Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ'Attard — Triq Emvin Cremona - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-aħħar parti tat-Triq Emvin Cremona li tmiss ma' Triq P.P. Ruebens f'Ħ'Attard hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mill-Awtorita` dwar it-Trasport, u x-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet. L-istima tax-xogħol f'din it-triq tkun tista tiġi ppreparata meta x-xogħol ikun ser isir.
Leg 10 PQ #2537 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ħ'Attard — Ċentru tas-saħħa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija paralmentari 1775, jista' il-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet minn naħa tal-kunsill lokali ta' Ħ'Attard biex tingħata uplift lil Berġa ta' Ħ'Attard? Xi pjan totali hemm għall-berġa? Kemm se tkun l-ispiża totali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma saret ebda talba minn naħa tal-kunsill Lokali ta' Ħ'Attard biex il-berga fl-istess lokal tiġi refurbished. Il-pjan li hemm għas-sena id-dieħla huwa ta' refurbishment ta' rutina sabiex l-ambjent ikun ta' livell aċċettabli. L-ispejjeż biex dan isir għadhom ma ġewx finaliżżati.
Leg 10 PQ #2538 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il berġa ġiet irranġata tul dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' xogħol sar? Kemm kienet l-ispiża għal kull berġa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'dawn l-aħħar ħames snin il-bereġ li ġew irranġati huma ta' San Ġwann, tal-Belt Valletta (strada Żekka), Żejtun, Siġġiewi, Ħamrun, Santa Venera, Ħal-Tarxien, Santa Luċija, Xgħajra, Mġarr, u ta' San Pawl il-Baħar. Barra minn dawn, il-bereġ l-oħra ġew mgħotija manutenzjoni minn nies tal-maintenance tad-dipartiment tal-Kura Primarja meta kien meħtieġ.
Leg 10 PQ #2539 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

CCF — Post ta' għassies/uffiċjal korrettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet relatati mas-sejħa għal post ta' għassies/uffiċjal korrettiv fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' dawk li jiġu magħżula?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm mitejn u ħamsa u disgħin (295) applikazzjoni relatati mas-sejħa għal post ta` għassies/uffiċjal fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin. Wara li saru l-interviews, ir-riżultati intbagħtu għand l-uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Huwa mistenni li n-numru ta` dawk magħżula ikun ta` ħamsa u tletin (35).

Ħ'Attard — Triq Ferdinand Inglott - asfaltar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 31,219, tas-seduta 588 tal-25.11.91 dwar Triq Ferdinand Inglott, f'Ħ'Attard, liema tweġiba kienet tgħid li din it-triq se tissewwa wara li jitlesta x-xogħol urġenti, jista' il-Ministru jgħid jekk wara 13-il sena din it-triq hijiex se tingħata wiċċ ta' tarmac tant meħtieġ? Kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mill-Awtorita` dwar it-Trasport, u x-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet. L-istima tax-xogħol f'din it-triq tkun tista' tiġi ppreparata meta x-xogħol ikun ser isir.

Ħaż-Żebbuġ — Triq is-Siġġiewi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq is-Siġġiewi li minn Ħaż-Żebbuġ twassal għas-Siġġiewi hijiex se tiġi rranġata? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda tikkonsidra jekk ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ikunx jista' jitwettaq taħt il-ħames protocol finanzjarju ma' l-Italja.

Ħaddiema — Income - Paga Minima

Question

Kemm hawn ħaddiema f'Malta jgħixu bil-paga minima? Kemm minnhom huma familji? Kemm hemm tfal jiddependu minn dan il-income?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mit-tagħrif li joħroġ mill-Labour Force Survey ta' Marzu 2003 jidher li n-numru ta' kapijiet ta' familja (u allura n-numru ta' familji) li qed jaqilgħu paga minima jew inqas huwa ta' 2369. In-numru ta' tfal bejn l-etajiet tat-twelid u ta' tmintax-il sena u li jgħixu f'familji fejn il-kap tal-familja jaqla’ / taqla’ il-paga minima jew anqas huwa ta' 1,487. Naturalment fil-maġġoranza ta’ dawn il-każi dan id-dħul hu supplimentat bi dħul ieħor kemm minn xogħol part-time u kemm minn benefiċċji soċjali.
Leg 10 PQ #2008 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Ħlasijiet amministrattivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha ħlasijiet amministrattivi l-Universita' ta' Malta li jiġu mposti fuq l-istudenti jew forsi xi persuni oħra? X'inhuma dawn il-ħlasijiet separatament u kemm huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlasijiet amministrattivi mitluba mill-istudenti huma kif ġej: Certificate - Attendance of course Lm1.00 Certificate - result (not detailed) Lm2.00 Certificate - result (detailed) Lm5.00 Certificate - translation of Latin certificate Lm2.00 Revision of paper Lm15.00 (refundable if there is an improvement in grade) Tender Fee Lm5.00 (Minimum charge Lm5, Maximum Lm10) Application Fee - Foreign students Lm40.00 Application Fee - Junior College Lm5.00 Borrower's Library Fee Lm20.00 (Non registered University Student)

Wied il-Għajn — Triq l-Aħmar - vultaġġ baxx ta' elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Aħmar ġewwa Wied il-Għajn tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien nfurmat li l-problema msemmija kienet diġa investigata u ġie deċiż li jsir feeder ġdid biex tissolva din il-problema. Kif jinħareġ il-permess mill-ADT biex issir it-trinka meħtieġa, ix-xogħol jkun jista' jinbeda u jiġi finaliżżat.

