Universita' ta' Malta — Studenti ta' nazzjonalita' barranija
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta f'din is-sena akkademika? Minn liema pjajiżi huma dawn l-istudenti u f'liema fakultajiet qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 1433.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut bil-liġi tal-possession and use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtara dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 2020 u Nru. 2031.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2086 u cioe' jgħid fejn waslet it-talba ta' armla b'erbat itfal - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - għal post alternattiv? Jista' jgħid jekk hijiex intitolata għal post tal-gvern minħabba li hi sit ta' dan l-istess fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li ilha tbati minnha għal dawn l-aħħar sentejn il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħlilhom id-drenaġġ fil-kamra tas-sodda fejn torqod tifla b'diżabilita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li sa minn Marzu 2001, wara li saru l-investigazzjonijiet u testijiet neċessarji mid-dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie stabbilit li l-main sewer fi Triq La Vallette, Vittoriosa kien difettuż.
Dan kien ukoll ikkonfermat b'CCTV test li sar mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Intbagħat avviż uffiċjali lid-Direttur tad-Dipartiment tad-Drenaġġ (SR\NU\11\01 u SR\NU\9\03) f'Marzu 2001, u sensiela ta' reminders f'Mejju 2001, Lulju 2001, Novembru 2001, Ottubru 2002, Jannar 2003, Awissu 2003, Ottubru 2003 u Novembru 2003, iżda ma jirriżultax li saru t-tiswijiet neċessarji mid-Dipartiment ikkonċernat.
Ikun opportun jekk l-Onorevoli interpellant jirreferi tali mistoqsija lil Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa mifhum li l-istatistika tal-GDP per capita fuq bażi tal-PPS se tiġi in line man-normi Ewropej?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Eurostat qegħdin jippjanaw illi jippubblikaw il-GDP per capita fuq bażi tal-PPS u skond in-normi Ewropej f’Diċembru li ġej.
Il-gvern qiegħed jikkontempla xi miżuri konkreti biex iżid il-female participation rate fl-ekonomija tal-pajjiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern diġa’ ħa passi konkreti biex tiżdied ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol, fosthom billi ħoloq qafas ġdid leġislattiv li jipprovdi diversi miżuri maħsuba biex tiżdied din il-parteċipazzjoni billi jgħinu lin-nisa jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u biex jeliminaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi. Il-Gvern ħa passi wkoll biex jirriforma s-sistema tat-taxxa biex inaqqas il-piż tat-taxxa fuq id-dħul fejn il-mara u r-raġel ikunu jaħdmu t-tnejn.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għad-dokument Gender Equality Action Plan 2003-2004, ippubblikat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, li jelenka diversi miżuri oħra maħsuba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kamp tax-xogħol.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jittieħdu biex jitwaqqfu aktar private public partnerships?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi ma hemmx pjani konkreti li immedjatament jitwaqqfu aktar “Private Public Partnership”. Is-suċċess li kiseb l-ewwel esperiment f’dan il qasam huwa awgurju tajjeb għall-futur ta’ din l-inizjattiva.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-eurostat taġġusta l-figuri tagħha tal-qgħad fuq bażi staġjonali, din ma tidhirx li hi l-prattika tal-NSO?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġustament ta’ statistika fuq bażi staġjonali hija prattika li għadha ma ġietx adottata mis-sistema tal-istatistika lokali.
Qiegħed isir studju sabiex jiġi stabbilit l-aħjar policy u metodu ta’ kif din tista’ tiddaħħal.
Niġbdu l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi hemm diverġenzi sostanzjali fost l-istatistiċi dwar il-ħsieb u l-metodu ta’ kif isiru dawn l-aġġustamenti.
Għaldaqstant din il-prattika mhux rekwiżit fis-sistema statistika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jintlaħqu t-targets tal-UE biex il-gender pay gaps jiġu eliminati għal kollox?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn studju li sar jirriżulta li n-nisa jirċievu erba minn ħamsa tad-dħul ta’ l-irġiel li jaħdmu f’xogħol simili. Din l-istatistika tikkumpara ma’ dik tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. It-targets ta’ l-Unjoni dwar il-gender pay gaps hi li dawn jonqsu bin-nofs f’kull Stat Membru sal-2010.
