Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jiġu nominati surġenti maġġuri fil-korp tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi l-proċedura li qed tiġi addottata? Kemm hemm postijiet vakanti f'dan ir-rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb li jinħatru Surġenti Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija, wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet attwali tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.
Jista' il-Ministru jgħid, issa li tlestew l-interviews għall-assistenti kummissarji u supretendenti ġodda u ntbgħatu r-riżultati, x'għad fadal isir qabel ma joħorġu l-promozzjonijiet? Kemm kien hemm li qagħdu għall-interview għal kull kariga? Kemm se jiġu appuntati f'kull rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 18-il Supretendent li għamlu interview għal kariga ta` Assistent Kummissarju, filwaqt li għal kariga ta` Supretendent kien hemm 21 Spettur. F`dan il-proċess qed tkun segwita il-proċedura stabbilita għall-promozzjonijiet fis-Servizz Pubbliku, liema proċess għadu mhux finalizzat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tas-seminars imsejħa INT (Irrid Nagħżel Tajjeb)? Jista' jgħid min jieħu sehem fihom u fejn isiru dawn is-seminars? Kemm huma l-fondi li b'kollox huma dedikati għal dawn is-seminars?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskop tas-Seminars INT huwa li jinħoloq mudell ħolistiku dwar il-bżonnijet ta' l-istudenti żgħażagħ Maltin fuq suġġetti bħal Relazzjonijiet, Valuri, Sesswalita, Kif tkun Assertiv, Taf Lilek Innifsek u problemi oħra. Għalhekk l-istudenti żgħażagħ ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu għażla aħjar.
L-ideja huwa li jsiru seminars barra mill-iskola, b'mod informali biex l-istudenti jistgħi isaqsu u jgħidu fejn ma jaqblux anke b'mod kritiku. Is-seminars huma esperjenza fejn studenti żgħażagħ subien u bniet jisimgħu lil xulxin f'ambjent krejattiv. B'hekk ma jkunx hemm barrieri ta' komunikazzjoni.
Fis-seminars qegħdin jieħdu sehem studenti ta' 15-il sena fi skejjel statali u tal-Knisja. Din is-sena dawn is-seminars bdew isiru fid-Dar ta' San Ġużepp, Sta. Venera, li poġġew għad-dispożizzjoni tagħhom sular b'għaxart'ikmamar li jintużaw kuljum. Għal din is-sena skolastika, għal dawn is-seminars, hija prevista s-somma ta' Lm 15,000. Din is-somma tinkludi it-trasport ta' l-istudenti. Is-sena li għaddiet kien hemm madwar 3495 student.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhu l-iskop li numru kbir ta' skejjel jibqgħu mixgħula bil-lejl b'ammont ta' dawl sostanzjali, jiġifieri mhux bozza jew tnejn?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ebda skola m'għandha tħalli id-dawl mixgħul għal xejn b'xejn. Numru ta' skejjel jintużaw filgħaxija għall-attivitajiet varji. Ser nitlob lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tfakkar li min hu konċernat b'dan.
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mikrijin lid-dipartiment? Kemm intefqu flus f'telefonati fuq mobile phones? X'kariga għandhom l-uffiċjali li għandhom mobile phone?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma għandux mobile phones bil-kuntratt.
Id-Dipartiment għandu 6 mobile phones li jintużaw kif ġej:-
Wieħed jintuża mid-direttur, wieħed mis-surġent ta` l-uffiċċju amministrattiv, wieħed mis-surġent ta` SRT u tlieta għal użu ġenerali.
Matul din is-sena sal-31 ta` Ottubru 2003 saret spiża ta` Lm220 (mitejn u għoxrin lira) għal dawn is-sitt mobiles. Matul dan il-perijodu kien hemm wieħed mill-mobiles jintuża mill-aġent Direttur sa Ġunju 2003.
Minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta' priġunieri sentenzjati, jista' il-Ministru jgħid kemm-il priġunier barrani ntbagħat lura f' pajjiżu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta` priġunieri sentenzjati u ċioe` mill-15 ta` Ottubru 2003, ma kien hemm l-ebda priġunier li ntbagħat lura pajjiżu.
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Priġunieri - After Care
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif qed taħdem is-sistema ta' l-after care għall-priġunieri fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi?
Response (BORG, TONIO)
Dawk li jkunu fuq programm ta` droga u jiskontaw is-sentenza jiġu offruti l-opportunita` li jkomplu jmorru għal Counselling ġewwa is-SATU. Jiġu ukoll offruti ċ-ċans li jattendu għall sessions li jsiru regolamenti b`tema soċjali u anke fuq droga.
