Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Separazzjonijiet bonarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru separazzjonijiet bonarji fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn saru 962 separazzjoni bonarja f`Malta, u 34 separazzjoni bonarja f`Għawdex.

Qrati — Annullamenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru annullamenti, kemm ta' l-istat u kemm tal-Knisja fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn kien hemm 140 annullament ta` l-Istat f`Malta u 4 f`Għawdex. Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar kemm kien hemm annullamenti tal-Knisja mhux disponibbli.

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' trabi barra miż-żwieġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal mhux fiż-żwieġ fl-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madankollu dawn infurmawni li fl-2001 u fl-2002 in-numru ta` twelid barra ż-żwieġ kien ta` 499 u 569 rispettivament.

Qrati — Persuni separati li jirċievu l-assistenza soċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies separati li qed jirċievu l-assistenza soċjali?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Malta Enterprise — Ħruġ ta' drenaġġ mill-fabbriki ta' Ħal Far

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet jew qed tieħu l-Malta Enterprise biex id-drenaġġ mill-fabbriki ta' Ħal Far ma jibqax jiskula ġo Wied Żnuber f'Ħal Far? Il-Malta Enterprise hija nformata li sa nhar il-Ħadd, 2 ta' Novembru 2003 kien hemm id-drenaġġ nieżel għal ġol-wied? Taf il-Malta Enterprise li dan id-drenaġġ mill-fabbriki qed jagħmel ħsara kbira f'dan il-wied u, fost affarijiet oħra, qatel siġar li kienu ilhom hemm għal snin twal?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC ħadet il-passi kollha meħtieġa sabiex ix-xogħlijiet li huma neċessarji biex tissolva l-problema tad-drenaġġ isiru mid-dipartiment ikkonċernat.
Leg 10 PQ #2626 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2474 u ċioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġiferi fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tat-3 ta' Novembru, 2003 li tajt għal mistoqsija numru 2474.

Ħal Far — Wied Żnuber - Ħsarat fl-għelieqi kawża ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kumpens se tagħti l-Malta Enterprise lil bidwi full time - għandi d-dettalji tiegħu - li saritlu ħsara kbira fl-għelieqi tiegħu li għandu f'Wied Żnuber, Ħal Far minħabba d-drenaġġ li tħalla jiġri ġol-wied? Minħabba li dan id-drenaġġ waqqa' ħitan, ikkontamina ġibjun u għamilha impossibbli li dan il-bidwi jkompli jaħdem dawn l-għelieqi, tista' il-Malta Enterprise tinvestiga dan l-ilment u tara x'kumpens jista' jingħata dan il-bidwi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC qatt ma ġiet infurmata b'dan il-każ.

Ħal Far — Pump rooms tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Malta Enterprise tagħlaq l-aċċess għall-pump rooms tad-drenaġġ li hemm ħdejn il-fabbriki f'Ħal Far li llum huma mkissra u abbandunati u qed jintużaw għall-abbuż tad-droga?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC qiegħda tara x'passi tista' tieħu f'dan ir-rigward.

Ħal Far — Ġibjuni

Question

Possibbli l-Malta Enterprise taċċerta li dawk il-ġibjuni kbar mikxufa li huma mimlijin bid-drenaġġ jew ilma maħmuġ f'Ħal Far ma jkunux ta' periklu għan-nies minħabba li huma mikxufa u aċċessibbli anke għal tfal li jinzertaw fl-inħawi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC qiegħda tara x'passi tista' tieħu f'dan ir-rigward.

Malta Heritage — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema Għawdxin mal-Malta Heritage għandhomx xi kondizzjonijiet partikolari u/jew speċifiċi għalihom u jekk iva, jista' jgħid fiex jikkonsistu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nassumi li l-Onor. membru qiegħda tirreferi għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mal-Heritage Malta u jien infurmat li dawn il-ħaddiema Għawdxin bħalissa għandhom l-istess kundizzjonijiet bħal ħaddiema oħra tas-Servizz Pubbliku. Fl-aħħar ta' Ottubru il-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu ġo Għawdex stess mal-Ministeru ta' Għawdex ġew detailed għal ma' Heritage Malta u mhux maħsub li jkollhom xi kundizzjonijiet differenti minn dawk tal-ħaddiema Maltin.

