Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2157 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Single mothers — Twelid ta' trabi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil single mothers din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet huma taħt is-16-il sena? X'inhi l-eta' ta' l-ommijiet l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq s-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi lil ommijiet (Maltin jew mhux Maltin) għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, irreġistrati fil-National Obstetric Information System (NOIS). Kienu reġistrati total ta' 299 ommijiet single li weldu 304 trabi f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena. Minn dawn il-299 ommijiet single, 7 kienu taħt is-16-il sena. Il-kategorija ta' l-eta ta' l-ommijiet single l-oħra jidher kif ġej: Jannar-Ġunju 2003 Kategorija ta' l-Eta (snin) Numru ta' Ommijiet single <16 7 16-19 63 20-24 119 25-29 65 30-34 27 35-39 14 40-44 3 45+ - Mhux speċifikat 1 Source: NOIS

Servizz tat-telephone — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet mhux imħallsa? Minn liema lokalita' huma u kemm hemm f'kull lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.

Attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar — Persuni nvoluti f'inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm din is-sena mietu u/jew weġġgħu persuni f'attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija seba` każi ta` inċidenti konnessi ma` logħob tan-nar, f`liema inċidenti persuna tilfet ħajjitha u tmienja oħra sofrew feriti.

Inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol din is-sena? kemm mietu? Kemm minn dawk li weġġgħu, weġġgħu b'mod gravi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2003 id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali rċieva 3,668 talba għall-Benefiċċju għall-Korriment. Peress li l-ħlas ta’ dan il-benefiċċju ma jiddependix mill-gravita’ tal-korriment, id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar il-gravita’ tal-korrimenti. Ninsab infurmat ukoll li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2003 kien hemm 10 imwiet riżultat ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
Leg 10 PQ #2216 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #2217 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #2219 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li tista tgħid kważi kollha, l-Ministeru kien jagħmel użu mis-servizzi tagħhom sa minn qabel it-13 ta' April 2003 u għadu jagħmel użu mis-servizzi tagħhom anke mit-13 ta' April, 2003 sa' llum. Min ġie ngaġġat mit-13 ta' April, 2003 huwa indikat fl-istess lista. Is-servizzi li jagħtu dawn il-konsulenti huma 'ongoing' u l-onorarju s'issa jitħallas f'pagamenti indaqs darba fix-xahar.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mit-13 ta’ April 2003, sal-lum sar, jew qed isir użu minn konsulenti jew kumpanniji ta’ konsulenza kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali — Spejjeż tas-safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1812, jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-flights, akkomodazzjoni, allowances, eċċ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-każ tas-safar hemm rata stabbilita ta’ subsistence allowance li tkopri l-akkomodazzjoni, ikel, eċċ. Din ir-rata tvarja skond il-pajjiż u jekk l-uffiċjal ikunx intitolat għal class ‘A’ jew ‘B’ . Normalment, l-uffiċjali jingħataw subsistence allowance u allura ma tinżammx informazzjoni separata ta’ nfiq fuq akkomodazzjoni, ecc. Ta’ min jgħid li f’ numru ta’ każi, l-ispejjeż tas-safar ikunu ffinanzjati jew mgħejjuna mill-organizzazzjoni ta’ barra bħal ma hija t- Technical Assistance Information Exchange Office (TAIEX). Kien hemm okkażjonijiet fejn uffiċjali li skond l-entitlement setgħu vvjaġġaw club class għażlu li jsiefru economy biex l-ispiża tonqos. Xahar Allowance / Akkomodazzjoni LM Spiż a tal-Flights LM Jannar 512 1049 Frar 2492 2680 Marzu 2189 1094 April 4772 2765 Mejju 4630 4501 Ġunju 5345 4455 Lulju 3169 3629 Awwissu 1372 639 Settembru 5518 5601

Aġenzija Access — Kottonera

Question

X'servizzi qed jingħataw mill-Aġenzija Access fil-Kottonera fil-komunita'? Min qiegħed jieħu ħsieb din l-Aġenzija? Kemm hemm persuni li qed jaħdmu fl-Access u fuq liema programmi? X'taħriġ u / jew kwalifiki għandhom dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Aċċess mhux Aġenzija iżda kumpless immexxi minn bord ta’ diretturi maħtur mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u management committee kompost minn rappreżentanti tad-diversi entitajiet li joperaw fil-kumpless. L-Aġenzija Appoġġ hi responsabbli mit-tmexxija minn ġurnata għall-oħra tal-kumpless. Is-servizzi mogħtija minn dan il-kumpless jinkludu dawk ta’ Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, Job Centre tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, servizzi ta’ ħarsien soċjali u inizjattivi fil-komunita’ mit-team ta’ social workers ta’ l-Aġenzija Appoġġ, servizzi mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar, Ċentru għal Matul il-Jum għal persuni b’diżabilita’ immexxi mid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’, u Child Care Centre. L-impjegati li jaħdmu f’dan il-kumpless ġew allokati mid-Dipartiment jew entita’ rispettiva li tipprovdi s-servizz u għalhekk kull impjegat għandu t-taħriġ u/jew il-kwalifiki partikolari għal qadi ta’ dmirijietu skond kif meħtieġ mid-Dipartiment jew entita’ li assenjatu għax-xogħol fil-kumpless.