Minbarra li pprovda qafas leġislattiv li jipprovdi speċifikament li mpjegati fl-istess klassi ta’ impieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali, l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ mistennija tippubblika linji ta’ gwida biex tissensibiliżża l-impjegati, min iħaddem u l-unions dwar is-suġġett.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu eliminati l-mismatches u skill gaps fil-labour market ta' pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru is-sistema edukattiv ta' pajjiżna tinżamm aġġornata skond l-iżviluppi soċjo-ekonomiċi fil-pajjiż. Il-Kurrikulu Nazzjonali jindirizza il-kwestjoni imqanqla għall-livell ta' skola obbligatorja sa 16 il-sena. F'dan ir-rispett hemm proċess kontinwu ta' żvilupp. Qed titwettaq riforma sħiħa fil-qasam vokazzjonali u teknoloġiku sew bil-ħidma ta' l-ETC u bl-iżvilupp ta' l-MCAST. L-Universita' kibret u żviluppat bil-kbir fl-aħħar snin biex tissodisfa domanda għal nies kwalifikati. Dalwaqt nippublika l-abbozz ta' Strateġija Nazzjonali għal Tagħlim Tul il-Ħajja. Qed naħdmu għal rabta aħjar bejn id-dinja tax-xogħol u id-dinja tat-tagħlim u t-taħriġ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq probation u sentenza ta' ħabs sospiża llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Probation fil-preżent hemm 368 persuna fuq Ordni ta` Probation filwaqt li hemm 57 persuna b`Sentenza Sospiża b`Ordni ta` Superviżjoni. Hemm ukoll 30 persuna taħt Ordni Proviżjorja ta` Superviżjoni filwaqt li qed jinkitbu 40 rapport ta` qabel is-sentenza.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ħandikappati jaħdmu u jirreġistraw għax-xogħol illum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond tagħrif mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, in-numru ta' persuni ċertifikati bħala diżabili u li kienu qed jaħdmu fuq bażi full-time kien ta' 1,049. Filwaqt li kien hemm 307 persuni li huma ċertifikati b'xi forma ta' diżabilita' għax-xogħol u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti dwar nuqqas ta' indafa fl-iskola primarja ta' Marsascala? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskola titkabbar minħabba l-fatt li l-popolazzjoni ta' dan il-post qiegħed dejjem tkompli tikber?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ma waslulix ilmenti dwar nuqqas ta' ndafa fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.
Ninsab informat ukoll li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħdha tiffinalizza il-pjan għall-ħidma li jmiss fl-iskejjel ta' l-istat. Tweġiba tkun tista' tingħata meta dan il-pjan jiġi approvat.
Marsa — Skola San Ġużepp Ħaddiem - Tagħlim ta' woodwork
Question
wara li rċevejt diversi ilmenti mingħand studenti adulti li jattendu l-evening classes tal-woodwork ġewwa l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għall-ewwel darba dawn qed jiġu mitluba li jġibu magħhom il-materjal u mhux qed jiġi provdut lilhom mid-diviżjoni bħas-snin ta' qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 2344.
Diviżjoni ta' l-edukazzjoni — Korsijiet ta' fil-għaxija
Question
Jista' il-Ministru jgħid id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kemm tipprovdi korsijiet ta' fil-għaxija? X'inhu s-suġġett li qed jiġi mgħallem u fejn? Kemm qed jattendu studenti għal kull wieħed mill-korsijiet offruti u kemm hu l-ħlas? Jista' jista' jgħid ukoll jekk il-materjal li jkun meħtieġ jingħatax b'xejn jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jorganizza 114-il kors differenti.
Ta' min jgħid li l-korsijiet Electrical Installation Licence A u B, Electrical and Electronics Engineering Technical C&G 8030 Level 4, Electrical Motor Armature Winding, Advanced Technical Diploma in Mechanical Engineering C&G 2565, Engineering Skills C&G 1155, Telecommunication and Electronics Engineering C&G 2720 u Advanced Technician Diploma in Applied Information Technology C&G 7235 Level 4 minn din is-sena skolastika qed jiġu offruti mill-MCAST.
Il-korsijiet il-qosra, Computer Awareness, Cookery and Nutrition, Ju-Jitsu Self Defence, Flower Arranging, Ballroom Dancing, Sequence and Line Dancing, Beauty Care, Feep-Fit (Males and Females), Craft Course (Beading), Maltese Sign Language u Curtain Making jerġgħu jibdew fi Frar. Madwar 600 adult ieħor jattendu.
F'korsijiet li jinħtieġu l-prattika il-materjal jingħata biss lill-għalliem/a biex dawn juru il-metodu prattiku tax-xogħol lill-istudenti.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet.