Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi
St. Andrews — Parking temporanju fi Triq Sant'Andrija
Question
Billi Triq Sant'Andrija, St Andrews hija triq prinċipali u inti u ġej minn San Ġiljan hemm diversi ħwienet qabel ma wieħed jikser għall-Ibraġġ, bħat-Topline, Agenda Bookshop u oħrajn, jistgħu jsiru arranġamenti biex f'ħinijiet fissi jkun jista' jsir parking temporanju minn delivery vans strettament għall-ħatt tal-merkanzija għax ħafna drabi qed jiġri li dawn id-delivery vans li m'għandhomx għażla oħra fejn jipparkjaw qed jeħlu multi ta' parking irregolari intortament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-parti ta’ Triq Sant’Andrija li ghaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari hija parti ‘Tow Zone’ u parti ‘double yellow lines’.
Meta jsir parkeġġ irregolari ta’ kwalunkwe vetturi f’din il-parti tat-triq ikun hemm il-konsegwenzi li ġejjin:
· Il-
capacity tat-traffic lights junction
k/m Triq Ibragg tonqos b’madwar 40%.
· Ikun hemm konġestjoni tat-traffiku fuq Triq Sant’ Andrija u Triq il-Qasam.
· Vetturi li resqin lejn it-
traffic lights
jgħaddu ‘
wrong side’
u jaqsmu il-
continous white lines
biex jippruvaw iduru mal-vetturi pparkjati w għaldaqstant ikun hemm periklu ta’ kollużjoni ma’ vetturi li ġejjin minn Triq il-Kosta mid-direżżjoni opposta.
It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kienet ipprovdiet
un/loading bay
fi Triq Qasam kantuniera ma’ Triq Sant’ Andrija iżda tali ‘
un/loading bay’
kienet ġiet regolarment abbużata minn stabbiliment kummerċjali fl-inħawi b’detriment għal kumplament tal-ħwienet. Għaldqstant it-taqsima rċeviet talba mir-rappreżentanti tal-ħwienet sabiex tali
un/loading bay
tinbidel f’
timed parking
kopja hawn annessa. Wara konsultazzjoni mall-kunsill lokali, kopja hawn annesssa, t-taqsima approvat tali talba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' nies barranin li għandhom permess li jaħdmu? Ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont totali ta' persuni li għandhom permess li jaħdmu sas-7 ta' Lulju 2007 kien hekk :
EU NON EU Totals
2,947 3,663 6,610.
Informazzjoni mil liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-2002 kemm immigranti ħarġu mid-detention centres? Dawn għandhom working permit? Dawn jirreġistraw għax-xogħol? Huma obbligati jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu? Jingħatalhom permess biex iġibu qraba tagħhom f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2002 u llum in-numru ta' immigranti li ħarġu mid-detention centres hu ta' 6,625.
Infurmat ukoll li talbiet minn dawk li jkunu ġew mogħtija xi tip ta' permess li jibqgħu Malta sabiex iġibu qraba tagħhom f'Malta, ikunu ikkunsidrati fuq il-mertu u ċirkostanzi partikolari għal dik it-talba.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw u jmexxu "Heritage Malta"? X'rimunerazzjoni jieħdu dawn il-membri? Minn fejn jiġu l-fondi biex titmexxa? Jekk min jidħol f'siti li huma protetti jħallasx?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Heritage Malta titmexxa mis-CEO u minn numru ta' Managers u Kuraturi. Il-bord jifforma il-policy.
Ir-remunerazzjoni annwali hija kif ġej:
Chairman Lm 7,000
Deputy Chairman Lm 2,800
Membri Lm 1,000
Parti mill-fondi għat-tmexxija ta' din l-aġenzija jiġu mill-entratura tal-miżati filwaqt li ammont ieħor jingħata mill-Gvern.
Hemm miżati differenti għad-dħul fid-diversi siti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26888 u 27095 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum kemm telqu pilots barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum in-numru ta' piloti barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta u rriżenjaw kien ta' dsatax (19).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26874 u jgħid f'liema stadju waslet t-talba għall-facilitator ta' l-istudenta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament dehret quddiem il-Bord f'Novembru 2006. Il-Bord irrakkomanda Occupational Therapy sessions u support mill-FES (Foundation for Educational Services). Ma kien hemm l-ebda talba biex issir review. Is-segretarja tal-bord kellmet lill-omm u spjegatilha x'għandha tagħmel biex isir review tal-każ.
Peress li kemm il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qalu li m'humiex responsabbli mit-tindif tal-ġnien taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jindika min hu l-ministru responsabbli għal dan ix-xogħol?
Tista' l-Ministru tara għala koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u hi disabled ġew mitluba li jħallsu aktar minn Lm200 f'surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bil-miktub jekk dawn għandhomx iħallsu s-surcharge meta bid-dħul li għandhom suppost huma eżentati mill-ħlas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jrid jifdi ċ-ċens tal-post li huwa tiegħu u l-post kien tal-Knisja u llum sar tal-Gvern jiġi nfurmat b'dak li jrid jagħmel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li saret ma jirriżultax li l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien xi darba ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27071 u jelenka l-lista ta' xogħol li għad baqa' xi jsir biex l-isptar Mater Dei ikun lest mill-bini, equipment, IT, eċċ?
