Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2647 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fabbriki — Training Grants

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema fabbriki (bl' isem) għadhom qed jistennew li jingħataw t-training grants għas-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-kumpaniji li għadhom qed jistennew li jingħataw training grants għas-sena 2001 qed jidhru hawn taħt: Academy Furniture Mfg. Ltd. Allchem Ltd. Bandulet Dental Ltd. Boat Equipment Ltd. Borg Cold Stores Ltd. Bortex Clothing Ltd. Buttner Ltd. Buxom Poultry Ltd. Calibre Industries Ltd. Carefree Furniture Co. Ltd. Carlo Gavazzi Ltd. Chef Choice Ltd. Consolidated Biscuits Co. Ltd. Crimsonwing (M) Ltd. De La Rue Currency Ltd. Dedicated Micros (Malta) Ltd. Denim Sportswear Ltd. Elepac Ltd. Emmanuel Delicata Winemaker Ltd. Fitzwright Europe (Malta) Ltd. Germal Clothing Ltd. Heirloom Ltd. Hetronic (M) Ltd. JB Plastics Ltd. Jolly Ltd. Lasercomb Ltd. Lloyd Shoe Mfg. Co. (Gozo) Ltd. Lloyd Shoe Mfg. Co. (Malta) Ltd. Magro Bros (Foods) Ltd. MCL Components Ltd. Medical Disposables Mfg. Ltd. Mediterranean Aviation Co. Ltd. Metalfit Industrial Ltd. Metallform (M) Ltd. Methode Electronics (M) Ltd. MGC Electronics Ltd. Miss Ella Ltd. Motherwell Bridge (M) Ltd. MP Clothing Ltd. MSC (Malta) Ltd. Pamargan Products Ltd. Perfect Screen Printers Playmobil Malta Ltd. Prominent Fluid Controls Ltd. Raesch Quarzglas (Malta) Ltd. Sandpiper Ltd. Seifert Electronics (Malta) Ltd. Shireburn Co. Ltd. S.M.W. Cortis Ltd. The Chair Co. Ltd. Toly Products Ltd. Topserv Ltd. U.D.C. Euro Ltd. Underwear Ltd. UWT International Ltd. Vernon Foods Mfg. & Trading Ltd. VF (Malta) Ltd. W.E.T. Automotive Systems (Malta) Ltd. Windmill Aluminium Ltd. Windsor Co. Ltd. Woodline Ltd.
Leg 10 PQ #2648 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Foundation Course in business & commerce — MCAST

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2482, ninforma lill-Ministru li kont qed nirreferi għall-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Prospektus 2003-2004, fl-MCAST hemm kors wieħed li jismu 'Ċertifikat Bażiku fin-Negożju' (Foundation Certificate in Business). Filwaqt li kull min spiċċa l-iskola obbligatorja jista' japplika biex jidħol f'dan il-kors, l-Istitut f’dan l-istadju ta’ żvilupp għandu limitazzjonijiet . Għaldaqstant ġejt informat li għad hemm 30 student fil-waiting list biex jidħlu fil-kors.
Leg 10 PQ #2649 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Transfers

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2426 u cioe' jgħid kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartimenti tal-Gvern kollha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ trasferimenti bejn ministeru u ieħor kif approvat mill-“Management and Personnel Office” mill-1 ta’ Jannar 2002 sas-27 ta’ Ottubru 2003 huwa ta’ 535. Trasferimenti bejn dipartiment u ieħor fid-dekasteru tiegħi fl-istess żmien kienu 57. Dwar it-trasferimenti interni f’ministeri oħra, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministri responsabbli billi dawn it-trasferiment jiġu approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri rispettivi.
Leg 10 PQ #2650 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunses jenħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel (take-away/restaurants)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet lill-Awtorita tat-Turiżmu għal liċenzji ta' Catering ikollhom bżonn dawn il-permessi:- (A) Permess mill-Awtorita ta' l-Ambjent u Ippjanar li jiċċertifika li l-post jista' jintuża għal catering; (B) Permess mill-Malta Resources Authority dwar id-drenaġġ; (C) Approvazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar li l-post jikkonforma mar-regolamenti tas-saħħa u l-iġene; (D) Jekk l-applikant mhux il-propjetarju, ikun hemm bżonn il-kunsens tal-propjetarju.

