Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-artijiet — Bejgħ ta' artijiet f'Pembroke

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li fiż-żmien li ġej id-dipartiment ta' l-artijiet joħroġ għall-bejgħ artijiet pubbliċi li fadal f'inħawi differenti ta' Pembroke? Jekk iva, meta u f'liema inħawi se joħorġu?

Response (BORG, TONIO)

It-talbiet li jsiru għand it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għax-xiri ta` artijiet pubbliċi, hu fejn hu l-lokal, jiġu ikkunsidrati individwalment u deċiżi skond il-każ.

Tugboats mgħarrqa barra Wied il-Għajn

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 1850, jista' il-Ministru jerġa' jivverifika l-fatti u jara jekk informawhx ħażin? Jista' jivverifika jekk hux veru li ġew sottomessi r-rapporti mitluba dwar iż-żewġ tug boats mgħarrqa barra Wied il-għajn? Jista' jivverifika jekk dawn ir-rapporti humiex wieħed ta' Carmen Mifsud B.Sc, M.Sc & Steve Jones B.Sc li sar f'Jannar 1999 u l-ieħor ta' Konrad Pirotta B.Ed (Hons) M.Phil fis-sena 2002?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-dokument ta’ Ms Mifsud u Mr Jones ma jikkwalifikax bħala programm ta’ monitoraġġ kif meħtieġ mill-permess. Id-dokument ta’ Mr Pirotta jista’ jagħti kontribut biss fil-proċess ta’ twaqqif ta’ żona protetta madwar l-Imperial Eagle.

MEPA — Applikazzjoni għall-Imperial Eagle u Qawra Reef

Question

Dwar l-applikazzjoni għall-Imperial Eagle u l-Qawra Reef, jista' il-Ministru jivverifika jekk ġewx sottomessi dokumenti sostanzjali ma' l-applikazzjoni lill-MEPA? Jista' jivverifika jekk dawn id-dokumenti jinkludux tagħrif miġbur dwar rapporti fuq l-impatt tat-tuna pens u dokumenti oħra sottomessi f'Ġunju 2002 u anke rapport ta' J.A Borg AIBMS BSc MSc MI Biol u Prof PJ Schembri f'April 2003 rapporti oħra relatati? Jista' jivverifika għaliex il-MEPA ma tqisx dawn id-dokumenti rilevanti biżżejjed biex tipproċessa l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-permess PA 02730/96 biex jiġi mgħarraq l-Imperial Eagle fil-Qawra nħareġ fit-12 ta’ Ottubru 1998. Ma dan il-permess hemm marbutin numru ta' kundizzjonijiet, fosthom li jiġi sottomess : - programm ta’ monitoraġġ li jara li l-vapur huwa fi stat tajjeb u mhux ta’ periklu għal min jogħdos fuqu, u wkoll tabilħaqq qiegħed iservi bħala struttura artifiċjali li tkabbar u żżid il-ħajja fil-baħar għall-benefiċċju tal-ambjent marittimu ta’ l-inħawi. Dan il-programm ta' monitoraġġ qatt ma ġie sottomess għand l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Leg 10 PQ #2669 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Forgery detection of passports equipment

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti rċieva, permezz ta' l-Ambaxxata fi Stockholm, apparat għall-forgery detection of passports equipment mis-Schengen unit fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-apparat tal-forgery detection li l-Gvern Malti rċieva mingħand l-Ingliżi permezz ta' għajnuna mingħand l-Unjoni Ewropea taħt skema ta' assistenza fil-forma msejjħa 'Twinning Light'. Dan l-apparat ġie mibgħut mis-Schengen Unit tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil kull Ambaxxata li għandna barra minn Malta, fosthom dik ġewwa Stokkolma.
Leg 10 PQ #2670 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Festi ta' l-ewwel ta' Settembru fil-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid min irrappreżenta lill-Gvern Malti fil-festi ta' l-ewwel ta' Settembru fil-Libja?

