Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2492 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NET TV/PBS — Pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm intnefqu flus bħala pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TIV u fuq il-PBS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi ma’ nefaqx flus bħala pubblicità dwar sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TV u fuq il-PBS.

Kottonera — Allokazzjoni ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista bl-indirizzi tal-postijiet fil-Kottonera li ġew allokati mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2003 sa April 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi nippubblika l-indirizzi tal-postijiet li ġew allokati sabiex nissalvagwardjaw l-privatezza ta’ min qed jokkuphom. Madankollu qed nippubblika n –numru ta’ postijiet allokati fil-lokalitajiet mitluba mill-Onor. Interpellant. Birgu 3 Isla 2 Bormla 20

Persuni bil-paga minima

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn individwi li ddikjaraw li d-dħul tal-paga tagħhom hija minima?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma setgħatx tinġabar mid-dokumenti li jirċievi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mingħand l-employers peress li dawn id-dokumenti ma jispeċifikawx jekk l-impjegat ikunx full-timer, part-timer, casual workers jew student, jew jekk ir-remunerazzjoni rapportata tkunx paga jew salarju, jew xi ħlas ieħor.

Paga minima

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-paga minima fis-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Avviż Legali Numru 378 ta' l-2002, il-paga minima nazzjonali għal ġimgħa normali ta' xoghol hija ta' Lm53.13 fil-gimgha għal persuni minn 18-il sena 'l fuq; Lm50.22 fil-ġimgħa għal dawk ta' 17-il sena, u Lm49.00 fil-ġimgħa għal persuni taħt is-17-il sena.

Pulizija — Tfal taħt l-eta' li nqabdu jaħdmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal, sena b'sena, mill-1987 'il hawn li ħadmu taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #2506 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Tfal taħt l-eta' li nqabdu jaħdmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal, sena b'sena mill-1987 'il hawn li ħadmu taħt l-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal taħt l-eta' li nstabu jaħdmu u jirreġistraw minn Ottubru 1993 huwa ta' 627. Il-Korporazzjoni m'għandha l-ebda informazzjoni f'dan ir-rigward qabel l-1993. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji.

Paga minima nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li tispiċċa s-sistema li biha l-paga minima nazzjonali tiġi miżjuda kull sena skond l-għoli tal-ħajja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda ħsieb li tispiċċa s-sistema li biha l-paga minima nazzjonali tiġi miżjuda kull sena skond l-għoli tal-ħajja.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Ilmenti minn applikanti quddiem l-Ombudsman

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tressqux ilmenti quddiem l-Ombudsman minn applikanti tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, dipartiment tat-tiswijiet u bini tal-gvern u l-awtorita' tad-djar għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-Tweġiba hi fl-affermattiv. L-ilmenti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jiġu ppubblikati fir-rapporti li joħroġ l-Ombudsman kull sitt xhur.

Microsoft

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li kemm il-ftehim eżistenti kif ukoll dak ġdid li qed jiġi nnegozjat mal-Microsoft huwa kompatibbli mar-regoli tal-UE aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tidher li se tniedi t-tieni investigazzjoni tagħha ta' din il-kumpannija minħabba it-tħassib tal-kummissjoni li t-terms tal-liċenzji tal-Microsoft jistgħu jirristrinġu l-abbilta' tal-hardware manufacturers li jinforzaw il-patents tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull ftehim li jidħol fih il-Ministeru huwa konformi mal-leġiżlazzjonijiet kollha li jkunu fis-seħħ meta jiġi ffirmat il-ftehim. Dan ma japplikax biss għall-ftehim mal-Microsoft pero għal kull ftehim ieħor ma' kwalunkwe entita' oħra. Ta' min wkoll jinnota li minn informazzjoni pubblika jirriżulta li l-istess Kummissjoni għamlet ftehim mal-Microsoft simili għal dak magħmul mill-Gvern Malti għall-użu ta' "Office Software".