Għawdex — Seduti tat-tribunal lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid mit-twaqqif tat-tribunali lokali: 1) kemm kien hemm seduti tat-tribunal lokali f'Għawdex; 2) kemm kien hemm każijiet f'kull seduta; 3) kemm kienu dawk li kkontestaw l-akkuża f'kull seduta; 4) kemm kien hemm liberati; 5) kemm kien hemm multi mħallsa minn qabel; 6) kemm kien hemm li ġew kundannati u li wara nstabu li kienu tħallsu; 7) kemm kien hemm irċevuti manwali; 8) ir-raġuni li nħarġu r-riċevuti manwali meta s-sistema hija waħda state of the art; u 9) hemmx statistika ta' gwardjani lokali li jitħarrku għas-seduta iżda ma jixhdux għax l-imputat ma jidhirx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Biex jinġabar dan it-tagħrif jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta` dan il-ħin u riżorsi biex jinġabar dan it-tagħrif hu ġustifikat.

Orkestra Nazzjonali — Musical director

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-abbozz tal-kuntratt li se jingħata il-musical director fl-Orkestra Nazzjonali? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati u l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet? Kemm se jingħata salarju dan il-musical director? Minn min se jitħallas? Ma min saru n-negozjati? Jikkonferma li ma ħarġitx call for applications? X'inhi r-raġuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma naħsibx li huwa korrett ġaladarba l-kuntratt imsemmi għadu ma ġiex iffinalizzat mad-Direttur konċernat li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Li nista' ngħid huwa illi d-Direttur identifikat huwa l-Mro. Michael Laus, li ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħodu nidħlu u niddiskutu l-kompetenza mużikali tiegħu. Ma nsib li hemm l-ebda oġġezzjoni li meta jkun konkluż il-kuntratt inpoġġih fuq il-mejda tal-kamra.

Fleur-de-Lys — Kumitat tal-Hamlet - minuti tal-laqgħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-minuti tal-laqgħa tat-18 ta' Diċembru, 2002 tal-Kumitat tal-Hamlet ta' Fleur-de-Lys fil-kunsill lokali ta' Birkirkara għadhom mhux iffirmati kif titlob il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Dipartiment tal-kunsilli lokali — Ittri mibgħuta mill-kunsillieri tal-Floriana

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-kunsilli lokali għadu ma weġibx l-ittri li bagħtu l-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat (tal-kunsilli lokali tal-Floriana) rigward quotations ta' bozoz u materjal ieħor? Jaf li ntbagħtu diġa' tliet ittri li baqgħu mhux imwieġba u li l-ewwel ittra ntbagħtet fit-28 ta' Jannar, 2003? Jaf li l-kunsill qed jistenna d-deċiżjoni tad-dipartiment u li l-proġett partikolari jinsab wieqaf?

Response (BORG, TONIO)

Jiena nfurmat li fil-fatt id-Dipartiment għadu kemm irrisponda l-ittra tal-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat fejn fiha ngħatat il-fehma tad-Dipartiment dwar is-suġġett.
Leg 10 PQ #2674 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #2675 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lit-Tarzna, sena b'sena, mill-1987 'il hawn? Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu, sena b'sena? Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MSCL — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju lill-MSCL, sena b'sena, mill-1987 'il hawn? Jista' jgħid ukoll kemm sar telf fl-istess perjodu, sena b'sena? Jista' jgħid kemm kien id-dejn fl-istess perjodu, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1541 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Ħaddiema barranin jaħdmu b'mod illegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1001, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar ħaddiema barranin li kienu qed jaħdmu ilegalment kif spjegat fl-istess mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Compliance Unit ta' l-E.T.C. ma tidħolx fil-mertu ta' kemm jitħallsu l-ħaddiema, la dawk barranin u lanqas dawk Maltin. Dan huwa kompitu tad-Dipartiment ta' l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali. Dwar il-kummenti li saru fuq Capital Radio, ma rriżultax min kien il-kuntrattur, il-post u meta saret din l-allegazzjoni li saret riferenza għaliha.
Leg 10 PQ #1639 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mature Students — Edukazzjoni terzjarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mature students fl-Unisversita' jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja u jagħti dettalji? Xi kriterju jintuża biex jiġu ammessi fl-Universita' tali studenti u f'liema korsijiet jistgħu jidhru dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikanti maturi jistgħu jkunu ikkunsidrati għal dħul f'kull kors l-Universita' jekk, għalkemm ma jkollhomx il-kwalifiki normalment meħtieġa (Ċertifikat tal-Matrikola), ikollhom 23 sena sal-bidu tal-kors u għandhom il-kapaċita' intellettwali neċessarja biex isegwu l-kors ta' studju kkonċernat bi profit. Informat ukoll li l-evalwazzjoni ta' applikanti bħal dawn issir permezz ta' intervista u/jew test bil-miktub mill-Fakulta' li toffri il-kors partikolari. Informat li kull sena l-Universita' ddaħħal madwar 400 student/a permezz ta' din ir-regola.
Leg 10 PQ #1686 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti/adulti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti/adulti ġodda fl-MCAST f'din is-sena skolastika? B'kollox kemm hemm studenti/adulti jsegwu xi kors fl-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tagħrif li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija numru 2301.
Leg 10 PQ #2002 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Labour Supply