Response (BORG, JOE)

Il-festa nazzjonali Libjana ta' l-1 ta' Settembru din is-sena ġiet abbinata mal-promozzjoni mill-Gvern Libjan tas-sehem tal-mara fis-soċjeta'. Għalhekk, il-Gvern Libjan stieden lill-mara ta' l-Eċċellenza Tiegħu il-President tar-Repubblika, lill-mara tiegħi, lill-Ministru Giovanna Debono u lill-Onorevoli Dolores Cristina. Is-Sinjura de Marco kienet indisposta waqt li l-Ministru Giovanna Debono ma setgħetx tmur. Għalhekk Malta kienet rappreżentata mill-Onorevoli Dolores Cristina u mill-mara tiegħi. Is-Sinjorina Joanna Darmanin, uffiċċjal fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u membru tas-Segretarjat tiegħi, akkumpanjathom.
Leg 10 PQ #2671 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Spanjola f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li hemm pjani li tinfetaħ Ambaxxata Spanjola f'Malta? Jista' jikkonferma li l-Gvern Spanjol, ir-Re Juan Carlos, m'għandu l-ebda ħsieb li jżur Malta qabel ma din l-ambaxxata tkun qed tiffunzjona sew? Jekk fl-affermattiv meta mistennija tinfetaħ l-ambaxxata?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Gvern Spanjol feħsiebu jiftaħ ambaxxata f'Malta. Nista' nikkonferma wkoll li r-Re Juan Carlos laqa' stedina tal-President tar-Repubblika biex jagħmel żjara f'Malta għalkemm s'issa għadhom ma ġewx miftehma dati konvenjenti għaż-żewġ naħat. Skond l-indikazzjonijeit li għandu l-Gvern, jidher li din iż-żjara tista' sseħħ matul is-sena d-dieħla, u possibilment wara l-ftuħ ta' l-Ambaxxata Spanjola f'Malta.
Leg 10 PQ #2672 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Negozjati dwar id-double taxation agreement

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux taħdidiet mal-Gvern Amerikan biex jerġgħu jinfetħu negozjati dwar id-double taxation agreement bejn iż-żewġ pajjiżi? X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Amerikan s'issa?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti talab lill-Gvern Amerikan sabiex jinfetħu negozjati dwar Double Taxation Agreement bejn iż-żewġ pajjiżi. Sa issa, l-Gvern Amerikan għad ma rrispondiex pożittivament għat-talba Maltija.
Leg 10 PQ #2673 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Crisis management exercise militari — Sehem ta' Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li Malta se tieħu sehem fi crisis management exercise militari iżda se tagħmel dan f'mod limitat minħabba li se jintużaw NATO assets and capabilities? Meta se jsir dan l-eżerċizzju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1773 f’seduta numru 38 tas-6 ta’ Ottubru 2003, u nikkonferma li Malta se tipparteċipa fl-eżerċizzju b’mod limitat. L-eżerċizzju se jsir bejn id-19 u l-25 ta’ Novembru 2003.

Rabat — Triq Kola Xara - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Peress li l-anzjana residenti f'fond nru. 2, Triq Kola Xara, Rabat kellha tmur tgħix ma' tifla tagħha minħabba li s-servizz tal-provvista tad-dawl fir-residenza tagħha qed ikun sospiż regolarment, jista' il-Ministru jinvestiga u jawtorizza mmedjatament li jsiru t-tiswijiet meħtieġa? L-anzjana tista' tiġi kkuntattjata fuq in-numru tat-telefon li qed jintbagħat separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa saret.
Leg 10 PQ #2680 Sitting 55 2003-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Nuclear suppliers group consultative committee — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Malta applikatx għal sħubija fin-nuclear suppliers group consultative committee u jekk iva, meta saret din l-applikazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Malta applikat għas-sħubija fi ħdan in-Nuclear Suppliers' Group (NSG) u mhux fin-Nuclear Suppliers' Group Consultative Committee, kif indikat fil-mistoqsija ta l-Onorevoli Interpellant. L-applikazzjoni għall-sħubija fin-Nuclear Suppliers' Group saret fid-9 t'Ottubru 2003 lill-President tal-Grupp.

