Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm studenti barranin li jattendu skejjel indipendenti? F'liema livelli u minn fejn huma? X'inhu l-ħlas li dawn jintalbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1542, ngħarraf lill-Ministru li kont qed nagħmel referenza għal-eżami tar-Reliġjon fil-livell SEC ta' Mejju/Ġunju li għadda u għaldaqstant jista' il-Ministru jwieġeb f'dan is-sens?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fir-riżultati ta' l-eżami ta' Mejju tar-Reliġjon fil-livell tas-SEC ġew ippublikati disa' (9) riżultati ħżiena, li kienu fi blokk wieħed, minħabba żball aċċidentali tal-computer. Dawn l-iżbalji kienu rranġati qabel ma ntalbet reviżjoni tal-karti mill-kandidati konċernati. Kien hemm ukoll ħames (5) żbalji aċċidentali tal-computer fl-eżami ta' Mejju tal-Malti fil-livell tas-SEC.
Meta wieħed iqis li wara l-eżamijiet tal-MATSEC ta' Mejju b'kollox ġew ippublikati 62,367 riżultat, l-iżbalji kienu jammontaw għal 0.02 fil-mija tar-riżultati kollha.
Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm sewa lill-pulizija biex jibgħatu emigranti llegali lura lejn pajjiżhom? F'liema pajjiżi ntbagħtu u kemm intbagħtu lura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ntefqu Lm81,905.10 sabiex jiġu ripatrijati 445 persuna li b`xi mod instabu li kienu f`Malta illegalment. Dawn kienu kif ġej:
Algeria
1
Italy
5
Romania
1
Bulgaria
3
Karthoum
5
Russia
7
Canada
1
Latvia
1
Senegal
4
China
1
Lebanon
1
Syria
1
Chisinau
1
Libya
23
Tbilisi
2
Dhuka
11
Mali
2
Tunisia
1
Egypt
212
Mauritania
1
Turkey
1
Ethipoia
1
Mongolia
5
Ukrania
5
Germany
1
Morocco
45
United Kingdom
1
Ghana
82
Nigeria
11
Yugoslavia
3
India
1
Pakistan
5
Jista' il-Ministru jgħid jekk kinitx ittieħdet deċiżjoni dwar il-bżonn li dawk imsejħa bouncers u li jkunu fil-postijiet tad-divertiment, jiġi liċenzjati u b'hekk ikun żġurat li jkunu wkoll ta' kondotta tajba? Jaqbel il-Ministru li dawn in-nies għandhom jingħataw taħriġ speċifiku dwar kif għandhom jaġixxu?
Marsa — Skola San Ġugħepp Ħaddiem - Riħa ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu sabiex il-problema ta' riħa qawwija kkawżata mid-drenaġġ ħdejn l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa tiġi solvuta kompletament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap Taqsima Infrastruttura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħa azzjoni mmedjata fuq rapport li rċieva mill-Principal Health Inspector tad-Diviżjoni tas-Saħħa billi spezzjoni is-sit flimkien man-nies tiegħu. Ġie stabbilit li l-irwejjaħ tad-drenaġġ kienu kaġunati minħabba li parti mill-pompi ta' l-ilma tad-drenaġġ fl-arja ta' madwar l-iskola soffrew ħsara minħabba l-maltemp.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet informata b'dan mingħajr telf ta' żmien b'ittra formali biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa b'ħidma u koperazzjoni sħiħa maċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal barranin li qed jirċievu l-edukazzjoni tagħhom Malta? Kemm qegħdin fi skejjel tal-Gvern? Kemm f'tal-Knisja u kemm fi skejjel privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tagħrif mogħti fil-mistoqsija numru 2058 li weġibt il-bieraħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni illum fil-ħabs? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minnhom huma persuni ta' nazzjonalita' barranija? kemm huma fuq arrest preventiv u x'eta' għandhom dawk miżmuma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Ottubru 2003 in-numru ta` persuni miżmuma l-ħabs kien ta` 262, li minnhom, 89 huma ta` nazzjonalita` barranija. Minn dawn, in-numru ta` dawk taħt arrest preventiv hu ta` 60.
L-etajiet ta` dawn il-persuni hi kif ġej:-
15 sa 17-il sena
2
18 sa 20 sena
4
21 sa 24 sena
27
25 sena sa 29 sena
57
30 sena sa 34 sena
48
35 sena sa 39 sena
51
40 sena sa 49 sena
49
50 sena sa 59 sena
20
60 sena u aktar
4
TOTAL
262
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u kemm kienu persuni ta' nazzjonalita' barranija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 32 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn 24 kienu nisa, filwaqt li l-barranin involuti kienu 6.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-qorti din is-sena fuq reati konnessi mad-droga? Kemm minnhom kienu Maltin, kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ġew imressqa quddiem il-Qorti 197 persuna fuq reati konnessi mad-droga. Minn dawn kien hemm 25 ta` nazzjonalita` barranija.
