Legislature:
Category:
Reset
Active:

Armi liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati llum, x'tip huma u kemm hu n-numru ta' kull tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kaċċaturi li nqabdu jiksru l-liġi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi li kisru l-liġi din is-sena u x'għamlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2003, ittellgħu 175 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Persuni li ġew convicted of a criminal offence

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew convicted of a criminal offence din is-sena? Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-convictions u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm 3,103 persuna li nstabu ħatja ta` reati kriminali mill-Qorti. Dawn instabu ħatja tar-reati u ngħataw pieni kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2354 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jikkonferma l-Ministru li minn din is-sena skolastika l-iskejjel ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex in-numru ta' studenti fil-klassi jkun akbar u dan billi tnaqqsu n-numru ta' klassijiet, bħalma ġara fl-iskola primarja 'B' fiż-Żejtun u f'bosta skejjel oħra? X'inhi r-raġuni għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' studenti fil-klassi huwa, u dejjem kien, kif miftiehem bejn il-Gvern u l-Union ta' l-Għalliema fid-diversi 'Agreements' li saru bejniethom, jiġifieri tletin (30) student fil-klassijiet Primarji u l-ewwel sentejn ta' skola Sekondarja jew Junior Lyceum u ħamsa u għoxrin (25) student fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames klassi ta' l-iskejjel tas-settur sekondarju. In-numru ta' tfal fil-Kindergarten I huwa ta' (15) ħmistax-il tifel u tifla u fil-Kindergarten II huwa ta' għoxrin (20). Fl-iskola primarja ta' Żejtun 'B' in-numru ta' studenti fil-klassijet huwa ferm inqas minn numri imsemmija aktar il-fuq (Average: Year 4 - 23, Year 5 - 25 u Year 6 - 27).
Leg 10 PQ #2357 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Maria Assunta - staff room

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istaff room ta' Maria Assunta ġietx imkabbra jew le sabiex takkomoda lill-għalliema kollha, issa li dawk li kienu fl-iskola Adelaide Cini qegħdin f'Maria Assunta wkoll? Kemm hemm għalliema b'kollox fl-iskola Maria Assunta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Maria Assunta u Adelaide Cini hemm sitt (6) staff rooms b'kollox - ħamsa (5) f'Maria Assunta u waħda (1) f'Adelaide Cini. F'Maria Assunta hemm mija u tlett (103) għalliem, filwaqt li hemm sittax (16) il-għalliem li jużaw l-istaff rooms ta' Blokk A ta' l-iskola Adelaide Cini. It-total ta' għalliema fiż-żewġ skejjel huwa ta' mija u dsatax (119).
Leg 10 PQ #2358 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Maria Assunta - għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema fl-iskola Maria Assunta li qed jagħmlu xogħol ieħor flok dak ta' għalliema? Għalfejn qed jiġri dan u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema kollha fl-iskola Maria Assunta għandhom in-numru stipulat ta' lezzjonijiet skond is-suġġett tagħhom. Xi għalliema għandhom inqas lezzjonijiet mill-ammont stipulat minħabba n-natura tas-suġġett li jgħallmu. Hemm xi għalliema li jieħdu ħsieb it-Tuck Shop waqt il-ħin tal-break.
Leg 10 PQ #2359 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Maria Assunta/skola Adelaide Cini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien ix-xogħol li sar fl-iskola Maria Assunta matul is-sajf u kemm ġie jiswa b'mod separat? Jista' jagħti din l-informazzjoni għall-iskola Adelaide Cini f'każ li saru xi xogħlijiet fiha? Ġie deċiż ta' x'se jiġri mill-iskola Adelaide Cini wara li x-xogħol kollu jitlesta? Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol f'din l-iskola li għandha bini kkundannat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li għalih qed jirreferi l-Onor. Membru kien jikkonsisti f'xogħol ta' żebgħa, refurbishment ta' toilets, canteen, gymnasium, staff rooms, tiswija ta' aperturi, landscaping u qed jiġi refurbished il-Blokk tax-Xjenza. Ix-xogħolijiet għadhom qed jiġu ċertifikati u l-ammont minfuq jiġi stabbilit. Dwar l-iskola Adelaide Cini, deċiżjoni tittieħed meta jiġi approvat il-pjan ta' ħidma għall-iskejjel għas-snin li ġejjin.
Leg 10 PQ #2732 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija tal-Gvern — Għawdex

Question

X'upgrading sar minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn fil-Biċċerija ta' Għawdex u kemm sewa flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul din is­sena l­Biċċerija f'Għawdex ġiet modifikata billi ġiet imneħħija boiler room sabiex tkun tista' tiġi installata dehairing machine fl­istess spazju ta' l­imsemmi boiler. Ġiet mixtrija wkoll pressure washer ġdida. L­ispiża totali hija ta' Lm9883.
Leg 10 PQ #2733 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Laboratorji tal-farm esperimentali ta' Għawdex