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma totali li għandha tieħu l-MALTACOM mingħand abbonati tagħha għall-użu tat-telefon minn djar/kumpaniji/organizazzjonijiet oħra u li dawn ilhom ma jitħallsu għal żmien twil? Jista' jelenka kemm irid jingħata minn familji, kumpaniji kummerċjali u għaqdiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Leg 10 PQ #2158 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Ġużepp Ħaddiem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefax xi chlorine fl-iskola jew fl-inhawi ta' l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa, b' mod partikoari bejn is-17 u l-20 ta' Ottubru 2003? Jista' jgħid għalfejn sar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn is-17 u l-20 ta' Ottubru 2003 ma ntefa' l-ebda 'chlorine' fl-iskola San Ġużepp Ħaddiem, il-Marsa.
Leg 10 PQ #2159 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat — Villa Psaigon

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir minn Villa Psaigon fir-Rabat? Kemm hemm ħaddiema f'din il-Villa u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu? Matul dawn l-aħħar sentejn sar xi xogħol fiha? Jekk iva, x'kienu dawn ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Villa Psaigon li l-użu prinċipali tagħha huwa dak ta' tagħlim prattiku għat-tfal ta' l-iskejjel dwar l-ambjent u n-natrua, kienet tinsab magħluqa minħabba li kien jeħtieġilha xogħol ta' tiswija u immodernizzar. Id-Diviżjoni ħejjiet pjanti u għamlet applikazzjoni ta' żvilupp. Ma' l-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' żvilupp beda l-proċess ta' tħejjija ta' sejħiet għall-offerti għax-xogħol ta' kostruzzjoni u servizzi. Fil-frattemp, il-Gardening Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet trasferita f'dan is-sit. Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li, l-post ġie mnaddaf minn dan l-istess Unit, issewwew id-dawl u l-ilma, il-kmamar ġew miżbugħa, it-toilets tnaddfu u, fejn kien hemm bżonn, inbidlu. Xi xogħol għadu għaddej fil-bitħa kif ukoll barra. Bħalissa f'dan il-post hemm il-Head tal-Gardening Unit, is-Senior Foreman, skrivana full-time u oħra part-time filwaqt li tlett ħaddiema qed jispiċċaw l-aħħar irtokki fuq il-post. B'riferenza għat-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija, ix-xogħolijiet li saru dawn l-aħħar sentejn f'Villa Psaigon kienu: tibdil ta' madum tal-ħajt, komunikazzjoni mill-ġdid tal-provvista tad-dawl u l-ilma tal-gvern, tibdil ta' plumbing, alterazzjoni ta' bieb u xogħol ta' żebgħa. Dawn ix-xogħolijiet b'kollox ġew jiswew LM 1,030.59.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ma thallewx jidhlu Malta meta waslu a) fl-ajruport u b) bil-bahar mill-1 ta' Jannar sallum? Ta' liema nazzjonalita' kienu principalment? X' kienu r-ragunijiet ewlenin ghaliex ma thallewx jidhlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena kien hemm 760 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Minn dawn 737 waslu il-baħar filwaqt li 23 waslu bl-ajru. Il-pajjiżi li kienu ġejjin minnhom dawn il-persuni huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-raġunijiet li għalihom dawn in-nies intbagħtu lura kienu prinċipalment li: Ma jkollomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f`Malta Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop ġenwin ta` turiżmu Ma jkollomx id-dokumenti kollha neċessarju Ikunu suġġetti ta` xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra

Liċenzji tal-vetturi — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-vetturi ma tħallewx jitħallsu għaliex is-sid kellu xi multa li ma kinitx tħallset u dan fl-ewwel 9 xhur tas-sena? Il-pulizija tiġi infurmata min huma dawk li ma ħallsux biex b'hekk jiġi żgurat li l-vettura ma tkunx qed tinsaq fit-triq? Il-wardens ikunu mgħarrfa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet m'għandux l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dan għaliex is-sidien tal-vetturi li ma jġeddux il-liċenzja tal-vettura tagħhom, ma jagħtux raġuni għaliex ma jkunux ġeddew il-liċenzja. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, bħal ma jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant kull vettura jkollha mwaħħla mal-windscreen il-liċenza tat-triq u fuq din il-liċenzja jkun hemm id-data sa kemm tkun valida. Għalhekk ma hemmx għalfejn il-Pulizija u l-wardens ikunu mgħarrfa jekk il-liċenzja tat-triq ta' xi vettura patikolari tkunx tħallset jew le.