Pulizija — Każi dwar bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni li kienu qed ibiegħu xorb alkoħoliku lill-minorenni din is-sena u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 18-il persuna li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta` anqas minn 16-il sena. Minn dawn, seba` għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti, tnejn ġew immultati Lm200 kull wieħed, filwaqt li l-oħrajn ma nstabux ħatja.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' suldati Maltin li huma lesti jservu fir-rapid reaction force?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
MISTOQSIJA NUMRU 2178
In-numru ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (Uffiċjali u suldati) li jiddikjaraw li huma lesti li jservu fl-EU “Rapid Reaction Force” u li sussegwentament intgħażlu biex iservu f’din il-Forza huwa ta’ mija u ħamsa u tletin (135).
Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern ħarġu sejħiet għall-impjieg minn Jannar 2003 sal-lum? X'tip kien kull impjieg? Kemm f'kull każ applikaw nies u kemm ġew impjegati? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-koperazzjonijiet, aġenzija u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif li ingħatali dwar dipartimenti u aġenziji pubbliċi li jaqgħu fi ħdan id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu fl-MCAST, Higħer Secondary School, Junior College u f'xi istituzzjoni edukattiva oħra post-sekondarja (statistika skond l-istituzzjoni)? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati u r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaż-Żabbar — Skola primarja Dr Frans Chetcuti - tfal li jużaw it-trasport
Question
Peress li dħejn l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar Dr Frans Chetcuti lanqas biss pulizija ma jkun hemm meta jidħlu u joħorġu tt-fal; u peress li s-sitwazzjoni llum hi li dawk biss li jmorru bit-trasport provdut mill-gvern ikunu supervised; u peress li l-ġenituri tat-tfal iż-żgħar ma jużawx dan it-trasport minħabba li jqisuh perikoluż għat-tfal ċkejknin, jista' il-Ministru jgħid għalfejn tfal li jattendu din l-iskola u li l-ġenituri tagħhom jibagħtuhom bit-trasport li jħallsu għalih huma, mhux se jibqgħu jkunu supervised meta jaslu l-iskola u meta jiġu biex imorru lura d-dar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tfal li joqogħdu inqas minn kilometru bogħod mill-iskola ma humiex intitolati li jużaw it-trasport provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant il-ġenituri li jorganizzaw trasport privat għal uliedhom jafu li r-responsabbilita' għal dan hija tagħhom. Madankollu l-Kap ta' l-iskola volontarjament jieħu ħsieb dawn it-tfal fil-bitħa ta' l-iskola flimkien mat-tfal l-oħra li jużaw it-trasport uffiċjali sakemm jasal it-trasport tagħhom. Meta dan jasal, ix-xufier jidħol l-iskola biex jieħu r-responsabbilita' tat-tfal li jirkbu miegħu.
Filgħodu il-bibien ta' l-iskola jinfetħu 25 minuta qabel ma tibda l-ġurnata skolastika u t-tfal li jkun hemm jitħallew jidħlu fil-bitħa ta' l-iskola.
Jista' il-Ministru jinformani min kienu l-kumpanniji ta' l-iproċessar tat-tadam li tħallsu f'isem il-bdiewa minkejja li ppreżentawx id-dokumenti tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 2362.
Jista' il-Ministru jinformani fuq liema bażi bdiewa u kumpanniji li marru kontra l-proċeduri dikjarati mill-gvern fir-rigward tas-sussidji tal-biedja tħallsu xorta waħda għas-sussidju tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Nru. 2362
Jista' il-Minsitru jinformani x'poteri għandu s-segretarju permanenti tal-ministeru biex jinjora r-regolamenti dikjarati mill-gvern dwar is-sussidju tal-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mill-informazzjoni li għandi, l-asserzjoni tal-Onor. Interpellant hija skorretta u bla bażi. Ma jirriżultalix li s-Segretarju Permanenti injora xi regolamenti dikjarati mill-Gvern dwar is-sussidju lill-bdiewa. Jien infurmat li s-Segretarju Permanenti anzi dejjem insista li r-regoli jiġu applikati għal kulħadd bla distinzjoni.
B'riferenza għat-Lm8 miljun li tħallsu għar-ristrutturazzjoni tas-settur tal-biedja, jista' il-Ministru jinformani kemm minn dawn il-flus intnefqu għar-ristrutturar u kemm biex jorħsu l-prezzijiet tal-konsumaturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onor. Interpellant igħid minn fejn ġab din iċ-ċifra ta’ Lm8 miljun?