Question

Kemm kienet il-Youth Labour Supply (16-24 sena) fil-31 ta' Awissu, 2003? Kemm minn dan in-numru ta' żgħażagħ, f'din id-data, kienu tfajliet, u kemm kienu ġuvintur? Kemm kienet il-Labour Supply totali fl-istess ġurnata? Kemm kienu dawk iż-żgħażagħ ta' din l-eta' (maqsumin fi tfaljliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu qegħdin jaħdmu f'din id-data?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-informazzjoni li għandha il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, il-Youth Labour Supply (16-24) kien ta' 26,669 li 15,097 kienu rġiel filwaqt li 11,572 kienu nisa. In-numru ta' dawk li kienu qegħdin jaħdmu f'Ġunju 2003 kien ta' 24,623 li 13,691 kienu rġiel filwaqt li 10,932 kienu nisa.
Leg 10 PQ #2003 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Labour Supply — Ħaddiema mal-Gvern u Korpi Gorvernattivi

Question

Kemm mill-Youth Labour Supply (16-24 sena) fit-31 ta' Awissu, 2003 (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) kienu qegħdin jaħdmu mal-Gvern u Korpi Governattivi; fil-manifattura, turiżmu, servizzi finanzjarji, servizzi oħra, bejgħ (retail), kostruzzjoni, biedja, sajd, setturi oħrajn? Liema kienu l-aktar għaxar (10) xogħlijiet (Occupations) li kienu jaħdmu fihom dawn iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)? Kemm kienu ż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu/huma self-employed? F'liema oqsma kienu/huma jaħdmu bħala self employed? Kemm kien hemm żgħażagħ ta' l-eta' msemmija (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qegħdin fi skema ta' apprendistat fid-data msemmija? Liema kienu dan l-iskemi, u kemm kien hemm f'kull skema (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, il-Youth Labour Supply (16-24) kien ta' 26,669 li 15,097 kienu rġiel filwaqt li 11,572 kienu nisa. Mehmuż issib tabelli li juru il-labour supply għal dawn iż-żgħażagħ f'irġiel, nisa u total. It-tabelli juru wkoll f'liema settur kienu qed jaħdmu jekk kienux self-employed, jekk jaħdmux fis-settur privat jew jekk jaħdmux fis-settur pubbliku. Tabella B turi liema kienu x-xogħolijiet li kienu jaħdmu fihom dawn iż-żgħażagħ maqsumin f'irġiel u nisa. It-tabella turi wkoll kemm kien hemm apprendisti rġiel u nisa f'kull skema li diġa' qed jagħmlu it-taħriġ tagħhom fil-post tax-xogħol.
Leg 10 PQ #2004 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ mill-youth labour supply

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-youth labour supply li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fil-31 ta' Awissu, 2003? Liema kienu dawk ix-xogħlijiet li kienu qed jirreġistraw għalihom iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) bla xogħol? X'kien il-livell edukattiv ta' dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sitt xhur u x'kien il-livell edukattiv tagħhom? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal mill-anqas sena u x'kien il-livell edukattiv tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-informazzjoni li għandha il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, in-numru ta' żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-24 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 2,046 li 1,406 kienu rġiel filwaqt li 640 kienu nisa. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru għal liema xogħol kienu qed jirreġistraw, x'livell ta' edukazzjoni kellhom u kemm kien ilhom jirreġistraw.
Leg 10 PQ #2059 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Studenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel tal-Knisja, mill-kindergarten sas-6 th form, kemm hemm studenti barranin li qed jattendu? Minn fejn huma u f'liema livelli jattendu? Jista' jgħid kemm iħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.