Ċentru Malti għar-Restawr — Protokoll Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-aħħar protokoll Taljan liċ-Ċentru Malti għar-Restawr? Jista' jgħid ukoll dawn kif ser jintużaw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-flus li ħa ċ-Ċentru Malti għar-restawr mill-aħħar protokoll kien jammonta għal Lm 424,266. Dawn il-fondi intużaw sabiex jinxtara apparat neċessarju sabiex iċ-Ċentru seta’ jiffunzjona.
Leg 10 PQ #2054 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Bdil ta' lecture rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Universita' fil-preżent teżistix sitwazzjoni fejn l-istudenti jkollhom ibiddlu l-lecture room minħabba li jkun meħtieġ li din tintuża minn ħaddieħor? Jista' jgħid f'liema fakultajiet din is-sitwazzjoni teżisti? X'qed isir fil-preżent sabiex din il-problema ta' l-ispazju tiġi solvuta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sakemm mhux għax ikun sar xi żball is-sitwazzjoni deskritta mill-Onor. Membru mhux suppost tinqala'. Mhux magħruf li f'xi Fakulta' dan jiġri spiss u meta jiġri aktarx ikun fl-ewwel ġimgħa/ġimgħatejn tas-simestru. It-tqassim tal-lecture rooms isir minn Scheduling Office u jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs tal-klassi u t-timetable ta' l-istudenti li jkunu rreġistraw għal dik il-klassi. Is-sitwazzjoni ta' l-ispazju hi moniterjata regolarment fid-dawl tan-numru ta' studenti u varjeta' ta' korsijiet li dejjem jiżdiedu. Meta jkun hemm il-ħtieġa l-Universita' tfassal pjanijiet u titlob fondi biex jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn. Dan kif jidher mill-programm ta' bini li sar fl-Universita' dawn l-aħħar ħmistax-il sena.
Leg 10 PQ #2055 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema u instructors

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema jew instructors li qed jgħallmu suġġetti li m'humiex kwalifikati fihom? Jekk qed isir hekk, dan huwa skond dak espress il-Kurrikulu Nazjonali? Jaħseb li dan huwa fl-aħjar interess ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-tagħrif dwar l-għalliema u l-instructors li qed jgħallmu suġġetti differenti minn dawk li daħlu għalihom hu kif ġej:- Skola X'suggett qed X'suġġett suppost jgħallem jgħallem Agius De Soldanis Victoria Tech. Design Art Lily of the Valley GSS - Mosta Ingliż lit-tfal batuti Technical Design Naxxar Higher Sec. Sociology Maltese/Philosophy Ġuże' Galea BSS - Qormi PSD Reliġjon M'Assumpta GSS - Ħamrun Reliġjon Textiles San Franġisk d'Assisi BSS - Sta. Venera Technology Educ. Electrical Installation Vincenzo Bugeja BSS - Sta. Venera Studju Soċjali Ġeografija Lathe Working Graphical Bench Filling Communication Carlo Diacono GJL - Żejtun History u Geography History Reliġjon u P.E. Reliġjon Ġejt assigurat li f'dawn it-tmien każi murija fit-tabella, kull wieħed jew waħda mill-għalliema jew instructors għandhom il-kapaċita' neċessarja sabiex jgħallmu il-materja fdata lilhom fil-livell indikat.
Leg 10 PQ #2056 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema/Instructors — Load ta' lezzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew insturctors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #2057 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Ħlas ta' miżati