Fir-rigward tal-priġunieri l-oħra, isir ħafna xogħol biex jinstabilhom xogħol qabel ma jiskontaw is-sentenza u għal dawk li ma jkollhomx fejn jabitaw isir ix-xogħol neċessarju biex jinstabilhom akkomodazzjoni xierqa. Jingħatalhom tagħrif fejn għandhom jirikkorru meta jkollhom kwalunkwe tip ta` problemi.
Diversi priġunieri jiġu riferuti lill-aġenziji Appoġġ u Sedqa biex jitkompla x-xogħol li jkun inbeda waqt li jkunu fil-Faċilita` speċjalment fejn ikun hemm problemi ta` tfal.
L-Aġenziji l-oħra li jipprovdu programmi ta` kura, speċjalment kontra d-drogi u l-alkoħol, kollha għandhom after care programme għal wara li persuna tispiċċa l-programm.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003) kemm kien hemm persuni li ffurmaw parti mill-SRT fil-ħabs? Kemm irċevew overtime u allowances l-istess membri ta' l-SRT matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin indikati, in-numru tal-membri ta` SRT u l-allowances u overtime li rċevew kienu kif jidher hawn taħt:-
Sena
Numru ta` persuni
Overtime
Allowances
1999
20
Lm28,816
Lm29,609
2000
23
Lm50,081
Lm34,453
2001
24
Lm59,727
Lm49,149
2002
24
Lm61,113
Lm41,538
2003
(Jan-Oct)
26
Lm36,033
Lm32,686
Dawn il-membri ta` l-SRT minbarra x-xogħol ta` sigurta`, jagħmlu ukoll xogħol f`diversi dipartimenti oħra bħal Debituri, il-Main Gate u l-Gate House.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' l-applikanta - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, peress li l-applikanta tallega li dan il-fond ġie mogħti lilha wara li l-inkwilini ta' qabilha kienu pprovduti b'post alternattiv minħabba l-kondizzjonijiet ħżiena ta' l-imsemmi fond? X'tama hemm li din l-applikanta tiġi allokata fond alternattiv fil-binja l-ġdida li qed tinbena fi Triq il-Kapuċċini, fil-Floriana li hija ppjanata li takkomoda lill-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna ndikata m’għandhiex applikazzjoni mad-Dipartiment.
Riferibbilment għall-orkestra nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid kemm saru rehearsals għall-kunċert tal-5 ta' Settembru u tal-21 ta' Settembru, 2003 għall-opra "othello", għall-opra il-"barbiere di Siviglia" u għall-kunċert tas-7 ta' Novembru, 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li r-rehearsal sessions saru kif ġej :-
Rehearsal Sessions Total ta' siegħat
5 ta' Settembru 7 20
21 ta' Settembru 9 26
Otello 10 32
Barbiere di Siviglia 13 37 (ippjanati)
Fis-7 ta' Novembru ma' kien hemm l-ebda kunċert.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' mużiċisti bħalissa fl-Orkestra Nazjonali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħal issa hemm vakanzi ta' kuntrabaxx, vjolonċell u flawt (minn Diċembru).
Inġiebu l-permessi meħtieġa u sejra toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond? Kemm għandha punti? Kif inħadmet is-sistema tal-punti vis-a-vis din l-applikanta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment.
Jista' il-Ministru jgħid x'ħareġ mill-inspection li għamlet il-health inspector fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li spezzjoni oħra reġgħet saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fis-7 ta' Novembru, 2003 fejn is-sitwazzjoni għada l-istess.
Id-Dipartiment ta' l-Artijiet kien ġie mgħarraf bil-problema u kellu jieħu passi min-naħa tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li tixtieq tibdel ma' post ieħor tal-gvern? X'tama hemm li l-applikanta tibdel ma' post ieħor tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikant li hu ġuvni u bi problema ta' mard jiġi allokat fond? Kemm għandu punti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Skejjel sekondarji — Studenti li għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti bniet u subien fi skejjel sekondarji f'Malta u Għawdex li fil-Form 3 għażlu l-lingwa Għarbija u l-lingwa Russa?
Jista' jestendi l-istess informazzjoni għall-istudenti tal-Forms 4 u 5 fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1985 li għamilt dwar ħruġ ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, fil-Mosta, jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni llum u x'ikkawża l-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.