Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chief officerstal-Malta Enterprise? X'salarji u benefiċċji oħra għandhom? Meta nħatru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm tlett Chief Officers fil-Malta Enterprise b'dawn is-salarji u benefiċċji Lm21,018: Lm19,111 u Lm20,324. Dawn inħatru fl-1 ta' Jannar 2004, fl-24 ta' Mejju 2005 u fit- 22 t'Ottubru 2004.

Malta Enterprise — Chief officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni meqjusa bħala chief officermal-Malta Enterprise f'Jannar 2004? X'kien is-salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid jekk kienx hemm minnhom li kienu rriżenjaw minn dan l-impjieg? Jista' jgħid jekk kienx hemm każi ta' xi chief officer jew chief officersli rriżenjaw u baqgħu jitħallsu tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm tlett persuni meqjusa bħala chief officers mal-Malta Enterprise f'Jannar 2004 b'dawn is-salarju u benefiċċji Lm17,810; Lm18,500 u Lm17,416. Tnejn minnhom kienu rrizenjaw u ma baqgħux jitħallsu wara l-kuntratt. Mhux etika li nsemmi l-ismijiet.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri Maltin u barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' priġunieri Maltin u barranin fil-Fakulta' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid jekk persuna ssentenzjata tistax tibdel l-indirizz tar-residenza waqt li qed tiskonta s-sentenza? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba saret din fl-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fid-9 ta' Lulju 2007 kien ta' tlett mija u ħamsa u sittin. Hemm mitejn u wieħed u ħamsin Maltin u mija u erbatax barranin. Ma hemm xejn li jżomm persuna sentenzjata milli tibdel l-indirizz jew il-post tar-residenza waqt li tkun qed tiskonta sentenza. Fl-aħħar sena qatt ma kellna xi każ simili.

Proġett pilota għal ex-priġunieri

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'wassalha sabiex ħadet id-deċiżjoni sabiex il-proġett pilota għal dar għal ex-priġunieri li m'għandhomx fejn joqogħdu ssir f'Bormla u mhux f'lokalita oħra? X'wassalha biex ġiet identifikata Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ġie deċiż li l-proġett pilota li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant isir Bormla għar-raġuni li d-dar disponibbli hi viċin tal-bini fejn hemm l-Għaqda mid-Dlam għad-Dawl, li pproponiet dan il-proġett. Dan jagħmilha aktar faċli lil din l-Għaqda li se tmexxi dan il-proġett. Barra minn hekk, dawk li se jirċievu kenn f’din id-dar mistennija li jibbenefikaw mis-servizzi offruti minn Aċċess, li wkoll qiegħed viċin ta’ din id-dar.

Proġett pilota għal ex-priġunieri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'wasslu sabiex ħa d-deċiżjoni sabiex il-proġett pilota għal dar għal ex-priġunieri li m'għandhomx fejn joqogħdu jsir f'Bormla u mhux f'lokalita oħra? X'wasslu biex ġiet identifikata Bormla?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi m'għandu x'jaqsam xejn ma' dal-proġett.

Żvilupp Urban u Toroq — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Kontijiit tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avarji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Żvilupp Urban u Toroq — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew Dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tieghu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ghar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentari ohra.

Żvilupp Urban u Toroq — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija tinagħta f'seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fid-dekasteru tiegħi kienet kif ġej:- Dipartiment Jannar Frar Marzu Rimarki Segretarjat Permanenti xejn Lm68.04 xejn light sensors Pulizija Lm768.86 xejn xejn ħlas tal-bilanċ ta' sistema fotovoltaika

Ġustizzja u Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25661. Ninsab infurmat illi ż-żewġ persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena indikati f'din it-tweġiba huma: 1) Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' l-Artijiet li jaħdem full-time u qiegħed fuq skala 3; 2) Reġistratur fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li jaħdem part-time u jitħallas bir-rata ta' Lm400 fix-xahar.

Saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi tip ta' allowance għall-uffiċjali tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, li m'għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom karozza ta' l-awtorita'? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn l-uffiċjali li jieħdu din l-allowance, u min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, ma hawn l-ebda uffiċjal li għandu dan it-tip ta' allowance. Izda kull uffiċjal għandu għad dispozizzjoni tiegħu karozza ta' l-Awtorita' u dan biex iwettaq x-xogħol tiegħu ta' kuljum.

OPM — Bordijiet ta' l-Għażla

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 24460 dwar bordijiet ta' l-għażla, jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk fil-każijiet imsemmija kienx hemm membri tal-bord li kienu mdaħħlin f'aktar minn każ wieħed? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn tħallew jerġgħu jifformaw parti minn bordijiet ta' l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li uffiċjal pubbliku kien membru fuq Bordijiet ta’ Għażla differenti minn dawk imsemmija fit-tabella mehmuża mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24460. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet qieset li, l-iżball li kien sar fl-ewwel miż-żewġ Bordijiet ta’ Għażla li fuqu kien hemm il-membru in kwistjoni, ma kienx dovut għal xi nuqqas malizzjuż ta’ xi membru tal-Bord.

Servizz tal-helicopter — Ħlas ta' VAT

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24459 dwar ħlas ta' VAT għas-servizz tal-helicopter, jista' l-Prim Ministru issa jgħtini t-tagħrif mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24459.

Malta National Lab Co. Ltd/Wasteserve Malta Ltd — Accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq fuq il-mejda tal-Kamra l-accounts tal-Malta National Lab Co. Ltd. u tal-Wasteserv Malta Ltd. għas-snin 2004, 2005 u 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Report and Financial Statements tal-WasteServ Malta Ltd għas-snin 2004 u 2005 taħt forma ta’ compact disc minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l–accounts għas-sena 2006 għadhom mhumiex iffinalizzati u ser ikunu ffinalizati waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li ser issir għall-aħħar ta’ Lulju 2007. Dwar il-Malta National Lab Co Ltd nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Adult Training Centres

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani meta spiċċaw jaħdmu l-Kap ta' l-Adult Training Centre ta' l-Imtarfa u n-nurse li kienet taħdem fl-ATC ta' Fleur-de-Lys? Nixtieqha tgħidli wkoll meta l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali se timla dawn il-postijiet kruċjali biex jitmexxew aħjar dawn iċ-ċentri tal-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kap taċ-Centru fl-Imtarfa spiċċa mix-xogħol fit-2 ta' Marzu 2006 u n-nurse fiċ-Ċentru ta' Fleur de Lys spiċċat fl-10 ta' Settembru 2006. Ir-responsabbilta' għat-tmexxija tad-Disability Centres għaddiet taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali f'April li għadda. Ninsab infurmata li preżentement il-Fondazzjoni qed tħares lejn ir-riżorsi umani disponibbli u l-vakanzi f'dawn iċ-Ċentri biex torganizzhom b'mod aktar effiċjenti għall-benefiċċju tal-klijenti.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Każi attivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fil-preżent każijiet attivi taħt idejn l-uffiċjali tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u f'liema servizz qegħdin jingħataw dawn il-każijiet? Tista' l-Ministru tinfurmani wkoll kemm hemm każijiet pendenti f'dawn is-servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Peripatetic service

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-peripatetic service għas-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma jekk il-peripatetic service hux se jibqa' taħt il-curriculum management?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-peripatetic service għas-sena d-dieħla ser jersaq aktar qrib l-amministrazzjoni tal-kulleġġi. Għadu prematur li wieħed jindika b'mod konkret f'dan l-istadju taħt liema Direttorat ser jaqa' dan is-servizz.