Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produtturi tal-biedja — Organizzazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew imwaqqfa? Kemm xtraw prodotti, x'varjeta' u xi prezzijiet ħallsu lill-bdiewa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li qegħdin fi proċess avvanzat biex titlesta l-liġi li biha ser jiġu rrikonoxxuti l-għaqdiet ta’ produtturi.

Produtturi tal-biedja — Twaqqif ta' organizzazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għat-twaqqif ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li rċieva d-dipartiment tal-biedja sal-lum? Kemm ġew approvati u kemm għadhom pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2367.
Leg 10 PQ #2389 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei

Question

Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa l-isptar Mater Dei meta jitlesta? X'nies se jkun hemm bżonn f'kull qasam biex jitħaddem l-isptar Mater Dei? Kemm huwa stmat li se jiswa kull ġimgħa biex jitmexxa dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptar Mater Dei huwa stmat li se jiġi jiswa madwar mitejn miljun Lira Maltija meta jkun lest. Dan jinkludi wkoll l-ispiża ta' l-ewwel kuntratt. Il-pjan dwar ir-riżorsi umani ġie finaliżżat iżda għad irid jiġi approvat. Minħabba li sar ħafna tibdil dwar kif se jopera l-isptar Mater Dei, l-istima li kienet saret f'Ottubru 1998 qed tiġi riveduta. F'dan ir-rigward qed isir studju dettaljat ta' kemm ser jiġi jiswa flus kull ġimgħa dan l-isptar.

Gozo Channel — Vapuri ġodda - Vapuri Qodma

Question

Jista' il-Minstru jgħid fi vjaġġ tipiku kemm kienu jiswew il-vapuri ta' qabel tal-Gozo Channel biex jitħaddmu f'dak li għandu x'jaqsam ma' fuel, ma' ekwipaġġ u manutenzjoni meta tqabbilhom ma' kemm jiswew il-vapuri l-ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ispiża tal-Kumpannija Gozo Channel biex topera vjaġġ tipiku bejn l-Imgarr u c-Cirkewwa (one way) hi:- Vapur Fuel Ekwipaġġ Manutenzjoni Mgarr/Cittadella LM 22 LM40 (1) LM18.2 (3) Calypso LM 27 LM40 (1) LM16.3 (3) Ta' Pinu/Gaudos/Malita LM 55 LM48 (2) LM13.4 (3) (1) Iċ-ċifra hi bbazata fuq ekwipaġġ ta' 12. (2) Iċ-ċifra hi bbazata fuq ekwipagg ta' 15. (3) Iċ-ċifra hi bbazata fuq l-ispiza attwali ta' manutenzjoni li il-Kumpannija Gozo Channel nefqet fuq il-vapuri msemmija, diviza bil-numri ta' vjaġġi li saru, fuq is-sentejn bejn Ottubru 2000 u Settembru 2002.

Kumpannija Gozo Channel — Vjaġġ Cargo mill-Imġarr sa Sa Masion

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa lill-kumpannija Gozo Channel it-tħaddim tal-vjaġġ cargo mill-Imġarr sa Sa Masion u x'differenza jagħmel fis-sena kieku l-istess vjaġġ jitħaddem lejn iċ-Ċirkewwa? X'laqgħat saru mal-Gozo Buisness Chamber li tqis dan is-servizz essenzjali għall-ħajja kummerċjali Għawdxija? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dawn it-taħdidiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Cargo Service bejn l-Imgarr u Sa Maison jiswa lill-Kumpannija Gozo Channel madwar LM205,000 fis-sena. F'kaz li jitwaqqaf is-servizz il-Kumpannija tħoss li ma jkunx hemm il-bżonn li tagħmel servizz speċjali għaċ-Cirkewwa, għaliex it-trakkijiet ikunu jistgħu jitilgħu mal-vjaġġi skedati. M'huwiex previst li t-trakkijiet jinzlu kollha f'daqqa f'hin wieħed, imma jitilgħu matul il-ġurnata. Saret laqgħa waħda mal-Gozo Business Chamber fit-22 ta' Lulju 2003. Din il-laqgħa kienet bla aġenda, fejn iż-żewġ naħat qasmu l-fehmiet tagħhom fuq is-servizz bejn Malta u Għawdex. Ma kien hemm l-ebda konkluzjoni f'din il-laqgħa.

Gozo Channel

Question

X'passi qed jittieħdu mill-Gozo Channel biex issir vijabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-vijabilita finanzjarja tal-Gozo Channel tiddependi fuq 'mix' ta' fatturi - tariffi, sussidju tal-Gvern, operat effiċjenti, uzu ta' rizorsi umani u oħrajn - li flimkien jridu jwaslu kemm biex il-Gozo Channel tkun kummerċjalment vijabbli kif ukoll illi tibqa isservi l-iskop originali li għaliha twaqqfet u issa li tnaqqas kemm jista' jkun l-insularita tal-gzira Għawdxija fil-kuntest ta' sussidju mill-Gvern maħdum b'mod car u li hu ekonomikament vijabbli.

