Investment registration scheme — Reġistrazzjoni ta' fondi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati fondi taħt l-investment registration scheme li għalqet nhar il-15.11.03 u kemm ġew ripatrijati flus lura lejn pajjiżna taħt din l-iskema? Il-Ministru ma jħossx li għandu jagħti t-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ġaladarba dan it-tagħrif diġa' ingħata fl-IMF report on Malta ta' ftit xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-formoli li ġew sottomessi taħt l-Investment Registration Scheme li għalqet nhar il-15 ta' Novembru 2003 għadhom qiegħdin jiġu pproċessati u għaldaqstant il-Bank Ċentrali għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti l-figuri mitluba.
It-tagħrif sħiħ dwar l-iskema preċedenti ingħata waqt Seduta Nru 868 tal-11 ta' Frar 2003 fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38487.
Impjiegi — Persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni mill-ewwel parti tar-reġistru tad-disimpjieg din is-sena u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Settembru 2003 inqatgħu 575 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-575 persuna, 155 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 370 persuna rrifjutaw opportunita' ta' xogħol filwaqt li 50 persuna rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.
Billi issa Malta waslet biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex se jirrikonoxxi żwieġ bejn l-istess sessi li jkunu saru f'pajjiżi membri, għall-finijiet tat-taxxa tad-dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea m'hi se tbiddel xejn mis-sitwazzjoni tagħna llum.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ommijiet mhux miżżewġa llum f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.
Iżda ninsab infurmat li skond statistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar persuni li jirċievu l-Allowance għat-Tfal, in-numru ta’ ommijiet mhux miżżewġa li kienu qed jirċievu din l-Allowance f’Settembru 2003 kien ta’ 1,861.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families fuq ir-relief illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Iżda ninsab infurmat li hemm 1,194 ġenituri singli mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skond il-provedimenti tas-subartikolu 7 ta’ artikolu 30 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kem hawn familji li sal-lum għadhom ma ħadux iċ-children's allowance tax-xahar ta' Lulju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ applikanti li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom fil-ħin u setgħet tinħadmilhom u għadhom ma rċevewx l-Allowance tat-tfal għax-xahar ta’ Lulju 2003 huwa ta’ 767.
Barra dawn, hemm 798 li l-applikazzjoni tagħhom waslet f’Settembru u Ottubru kif ukoll 600 applikant ieħor li l-applikazzjoni tagħhom kellha tintbgħat lura fl-uffiċċju distrettwali u b’hekk ma setgħetx tinħadem.
Nies involuti fl-isport — Xiri ta' pilloli mingħajr riċetta tat-tabib
Question
Jista' il-Ministru jordna investigazzjoni dwar minn liema spiżjara u/jew spiżeriji qed jinbiegħu pilloli mingħajr riċetta tat-tabib lil dawk l-isportivi speċjalment bodybuilders li jridu jmorru aħjar fil-kompetizzjonijiet? Jaf li dan stqarrewh il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-bodybuilders u żewġ tobba waqt il-programm sportiv GRANDSTAND fuq il-PBS nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li investigazzjoni dwar l-allegat bejgħ ta' pilloli mingħajr riċetta tat-tabib minn spiżeriji, liema każ ġie riferut għalih waqt il-programm sportiv Grandstand, diġa' qegħda ssir minn uffiċjali tad-dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtara methadone s'issa din is-sena għall-użu ta' dwk li jixtiequ jieqfu mit-teħid ta' l-eroina u anke dawk li qegħdin fuq il-methadone maintenance programme? Kemm sewa flus?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s'issa inxtraw 20,160 flixkun Methadone ta' 500 millilitru kull wieħed għall-prezz ta' Lm34,106.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa din is-sena fl-importazzjoni ta' pilloli għad-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu l-importaturi rispettivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq ix-xiri (procurement) fuq pilloli u apparat mediku bejn l-ewwel ta' Jannar u l-31 t'Ottubru 2003 kienet ta Lm14,781,009.