Peress li rreferejt għal każ ieħor fejn persuna li ġiet interdettjata mill-qorti reġgħet ingħatat ix-xogħol fl-ADT wara maħfra presidenzjali, jista' l-Ministru jgħid min hi din il-persuna, ta' liema reat instabet ħatja u liema kariga tokkupa fl-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fuq parir mogħti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-persuna li kienet interdettjata mill-Qorti kienet ġiet trasferita għal Sezzjoni oħra fl-ADT fejn ma jkollhiex responsabilta' ta' ġbir ta' flus. Wara kienet ġiet trasferita għal Dipartiment tal-Gvern.
Din il-persuna, li l-isem tagħha qiegħed jingħata b'mod konfidenżjali lill-Onorevoli Nterpellant, kienet instabet hatja ta' frodi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Jista' l-Ministru jara li d-diversi sprali li hemm mferrxa fit-terminal ta' Għawdex jiġu mwaħħla sew peress li minħabba l-ħoss li qed jagħmlu ħafna sewwieqa qed jinħassdu u anke qed ikun hemm lok ta' inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-MMA ser tieħu l-passi neċessarji dwar l-ispralli li ssemmew fid-domanda, u ser terġa tpoġġi lura wkoll dawk li nsterqu.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni reġa' nqala' l-asfaltar li kien diġa' sar mis-siġra ta' Pinu 'l ġewwa lejn it-triq ta' Pinu? Tista' tgħid l-ispiża adizzjonali kemm ġiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma nqalgħax asfalt fil-parti tat-triq imsemmija fil-mistoqsija u li kull ma qiegħed isir hu li qiegħda titranġa bankina biex din tkun taqbel mal-livell tat-tarmac meta tingħata l-aħħar kisja ta' din il-parti tat-triq. Dan ix-xogħol isir għas-spejjes tal-kuntrattur.
B'referenza għar-roundabout tal-Kappara/Gżira fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw għan-nuqqas ta' crash barriers u wisq iżjed nuqqas ta' faċilitajiet biex ikunu jistgħu jaqsmu sakemm tiġi rranġata Triq Sliema, jista' l-Ministru jara li l-ADT tikkonsidra azzjonijiet biex ir-residenti kemm tal-Kappara u kemm tal-Gżira jkunu jistgħu jaqsmu bla riskju għalihom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problemi msemmija. Tant hu hekk li soluzzjoni aħħarija, permezz ta' subways apposta, huma nkorporati fid-dizin tal-Grade separated junction li trid issir fir-roundabout tal-Kappara bħala parti mix-xogħlijiet ta-Ten-T network. Bħala solużżjoni temporanja kienu kunsidrati Pelican lights u "Elevated Walkway" b'din ta' l-aħħar tkun preferuta minħabba limpatt negattiv li jkollhom pelican light fuq it-traffiku. L-ADT ġa ħadet il-miżuri neċessarji sabiex dan l-"Elevated Walkway" tkun nstallata fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jara tistax ssir zebra crossing jew pellican lights minn fejn tieqaf il-karozza tal-linja 62 wara Pender Place, San Ġiljan, għaliex m'hemmx min fejn taqsam it-triq biex tmur il-Bajja ta' San Ġorġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nixtieq niġbed l-attenżjoni ta' l-Onor Interpellant li diġa teżisti żebra crossing fi Triq Sant' Andrija bejn Triq San Ġorg u Triq Margerit Mangion.
Minn speżżjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing oħra fi Triq Sant'Andrija minħabba li ġej:
It-triq hija wiesgħa hafna
Biex issir żebra crossing irid jintielef ħafna spażju allokat għal bus stop
Ikun hemm bżonn ta' pedestrian refuge fin-nofs tat-triq u bankina fil-ġenb tat-triq in-naħa ta' Triq Margerit Mangion
Tali pedestrian crossing proposta tkun vċin ħafna tal-mini roundabout eżistenti li tinsab fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Elija Zammit.
Ta' min jinnota li l-karozza tal-linja 62 tieqaf fil-venda tal-karozzi li tinsab fi Triq Margerit Mangion u għaldaqstant il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn jaqsmu Triq Sant' Andrija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-aħħar kors tas-surġenti kemm għaddew u kemm weħlu? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawk li weħlu li applikaw għal aktar minn darba? Kemm-il darba applikaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-aħħar kors tas-surġenti fil-Korp tal-Pulizija, għaddew 94 kuntistabbli filwaqt li 25 weħlu. Minn dawn li weħlu, tmintax applikaw l-ewwel darba, tnejn it-tieni darba u erba' t-tielet darba u wieħed is-sitt darba.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.