Question

X'upgrading sar fil-labaratorji tal-farm esperimentali ta' Għawdex minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn? Kemm sewa flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil­farm sperimentali ta' Għawdex ma hemmx laboratorji.
Leg 10 PQ #2734 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tekniċi u uffiċjali Għawdxin — Biedja u Sajd - Taħriġ barra minn Malta

Question

Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin fis-settur tal-biedja u s-sajd li matul din is-sena siefru sabiex jitħarrġu aktar fuq l-oqsma varji tal-biedja u s-sajd u fuq liema oqsma partikolari tħarrġu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li tliet tekniċi u uffiċjali Għawdxin fis­settur tal­biedja u s­sajd siefru matul din is­sena sabiex jitħarrġu aktar fuq l­oqsma varji tal­biedja u s­sajd prinċiparjament fis­suġġetti ta': ­ Servizzi Veterinarji ­ Teknoloġija tal­Informatika
Leg 10 PQ #2735 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tekniċi u Uffiċjali Għawdxin

Question

Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' tekniċi u uffiċjali Għawdxin li attendew konferenzi, seminars u laqgħat f'Malta, Għawdex u f'pajjiżi stati membri ta' l-UE sabiex jaġġornaw mar-regoli tal-CAP?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul din is­sena kien hemm tliet tekniċi/uffiċjali Għawdxin li attendew seminar f'Malta sabiex jaġġornaw ruħhom mar­regoli tal­CAP, fil­qasam ta' l­Iżvilupp Rurali.
Leg 10 PQ #2736 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Għawdex matul Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Jista’ l-Ministru jestendi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'osservazzjonijiet tqanqlu u xiprogress ġie reġistrat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­produzzjoni tal­majjal f'Għawdex matul il­perijodu Jannar ­ Ottubru ta' din is­sena u fl­istess perijodi għal dawn l­aħħar ħames snin sena b'sena kienet ta': 2003 ­ 443.470 tunnellati 2002 ­ 452.745 tunnellai 2001 ­ 421.680 tunnellati 2000 ­ 362.875 tunnellati 1999 ­ 378.577 tunnellati 1998 ­ 447.692 tunnellati Fil­preżent jidher li hawn nuqqas ta' majjaliet fuq l­irziezet. Jidher ukoll li hemm mortalita' għolja fil­qżieqez iż­żgħar.

Rabat — Għajn Qajjed HE - Xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Blk D

Question

Jista' id-dipartiment tal-housing jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa ta' manutenzjoni fuq il-bejt ta' Blk D, Dr 4, Għajn Qajjed HE, Rabat? Peress li ninsabu resqin lejn ix-xitwa, jista' jagħmel dan immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjonijiet minn priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordina li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema lokalitajiet ġejjin u għal liema lokalitajiet qed juru preferenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu żewġ applikazzjonijiet minn persuni residenti fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin. Dawn l-applikanti ġejjin mill-Gzira u l-Ħamrun u t-tnejn urew preferenza għall-Belt.
Leg 10 PQ #2764 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Kalkara — Sqaq Marina - fond nru. 5

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet fir-rigward l-inkonvenjent fil-fond nru. 5, Sqaq Marina, nru. 2, Kalkara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li nvestigazzjonijiet fil-fond Numru 5, Sqaq Marina Numru 2, Kalkara għadhom għaddejjin. Għaldaqstant ninforma li saru diversi presses bil-kullur f'diversi fondi ta' mal-ġemb tal-fond referut. Dawn dejjem irriżultaw fin-negattiv. Ittieħdu wkoll diversi kampjuni ta' l-ilma li qed jinfiltra w rriżultaw bħala probabbli ilma tal-vit. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet infurmata bil-kitba dwar dan biex tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet minn naħa tagħha.

Awtorita' tad-djar — Postijiet bil-kera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha postijiet l-awtorita' tad-djar bil-kiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar tbiegħ l-appartamenti mibnija minnha waqt li l-kera ta’ appartamenti jsir mid-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali. L-Awtorita tad-Djar tgħin lil diversi Non Government Organisations billi tikri numru żgħir ta’ fondi lil dawn l-organiżżazzjonijiet sabiex nies b’diżabilita’mentali jew fiżika jiġu integrati lura fis-soċjeta’. Fondi oħra jiġu mikrija lill-NGOs oħra sabiex jintużaw bħala uffiċċini. Bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qiegħda tikri 48 fond f’diversi lokalitajiet ta’ Malta.

State aid monitoring board

Question

L-istate aid monitoring board jista' jgħid x'inhuma s-sectoral u ad hoc state aids bħala persentaġġ tal-GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa stmat li l-persentaġġ tas-sectoral u ad hoc state aids huwa ta' madwar 4%.