Testijiet tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi f'din is-sena li ma għaddewx mill-VRT aktar minn darba u b'hekk ma kinux tajba għat-triq? Kif jiġi żgurat li dawn jiġu skrappjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi li ma għaddewx mill-VRT għal aktar minn darba minn Jannar 2003 sa Settembru 2003 jamonta għal 4656. Dawn il-vetturi huma ta' klassi 2 u klassi 3. Kull vettura li ma tgħaddix mill-VRT tingħata ċ-ċans li tagħmel it-tiswijiet meħtieġa qabel ma jerġa jsirilha test. La darba wara it-tiswijiet isirulha, din tgħaddi mit-test, il-vettura tingħata l-permess li taħdem fit-triq. Vettura li ma tgħaddix mill-VRT għal aktar minn darba, tingħata ċ-ċans li jsirulha aktar testijiet wara li tiġi rranġata u mhux bilfors tiġi skrappjata.

Qrati — Każi ta' separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ġodda għal separazzjoni taż-żwieġ din is-sena? Kemm hemm għall-annullament? Kemm hemm każi bejn Maltin u kemm hemm każi bejn Maltin u bejn persuni ta' nazzjonalita' barranija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti ta` Malta mill-1 ta` Jannar sal-21 ta` Ottubru 2003 kien hemm 125 kawżi ta` separazzjoni u 150 kawżi ta` annullament. Fil-Qorti ta` Għawdex ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2003 kien hemm 3 kawżi ta` separazzjoni u 3 kawżi għal annullament. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi ma tinżammx din l-informazzjoni li hija ta` natura kunfidenzjali.

Żwieġijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li żżewwġu s-sena l-oħra u din is-sena bil-knisja u kemm iżżewwġu biċ-ċivil biss?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`Malta fis-sena 2002 saru 1,533 żwieġ reliġjuż u 544 żwieġ ċivili, filwaqt illi bejn il-perijodu 1 ta` Jannar 2003 u 30 ta` Settembru 2003 kien hemm 1,113 żwieġ bil-Knisja u 572 żwieġ ċivili. F`Għawdex ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 kien hemm 131 żwieġ reliġjuż u 41 żwieġ ċvili filwaqt illi bejn 1 ta` Jannar 2003 u l-15 ta` Ottubru 2003, kien hemm 100 żwieġ reliġjuż u 54 żwieġ ċivili.
Leg 10 PQ #2187 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

School girl's mothers unit — Minorenni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm attendew minorenni l-ischool girl's mothers unit kull sena minn meta beda jopera dan il-unit?

Response (GALEA, LOUIS)

UNIT GħOŻŻA (Ex-School Girl's Mothers Unit) Minorenni Sena Skolastika 1989 - 1990 11 1990 - 1991 10 1991 - 1992 19 1992 - 1993 15 1993 - 1994 24 1994 - 1995 31 1995 - 1996 39 1996 - 1997 38 1997 - 1998 59 Sena Kalendarja 1999 84 2000 105 2001 114 2002 117 2003 (to date 23.10.03) 98 Dan is-servizz issa huwa magħruf bħala Unit Għożża.

Karozzi liċenzjati f'pajjiżi ta' l-UE — Licence plate

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-1 ta' Mejju, 2004 huwiex permess li karozzi liċenzjati f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni jżommu l-licence plate barranija għall-perijodu twil?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi Regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur jistipula li vettura li tkun f'Malta għal perjodu temporanju ma tistax iddum iżjed min 90 ġurnata f'Malta bil-licence plate baranija. Wara l-1 ta' Mejju 2004 m'hemmx il-ħtieġa li dawn ir-regolamenti jinbidlu u għaldaqstant m'huwiex permess li karozzi liċenzjati f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni jżommu l-licence plate barranija għall-perjodu twil.