Fabbriki tal-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li s-sid tagħhom huwa l-gvern u li mhux qed iħallsu l-kera? Għaliex mhux qed iħallsu kera? X'passi qed jieħu l-gvern biex iħallsu din il-kera? Liema huma dawn il-fabbriki?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġoranza tal-kumpaniji li joperaw mill-fabbriki amministrati mill-MDC qegħdin iħallsu l-kera kurrenti jew l-arretrati dovuti. Ir-raġunijiet li ma titħallasx kera huma diversi. Dawn jinkludu kwistjonijiet pendenti mal-MDC rigward il-manutenzjoni jew xi xogħolijiet oħra b'konnessjoni mall-fabbrika. Hemm każijiet ta' kumpaniji bi problemi ta' likwidita finanzjarja u wkoll ta' kumpaniji li qegħdin jikkontestaw l-ammont ta' kera dovuta. Madankollu, l-MDC qegħda tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi u skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ. Diġa hemm numru ta' każijiet quddiem il-Qorti u oħrajn fejn se jibdew proċeduri legali kontrihom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, minħabba n-natura kunfidenzjali ta' dan it-tagħrif dan mhux qed jingħata.
Leg 10 PQ #2049 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada — Kap Eżekkuttiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-Kap Eżekkuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li ismu qed jintbagħat separatament mhux qed jidħol għax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal mistoqsija numru 2046.
Leg 10 PQ #2050 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola — San Ġużepp Ħaddiem

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi perikli oħra fl-iskola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa, minbarra l-kwistjoni marbuta mad-drenaġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u t-Technical Services Branch tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qegħdin jispezzjonaw l-iskola San Ġużepp Ħaddiem għal kull forma ta' periklu li possibilment jista' jkun fiha. Tajt struzzjonijiet biex fejn jiġi stabbilit li hemm xi perikolu għas-saħħa u s-sigurta' ta' dawk li jattendu l-iskola jittieħdu l-passi li hemm bżonn skond is-sengħa u l-liġi.
Leg 10 PQ #2051 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola F X Attard — Marsa - Chillers u filters

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser jitwaħħlu chillers u filters, bħal dawk li twaħħlu fl-iskola F X Attard tal-Marsa, fl-iskejjel l-oħra wkoll, jiġifieri fl-iskola Primarja, Fra Diegu Bonanno u San Ġużepp Ħaddiem?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'hemmx ippjanat li jiġi stallat il-makkinarju imsemmi.
Leg 10 PQ #2052 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xogħlijiet fl-iskejjel — FTS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa' x-xogħol li sar mill-FTS, matul ix-xhur tas-Sajf fl-iskejjel, inkluż xogħol li sar minħabba li kellna ftit tal-ġimgħat ilu? Jista' jagħti dawn id-dettalji separatament għal kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li diversi xogħolijiet għadhom qed jiġu kwantifikati mill-Quantity Surveyors, it-tagħrif mitlub għad irid jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta.

WTO — Tariffi u dazji ġodda

Question

B'referenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f' Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita' ta' pajjiżna l-kontrolli tat-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u xorb li pajjiżna se jkollu jdaħħal minħabba li l-UE ma neħħietx dawn il-kontrolli li kienet wegħdet li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ta' min wieħed ifakkar li fin-negozjati li Malta kellha mal-Unjoni Ewropeja u li ntemmu f’Diċembru li għadda, kien intlaħaq ftehim li bih jiġu ssussidjati il-prezzijiet ta’ xi prodotti impurtati u li mhumiex prodotti lokalment, bħal ma huwa z-zokkor, cereali, prodotti tad-tadam nofshom maħduma u xi prodotti tac-ċanga u ħalib. Barra minn hekk l-Unjoni Ewropeja tħaddem sistema ta’ refunds relatati ma’ l-uzu ta’ ċertu materja prima użata fil-manifattura ta’ prodotti proċessati li wara jiġu esportati lejn pajjiżi li mhumiex membri. L-istati Membri ta L-UE huma intitolati li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi. Malta ser tibbenefika minn dawn iz-żewġ skemi u dan jibqa jgħodd anke fil-kuntest tan-nuqqas ta' ftehim li ġie reġistrat f’Cancun.
Leg 10 PQ #2108 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

WTO — Kompettivita ta' l-Industrija

Question

B'referenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita ta' l-Industrija tat-Turiżmu l-kontrolli, it-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u x-xorb li suoppost l-UE kienet mistennija tiddikjara li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-laqgħat li l-Gvern Malti attenda f'Cancun kienu mnedija mill-World Trade Organisation u mhux mill-World Tourism Organisation. Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

WTO — Impjiegi u pagi tal-ħaddiema

Question

B'referenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq l-impjiegi u l-pagi tal-ħaddiema l-kontrolli tat-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u xorb lissa li pajjiżna jrid idaħħal wara sħubija kawża tal-falliment fil-laqgħat tad-WTO?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1721 f’Seduta Numru 43.

Medigrain — Importazzjoni ta' qmugħ u ċereali

Question

B'referenza għat-tweġiba preċedenti tal-Ministru li kull kumpanija tista' tagħmel ix-xogħol tal-Medigrain, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex minkejja li l-Gvern iddikjara li l-għeluq ta' din il-kumpannija, il-Medigrain dan ix-xahar għamlet ordni sabiex tkompli timporta aktar qmugħ u ċereali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Medigrain bħala kumpanija għadha ma għalqitx l-operat tagħha għaliex għadu ma ġiex liberaliżżat is-suq. Il-Medigrain pero' għalaq dik il-parti tal-operazzjoni li tinvolvi stokkaġġ ta' ċereali u bi preparazzjoni għal meta dan isir. Sadattant, il-Medigrain għada timporta stante li hija, sa llum, l-unika entita' li għandha liċenzja biex timporta.

Medigrain

Question

Jista' il-Ministru jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-Gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.