Gozo Channel — Uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-uffiċini minn fejn topera l-Gozo Channel qegħdin Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn l-uffiċini jiġu ttrasferiti lejn Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

L-uffiċċju prinċipali tal-Gozo Channel ilu għal snin twal ġewwa Sa Maison. Għandha wkoll uffiċċju ġewwa ċ-Ċirkewwa, fejn ikun hemm xi uffiċjali għolja oħrajn. Huwa l-ħsieb li meta t-Terminal taċ-Ċirkewwa ikun lest, il-Kumpannija titttrasferixxi l-uffiċini hemmhekk. Għawdex jibqa' biss l-uffiċċju tad-Duty Manager.

MEPA — Applikazzjoni għal fond kummerċjali li jkollha refusal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk applikazzjoni għal fond kummerċjali li jkollha refusal mill-istadji kollha tal-MEPA, tistax issir mingħajr ebda tibdil skond l-applikazzjoni oriġinali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp ma jeskludix li ssir applikazzjoni simili għal oħra li tkun ġiet irrifjutata. Jingħatax permess jew le hija kunsiderazzjoni oħra.

Sigurta' soċjali — Children's allowance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - tirċievi l-ħlas taċ-children's allowance peress li l-aħħar żewġ ħlasijiet ma rċevithomx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Leg 10 PQ #2638 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — ENT Out-patient - lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest il-lift li ġie żarmat fil-floor ta' ENT out-patient meta dan kien imwiegħed li jkun lest fit-3 ta' Ġunju, 2003? Jista' jinformani x'ġara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-container bl-'ispare parts' ghall-lift kellu jasal fl-ewwel ta' Novembru 2003. Għal xi raġuni mhux magħrufa ser jasal tard. Għaldaqstant għandha ssir laqgħa mal-fornitur għal aktar tagħrif.
Leg 10 PQ #2639 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — NCC course

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk student li jkun irid jibda l-NCC course ma' jsibx sponsor? Kif tista' tgħin l-ETC f'każi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-kors tal-National Computer Centre jaqa taħt it-Traineeship Scheme. Parteċipanti f'din l-iskema jattendu għal taħriġ teoretiku fi stabiliment ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ prattiku ma' employer fejn huma jipprattikaw u jakkwistaw ħiliet prattiċi relatati mal-kors. Għaldaqstant jekk persuna ma jkollux employer ma' tkunx tista' tipparteċipa bi sħiħ fil-programm u ma' titħalliex tipparteċipa fl-iskema. Min-naħa tagħha l-ETC tgħin lil dawk kollha li japplikaw magħha biex issibilhom impjieg billi tirreferi d-dettalji ta' l-applikanti lill-employers interessati, b'dawn ta' l-aħħar jgħazlu lil min jixtiequ huma.

Gozo Ferries — Self mill-banek

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2315 u 2376 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Shipyard Ltd — Memorandum articles

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-memorandum articles tal-kumpannija Malta Shipyard Ltd u Industrial Projects & Services Ltd.?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Memorandum Articles tal-kumpanniji Malta Shipyard Ltd u Industrial Projects and Services Ltd.

Malta Drydocks — Farming out

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' farming out li sar mit-tarzna matul l-2002 u l-2003? Kemm iffrankat it-tarzna bil-farming out?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma sar l-ebda farming out ta' xogħol mit-tarzna. It-Tarzna minn dejjem irrikorriet għal sub-contracting meta kien hemm ħtieġa kummerċjali li tagħmel hekk u bi ftehim mas-sidien tal-vapuri.

Malta Drydocks

Question

Jista' il-Ministru: a) jagħti dettalji dwar ir-rati u kondizzjonijiet ta' kiri ta' l-assi tat-tarzna; b) jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra business plan tax-shipyard illum ġestiti minn kumpanniji ġodda mwaqqfa mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.