L-importaturi tħallsu Lm13,312,441.64
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard marbut ma' l-ikel, jiġifieri mard tal-qalb, obeżita', eċċ., f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti ħjiel ta' l-etajiet tagħhom f'kategoriji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' mwiet bil-mard tal-qalb matul is-snin 2001 u 2002 kienu 925 u 956 rispettivament. In-numru ta' mwiet mill-obesita` matul is-snin 2001 u 2002 kienu 1 u 3 rispettivament. L-etajiet tal-persuni li kienu mietu huma indikati fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra.
L-ikel huwa wieħed mill-bosta fatturi li jikkawżaw dawn il-mard.
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm ħsara fil-filters ta' l -iskola FX Attard fil-Marsa? Jista' jgħid jekk din il-ħsara tolqotx periklu għall-istudenti u l-għalliema? Jista' jgħid ukoll jekk din l-iskola tbatix minn nuqqas ta' dawl jew vultaġġ adegwat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet numru 2385, 2387 u 2388.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' kotba li nkitbu minn uffiċjali għolja tal-MATSEC, li skond il-code of professional academic conduct, għandhom jagħmlu riċerka, kif ukoll jissottomettu rapport għall-performance bonus li fih iridu jgħidu x'pubblikazzjonijiet ikunu ħarġu? Jista' jgħid min kienu dawk li kitbu dawn il-kotba fil-perjodu bejn l-2000 u l-2003?
Jista' jgħid fl-istess perjodu liema kienu l-kotba fis-sillabu tal-Malti li ntgħażlu għal kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jinfurmani x'xogħlijiet ta' restawr saru fil-ġonna tal-Buskett minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn u kemm swew flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar xhur saru xi xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tal-Environmental Landscape Consortium. Dan ix-xogħol ma jiffurmax parti mill-kuntratt tax-xogħol li ngħata lill-Konsorzju, iżda l-ħaddiema tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet minflok tħallew jitlajjaw. Dan ix-xogħol sar fil-ħin normali tax-xogħol ta’ dawn l-istess ħaddiema. Bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet oħra fuq ħitan tas-sejjiegħ.
Separatament mill-ispejjeż ta’ l-overtime, benefiċċji u pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li marru mal-Konsorzju, jista’ d-Dipartiment jagħtini breakdown tal-flus li ntefqu s’issa mindu twaqqaf il-konsorzju ? Kemm minn dawn l-ispejjeż tħallsu ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż li tħallsu s' issa għal xogħol iċċertifikat lill-kuntrattur imqabbad mill-Gvern, iġifieri lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd, ilaħħqu Lm3,445,318 eskluż il-VAT.
Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 892 L-ispiża totali tinqasam kif ġej :
i. Manutenzjoni
Il ħlas għall-manutenzjoni isir fuq rata ta’ ‘
manday basis
’ li hija ‘
all inclusive
’, jiġifieri tinkludi pagi, salarji, ‘
bonuses
’, ‘
overtime
’ materjal, inġenji, tgħamir, spejjeż oħrajn (
overheads)
u qliegħ (
profit).
S’ issa tħallsu Lm 2,673,402 fuq manutenzjoni.
ii. Proġ
etti
Il-proġetti jitħallsu kemm a bażi ta’ materjal pprovdut, kif ukoll għall-pagi, salarji, ‘
bonuses
’ etc.
S’ issa tħallsu Lm 454,795.68 għal materjal pprovdut u Lm 317,120.32 għall-pagi.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi xjentifika li saret fil-laboratorji lokali u/jew esteri ta' dawn il-prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni agrikola li ntlaħaq fuq dawn il-prodotti partikolari fil-gżira ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lMinisteru għal Għawdex m'għandux ċertifikati ta' analiżi xjentifika li għalihom għamel referenza lOnorevoli Nterpellant.
X'upgrading sar minn Jannar ’l hawn fil-pitkalija ta' Għawdex u kemm sewa flus ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li filpitkalija ta' Għawdex ġiet installata Local Area Network bilgħan li ssistema Pitkali Markets Marketing System tkun tista' titħaddem direttament minn ġolPitkalija. Dan inNetwork ikopri wkoll ilBiċċerija u lCold Stores.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jippubblika l-pjanijiet tiegħu dwar ir-reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2756 f’Seduta Numru 58, ninfurmah li meta l-pjanijiet jiġu finaliżżati dwan ikunu pubblikati fil-mument opportun.