Legislature:
Category:
Reset
Active:

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm għandhom eta' u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-17 ta` Novembru 2003 in-numru ta` priġunieri fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 265. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2896 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-addolorata — Oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-addolorata u kemm hemm permessi għal oqbra ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hemm 16,000 qabar privat u 1,000 qabar fil-parti komuni. L-applikazzjoni li għamel id-Dipartiment għal estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hija għal 1,500 qabar ġdid.

Sigurta' soċjali — Persuni li jirċievu servizz ta' inkontinenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-servizz ta' inkontinenza, kemm għandhom eta' u minn liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk li jgawdu mis-servizz indikat jgħixu fid-diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Leg 10 PQ #2918 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Eżami għal Assistant Chief Printer

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif se tintgħażel il-karta ta' l-eżami li se ssir fl-iStamperija tal-Gvern għal Assistant Chief Printer? Minn min issir l-għażla ta' l -istess karta? Hemm lok għal dan il-post, meta l-istess stamperija trid tnaqqas l-ispejjeż u mhux iżżidhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-“Board” approvat mill-“Public Service Commission” ser jagħmel il-karta ta’ l-eżami għall-post ta’ “Assistant Chief Printer”. Il-karta tkun tikkonsisti f’mistoqsijiet tekniċi konnessi mad-doveri tal-post. Skond l-istruttura preżenti ta’ l-Istamperija tal-Gvern, il-post ta’ “Assistant Chief Printer” għad hemm bżonnu.

Liċenzja ta' bird trapping

Question

Huwa minnu li f'Għawdex ċertu persuni li ma kenux ħallsu l-liċenzja ta' bird trapping qegħdin jitħallew iħallsu din il-liċenzja b'lura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #2920 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa - impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li permezz tagħha ċertu persuna li ismu qed jintbagħat separatament, li x-xogħol tiegħu hu wieħed bir-roster ta' BBO, pero' jagħmel change of duties bl-addoċċ sabiex it-Tnejn u l-Ħamis qatt ma jkun xogħol peress illi għandu xogħol ieħor ta' pitkali, qiegħed ikun dejjem barra l-bini tal-health centre ta' Ħal Qormi oltre dak indikat? Jista' jgħid x'permess għandu u min tahulu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 2923. Hija policy tad-dipartiment li n-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer jagħmlu ftehim bejniethom (change of duty) sabiex kuljum ikun hemm dejjem wieħed preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Għalhekk change of duty issir wara li tiġi ikkonsidrata din il-policy u wara li jintalab permess ta' l-Awtorita konċernata, jiġifieri d-Deputy Nursing Manager in charge mill-lokal. Nursing Officer bħal kull impjegat ieħor jista' jagħmel xogħol privat li jrid basta dan isir barra l-ħin tax-xogħol u bil-permess tad-Diviżjoni.
Leg 10 PQ #2921 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa - impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-health centre ta' Ħal Qormi: a) is-securities huma kollha Qriema? b) Għalfejn hemm għaxar health assistants u nursing aides fir-reception?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa l-impjegati kollha jintbgħatu fil-post tax-xogħol tagħhom kif allokati mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Dan jinkludi lis-security officers. L-għaxar Health Assistants jew Nursing Aides imsemmija jaħdmu fuq roster u għalhekk qatt ma jkunu jaħdmu flimkien. In-numru minimu mal-ġurnata huwa ta' tliet impjegati u n-numru massimu huwa ta' ħamsa.
Leg 10 PQ #2922 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jkunx miftuħ għall-pubbliku nhar ta' Ħadd? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega x'inhi r-raġuni li permezz tagħha il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, dejjem jirrapportaw għax-xogħol meta fost il-ġimgħa ma tarhomx hemmhekk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi ma jkunx miftuħ nhar ta' Ħadd minħabba nuqqas ta' tobba. Dan sar wara ftehim li ntlaħaq bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-Union tat-tobba. Hija policy tad-Dipartiment li NOs u DNOs taċ-Ċentri tas-Saħħa li ma jiftħux il-Ħadd, jidħlu għax-xogħol fiċ-Ċentri rispettivi tagħhom. Huma jaħdmu skond ir-roster u għalhekk jidħlu meta jkun jmisshom biex jagħmlu x-xogħol amministrattiv li jkun akkumulat matul il-ġimgħa u biex jippjanaw ix-xogħol tal-ġimgħa li tkun ġejja.
Leg 10 PQ #2923 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa - Impjegata

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li permezz tagħha ċertu persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi u li x-xogħol tagħha hu dak ta' BBDOO, qatt ma tirrapporta għax-xogħol fil-grant ta' l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-Nursing Officer u Deputy Nursing Officer huma responsabbli Għat-tmexxija taċ-Ċentri tas-Saħħa. Minħabba li n-Nursing Officer jaħdem fuq BBO roster u d-Deputy Nursing Officer bil-BBDOO roster isr ftehim bejniethom (Change of Duty) sabiex kuljum ikun hemm dejjem wieħed preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Dan isir wara li jintalab permess ta' l-Awtorita konċernata.
Leg 10 PQ #2928 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Laqgħa ta' l-OSCE għall-esperti tal-pulizija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2683 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid jekk huwiex minnu li ħadd ma attenda minn naħa Maltija għal-laqgħa tal-OSCE għall-police experts?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minħabba impenji u prijoritajiet oħra il-Pulizija ma setgħetx tattendi għall-laqgħa tal-OSCE.