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li wara l-1 ta' Mejju 2004 studenti barranin iħallsu biss miżati bħal dawk ta' studenti Maltin, fejn dan japplika? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-Universita'? Kemm hemm studenti barranin li matul din is-sena akkademika qed jattendu l-Universita'? Mill-liema pajjiż ġejjin u kemm huma mitluba jħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li jiġu minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja minn wara Mejju ta' l-2004 iħallsu biss miżati bħall-istudenti Maltin. Il-pagament isir skond il-kors. S'issa in-numru ta' studenti mill-pajjiżi membri jew aċċedenti meħuda flimkien ta' l-U.E. hi l-anqas. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' studenti barranin li qed jattendu l-Universita' din is-sena akkademika.
Leg 10 PQ #2058 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti barranin — Skejjel statali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li qed jattendu skejjel statali? F'liema livelli jinsabu u mill-liema pajjiż huma? Dawn jintalbu jħallsu xi miżata?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Mużewijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn mużewijiet illum? Kemm huma tal-gvern u kemm huma tal-privat? X'tip huma u kemm żaruhom nies is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed nagħti hawn taħt lista ta’ mużewijiet ibbażata skond id-definizzjoni tal-Mużew skond l-att ta’ 2002 dwar il-Patrimonju Kulturali u liema huma magħrufa mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali. Mużewijiet kkurati minn Patrimonju Malta Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, l-Belt Mużew Nazzjonali tal-Arti, l-Belt Mużew ta’ Għar Dalam Mużew tal-Etnografija, Palazz tal-Inkwiżitur, Birgu Mużew Marittimu, Birgu Mużew tal-Istorja Naturali, Mdina Mużew tal-Gwerra, l-Belt L-Armerija, l-Belt Villa Rumana, Rabat L-Armerija, Għawdex Mużew tal-Arkeoloġija, Għawdex Mużew tal-Folklor, Għawdex Mużew tax-Xjenzi naturali, Għawdex L-Mitħna ta’ Kola Għawdex Siti/ Mużewijiet oħra kkurati minn entitajiet jew fondazzjonijiet pubbliċi Palazz tal-Granmastru, l-Belt Valletta Mużew tat-Teatru Manoel Mużew tal-kon-Kattidral ta’ San Ġwann, l-Belt Mużewijiet privati Mużew ta’ Bir Mula, Bormla Mużew tal-Ġugarell, l-Belt Mużew tal-Ġugarell, Għawdex Norman House, Mdina Casa Rocca Piccola, l-Belt Mużew Marittimu, Nadur Limestone Heritage, Siġġiewi Mużew tal-Folklor, Għarb Mużew Marittimu ta’ Wickman, Xgħajra Mużew ta’ Karmni Grima, Għawdex Mużewijiet tal-Knisja Mużew tal-Kattidral, Mdina Mużew ta’ Wignacourt, Rabat Mużew tas-Santwarju, Zabbar Mużew tal-Kapuċċini, Furjana Mużew tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl, Rabat Mużew tal-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, Birgu Mużew tal-Kattidral, Għawdex Mużew Aprrokkjali tan-Naxxar Siti oħra kkurati minn Patrimonju Malta Tempji tal-Ġgantija, Għawdex Tempji ta’ Ħaġar Qim Ipoġew ta’ Ħal Saflieni Tempji tal-Imnajdra Tempji ta’ Skorba Katakombi ta’ San Pawl, Rabat San Pawl Milqi Tempji ta’ Ħal Tarxien Banjijiet Rumani Ħabs taċ-Ċittadella, Għawdex Ta’ Haġrat Katakombi Tal-Mintna Sit Arkeoloġiku ta’ tas-Silġ Borġ in-Nadur Katakombi tas-Salina Qiegħed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra statistika dwar l-attendenza ta’ nies fil-mużewijiet ta’ l-istat biss, għax ma għandna l-ebda statistika ta’ kemm nies iżuru mużewijiet privati, entitajiet pubbliċi u tal-Knisja.
Leg 10 PQ #2167 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija? Kemm kienu Maltin u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija li ġew maqbuda?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Pulizija — Rapporti dwar anzjani vittma ta' xi reat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittma ta' xi reat din is-sena u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Każi dwar anzjani mressqa quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 226 persuna anzjana, ċioe` ta` l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali li jvarjaw minn attentat ta` qtil sa kontravenzjonijiet.

Persuni li jaħdmu ta' bouncers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb illi jgħaddi xi forma ta' regolamenti jew liġi biex jiġu regolati dawk il-persuni li jagħmluha ta' bouncers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata full time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Pero` jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata, din il-persuna irid ikollha liċenzja ta` gwardjan privat.