill-Ministeru, b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ.
Dwar ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-ħaddiema, li huwa varju u relatat mal-kariga li qed jokkupaw, lest li nuri lill-Onorevoli Interpellant, il-kuntratti ta' dawn in-nies, li jindikaw ix-xogħol rekwiżit minnhom.
In-numru ta' ħaddiema bil-kuntratt li għandhom 'il fuq mill-eta' ta' irtirar huwa 22.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tagħha li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm tmien ħaddiema ingaġġati b'kuntratt definit fidDipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru tiegħi. Dawn huma:
- Konsulent talMediċina flIsptar Ġenerali ta' Għawdex
2 Konsulenti talKirurġija flIsptar Ġenerali ta' Għawdex
Konsulent filĠinekoloġija flIsptar Ġenerali ta' Għawdex
Konsulent filPatoloġija flIsptar Ġenerali ta' Għawdex
Ilkuntratt ta' dawn ilkonsulenti kienu ġew magħżula midDipartiment tasSaħħa u approvati millKunsill Mediku. Ilkuntratt tagħhom huwa għal sena. Tnejn minnhom għalqu l61 sena.
Manager Investiment Soċjali, Produttiv u Indiġenu b'kuntratt ta' tliet snin li jistgħu jiġġeddu għal perjodi oħra ta' tliet snin. Din ilpozizzjoni mtliet wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet.
Żewġ Uffiċċjali Eżekuttivi Sostituti Każwali li ġew ingaġġati wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet. Ilkuntratt tagħhom jispiċċa hekk kif limpjegati li huma qed jissostitwixxu jidhlu lura għaxxogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji l-Fgura, kemm hemm applikanti li qed jistennew li jiftħu spiżerija l-Fgura, min huma l-applikanti, x'tama hemm li issa Malta ssieħbet fl-UE,jibdew jingħataw permessi biex jinfetħu aktar spiżeriji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħalissa jeżistu tliet spiżeriji liċenzjati fil-Fgura, u seba' applikazzjonijiet pendenti għall-istess lokal.
L-informazzjoni mitluba dwar applikanti ma tistax tingħata għax hija ta' natura kunfidenzjali. Dwar l-għoti ta' permessi għal spiżeriji ġodda, ninforma li irrispettivament mis-sħubija ta' Malta fl-UE, il-Gvern iħoss li għadu mhux opportun li tingħata nformazzjoni bħalissa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita' li jiġi nstallat lift fil-blokka li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li hija okkupata minn inkwilini anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-possibilita’ li jiġi installat lift taħt l-Iskema V ta’ l-Awtorita’ tad-Djar f’post partikolari tiġi evalwata wara li ssir talba formali.
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ma rċevietx applikazzjoni għal installar ta’ lift mill-inkwilini tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Sensior Technical Officer
Question
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba biex jiġi reklutat senior technical officer fis-sessjoni ta' l-investigazzjoni fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali? Kemm applikaw għal dan ix-xogħol, min intgħażel? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 applikazzjonijiet għal post indikat mill-Onor. Interpellant, liema applikazzjonijiet jinsabu fil-proċess ta’ l-għażla.
Ix-xogħol primarjament mistenni minn min ser jokkupa dan il-post hu dak elenkat f’paragrafu 4 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.