Dar Bina f'Bormla

Question

X'sar minn Dar Bina f'Bormla? Minn min u fejn qed jingħataw is-servizzi li qabel kienu jingħataw minn Dar Bina?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dar Bina kien il-post f’Bormla minn fejn kienu jagħtu s-servizz is-social workers ta’ l-Aġenzija Appoġġ. Minn Novembru tas-sena l-oħra, meta beda jopera l-kumpless il-ġdid “Aċċess” fil-Kottonera, dawn is-servizzi bdew jingħataw minn dan il-kumpless fejn hemm aktar faċilitajiet u b’żieda ta’ social worker ieħor mat-team li kien hemm qabel.

Programm Formula One

Question

Liema aġenzija jew enti tieħu ħsieb il-Programm Formula One? Kemm-il klijent li qed jingħata dan il-programm? Kemm hemm staff allokat għal dan il-programm? X'taħriġ u/jew kwalifiki għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-programm Formula One hu mħaddem mill-Aġenzija Appoġġ. Dan il-programm jipprovdi appoġġ lil għażagħ bi problemi ta’ mġieba biex jibnu relazzjonijiet aħjar mal-familja tagħhom u persuni oħra mportanti f’ħajjiethom. Dan isir kemm b’mod residenzjali kif ukoll billi jużaw il-post biex jirċievu pariri. Mbarra dan isir ukoll xogħol mal-familji ta’ dawn iż-żgħażagħ biex jiġu ntegrati lura fil-familji. Formula One jagħti wkoll appoġġ lil żgħazagħ li jkunu fil-kura ta’ persuni oħra li ma jkunux il-ġenituri tagħhom. Ninsab infurmat li hemm 10 persuni f’dan il-programm u minn mindu beda ħadu sehem fih 60 żgħazugħ. Il-programm immexxi minn erba’ persuni li barra xogħol fuq il-programm huma nvoluti wkoll f’xogħol ieħor fl-Aġenzija. Meta jkun hemm il-ħtieġa jinġieb staff part-time bix ikopri s-servizz residenzjali 24 siegħa kuljum. L-impjegati professjonali full-time huma gradwati fil-livell ta’ Masters fil-psikoloġija klinika, fis-social work u fil-psikoloġija fl-ewwel degree. Dawk li jaħdmu part-time mhux neċessarjament ikollhom dawn il-kwalifiki iżda jkollhom esperjenza fil-qasam soċjali minbarra li jkunu mħarrġa mill-Aġenzija għal dan ix-xogħol. Bħalissa l-programm qed jiġi evalwat fid-dawl tal-bżonnijiet ġodda li qed jippreżentaw iż-zgħażagħ.
Leg 10 PQ #2302 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assenteiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' l-assenteizmu fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji f'Ħal Qormi? Kemm-il rapport ta' assenteiżmu ġie mistħarreġ mis-social workers? Dawk li ma ġewx followed mis-social workers, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Nifhem li l-Onor. Membru qed tirreferi għall-iskejjel primarji ta' Ħal Qormi u għal Area Secondary School f'dan il-lokal. Informat li ir-rapporti li saru matul is-sena skolastika 2002/2003, lis-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel, tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huma: Primarja 96 Sekondarja 158 Dawn ir-rapporti kienu assessjati mis-Social Workers u kien hemm intervent dirett tas-Social Workers permezz ta' 'home visits', 'school visits' u xogħol ma' l-istudent u l-familja tiegħu/tagħha f'36 każ. Fil-każi l-oħrajn ittieħdet azzjoni legali skond l-Education Act.

Sta. Venera — Triq Dun Frans Camilleri - Asfaltar

Question

Minħabba l-istat li tinsab fih u l-inkonvenjenza li qed toħloq lir-residenti, jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Dun Frans Camilleri (n/s in Carini Str), St. Venera tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Paola — Triq Maria Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jillumina lir-residenti ta' Triq Maria Addolorata f'Paola meta ser tiġi asfaltata stante l-istat ħażin ħafna u perikoluż ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Leg 10 PQ #2372 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Drainage allowances — Fondi

Question

Tista' il-Minsitru tgħid meta ser jiġu allokati l-fondi sabiex jitħallsu d-drainage allowances u s-shift allowances lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-drenaġġ, liema allowances ilhom miżmuma għal-dawn l-aħħar tlett xhur, u tenut kont li l-ħaddiema fid-dipartiment tad-Drenaġġ Malta qed jitħallsu regolarment? Tista' il-Ministru tforni spjeggazzjoni għal dan id-dewmien u għal din id-diskriminazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin jittieħdu l­passi meħtieġa biex jitħallsu l­allowances imsemmija mill­aktar fis possibbli.

Malta Drydocks — Self mil-banek

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2312 u cioe' jgħid kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Ship building — Self mil-banek

Question

Jista' il-Minsitru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2313 u cioe' jgħid kemm hu s-self li l-Malta Shipbuilding għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.