Awtorita' tat-trasport — Kuntratti

Question

X'kuntratti ħarġet l-Awtorita' tat-Trasport l-ADT mindu bdiet topera? F'liema oqsma? X'kien il-valur f'kull każ u liema kumpanniji rebħu dawn il-kuntratti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi home għall dawn il-persuni minn Awwissu 2003 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 17-il persuna b’diżabilita’ li mill-1 ta’ Awissu 2003 applikat għas-servizz residenzjali provdut mill-Aġenzija Sapport.
Leg 10 PQ #2426 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Transfers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartiment tal-Gvern kollha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 2426 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #2427 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni li mietu kawża tal-cancer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer mill-1 ta' Awwissu 2003 sal-lum u kemm kellhom eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' mwiet bil-marda tal-kanċer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet matul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2003 fiż-żewġ sessi huwa ta' 99 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. L-etajiet tagħhom hija kif ġej: Age groups Male Female Total 0-14 0 0 0 15-24 0 1 1 25-34 1 0 1 35-44 0 0 0 45-54 4 7 11 55-64 11 6 17 65-74 19 11 30 75-84 9 16 25 85+ 9 5 14 Total 53 46 99 Din l-istatistika hija waħda proviżorja, filwaqt li għax-xahar ta' Ottubru 2003, din għad trid tinġabar.

Pulizija — Suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003, ġew irrapurtati lill-Pulizija erba` każi ta` suwiċidju.

Pulizija — Rapporti ta' attakki sesswali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati attakki sesswali fuq individwi mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003 kien hemm 26 każ ta` offiżi sesswali rrapurtati lill-Pulizija.

Pulizija — Bisqra - Mellieħa

Question

Tista' il-pulizija tieħu l-passi meħtieġa biex tipproteġi lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tiġi ddisturbata regolarment minn persuni magħrufa mil-pulizija fil-mansab tiegħu ġewwa l-Bisqra, limiti tal-Mellieħa, fejn ilu jonsob għal dawn l-aħħar 30 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` ħadet konjizzjoni ta` l-ilment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, tant li hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti kontra dawk involuti f`din il-litigazzjoni.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġiferi fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura hemm 7 ħaddiema bil-kuntratt, li huma:- 1. Information Management Officer, responsabbli għat-twettiq u l-ippjanar tal-programmi ta' l-Informatika. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' tlett snin u ġie magħżul wara sejħa pubblika; 2. Konsulent tal-Ministeru mal-Oil Pollution Response Module li jwettaq ħidma kontra t-tniġġiż miż-żejt. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' tlett snin u ġie ngaġġat bl-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; 3. Koordinatur fuq il-Proġetti ta' Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' sena u ġie ngaġġat bl-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; 4. Manager fil-qasam ta' l-Immaniġġjar ta' l-Iskart. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' sena u ġie ngaġġat bl-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; 5. Chairman mal-Building Industry Consultative Council. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' tlett snin u ġie ngaġġat bl-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; 6. Communications Executive mal-WasteServ Malta Ltd. fuq xogħol ta' pubbliċita' u relazzjonijiet pubbliċi. Din qiegħda fuq kuntratt ta' sena u ġiet magħżula wara sejħa pubblika; 7. EU Funds Manager biex jimmaniġġja l-flus li ġejjin minn l-Unjoni Ewropea. Dan qiegħed fuq kuntratt ta' tlett snin u ġie magħżul wara sejħa pubblika. L-ebda wieħed minn dawn il-ħaddiema ma qabeż l-eta' ta' l-irtirar.

Dipartiment għall-akkomodazzjoi soċjali — Tqassim ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u mill-awtorita' tad-djar minn Jannar sa Mejju 2003? F'liema lokalita' kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Kottonera — Kumitat għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni jew benefiċċji oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera huma dawn:- Perit Chris Spiteri Chairman Mr Joseph Scerri Membru Mr John Boxall Membru Mr Joseph Casha Membru Mrs Charmain Gerada Membru Mr Lorenzo Zahra Membru Mr Michael Zarb Membru Mr Maurice V. Debono Membru Mr Mark Lombardo Membru Mr Joe Carbonaro Membru Mr Lawrence Farrugia Membru Mr James Cauchi Membru Mr Mario Farrugia Membru Mr Charles Bonello Membru Dr Ray Bondin Segretarju Iċ-Chairman ta' dan il-Kumitat biss jieħu remunerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena.
Leg 10 PQ #2490 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti fl-Universita'? Jista' jaqsamhom sena b'sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 10 PQ #2491 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq San Ġorġ - ġrieden ħerġin minn sprall

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex ir-residenti ta' Triq San Ġorġ, Bormla ma jibqgħux jaraw ġrieden ħerġin minn sprall kantuniera ma' Triq M. Grima?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, permezz tat-taqsima tal-Pest Control, riċentament għamel trattament għal kontra l-ġrieden fis-sit indikat. Din il-problema ser tibqa' tiġi segwita sakemm tiġi taħt kontroll.