Qasam tal-biedja — Safeguard clause

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-safeguard clause li nnegozja l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u kif se jitħaddem u f'liema ċirkostanzi huwa maħsub li jitħaddem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-safeguard clause hija maħsuba biex f’ każ ta’ bżonn jittieħdu miżuri protettivi biex jissalvagwardjaw xi settur milqut ħażin minn importazzjoni. Biex titħaddem din is-safeguard clause, irid l-ewwel nett isir monitoraġġ tas-setturi l-aktar importanti u f’ każ li l-importazzjoni jkollha, jew ser ikollha, effetti negattivi li joħolqu żbilanċ qawwi fuq xi settur partikulari, il-Ministru javża lill-Kummissjoni Ewropeja, li wara ħamest ijiem hi obbligata tagħti deċiżjoni dwar liema miżura protettiva tista’ tittieħed biex tagħmel tajjeb għal xi impatt negattiv fuq xi settur.

Mellieħa — Applikazzjoni għall-bini ta' pompa tal-petrol

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-bini ta' pompa tal-petrol fil-Mellieħa ħdejn il-ground tal-football li saru ħafna protesti kontra tagħha mill-kunsill lokali, minn għaqdiet sportivi Mellieħin u mir-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-iżvilupp ta' Petrol Station fil-Mellieha ġiet approvata mill-Bord ta’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar fit-22 ta’ Frar 2001, u l-permess mibgħut fis-16 ta' April 2001. Sar appell minn terzi persuni kontra l-ħruġ tal-permess, li ġie miċħud mill-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar bid-deċiżjoni tas-26 ta' Settembru 2003, imma skond din l-istess deċiżjoni ġie ordnat il-ħruġ ta' permess ġdid biż-żieda ta' kundizzjoni ma dawk li ġew approvati mill-Awtorita’, li torbot l-applikant biex idaħħal applikazzjoni ġdida għal żieda ta' 'landscaping' madwar is-sit.
Leg 10 PQ #2931 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lasti tal-football

Question

Jista' il-Ministru jawtorizza lill-uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jivverifikaw f'liema skejjel għad hemm faċilitajiet sportivi fejn il-lasti tal-football m'humiex imwaħħlin ma' l-art, b'periklu għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' qed jittieħdu l-passi meħtieġa kif ġie rakkomandat fir-Rapport ta' l-Inkjesta konċernata.
Leg 10 PQ #2932 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti Maltin b'ġenitur ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tfal Maltin li wieħed mill-ġenituri tagħhom huwa barrani u qed jattendu l-iskejjel tal-gvern se jkunu mitluba jħallsu għas-servizz edukattiv pubbliku li qed jingħataw? Jista' jgħid għaliex irċevew ċirkolari dan l-aħħar titlobhom imorru d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma hemm l-ebda ħsieb li tfal maltin li wieħed mill-ġenituri tagħhom huwa barrani u li qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern jkunu mitluba jħallsu għas-servizz edukattiv. Il-formola li rċevew kienet biss parti minn eżerċizzju sabiex jiġu aġġornati r-rekords tad-Diviżjoni f'dan ir-rigward.

Voice of the Mediterranean

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean peress li dehru rapporti fil-ġurnali li hemm il-ħsieb li jagħlaq? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu miegħu?

Response (BORG, JOE)

Fit-tweġiba li għadni kemm tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2842, spjegajt kif żviluppaw iċ-ċirkostanzi li wasslu għad-deċiżjoni tal-Gvern Malti illi jtemm l-operazzjonijiet ta' l-istazzjon Voice of the Mediterranean b'effett mill-1 ta' Jannar 2004, u għalhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal dik it-tweġiba fir-rigward ta' l-ewwel parti ta' din il-Mistoqsija. Dwar it-tieni parti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma' l-istazzjon hemm jaħdmu tnax-il impjegat Malti full time, tnejn oħra part time, u erba' Libjani.

Mellieħa — Bini ta' pompa tal-petrol f'art pubblika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fiż-żmien li ġej id-dipartiment ta' l-artijiet japprova li art pubblika fil-Mellieħa tintuża biex fuqha tinbena pompa tal-petrol - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li qed jopponi għaliha l-kunsill lokali tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tikkunsidra jekk tiddisponix mill-proprjeta` li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll illi t-Taqsima taf li l-Awtorita` tal-Ambjent u tal-Ippjanar ħarġet permess biex tinbena pompa tal-petrol fuq l-istess art.
Leg 10 PQ #2935 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Linji ta' l-ajru Ewropej

Question

Fid-dawl tal-fatt li nhar it-12.06.03 il-kummissarju Ewropew Frits Bolkestein kiteb lis-segretarju Amerikan għall-Homeland security fejn esprima id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw linji ta' l-ajru Ewropej biex jiġu konformi mal-ħtieġijiet Amerikani dwar tagħrif konness ma' PNR data sabiex jiġu megħluba possibbiltajiet ta' theddid għall-qasam ta' l-avjazzjoni, fejn sussegwentement il-kummissarju Ewropew esprima l-fehma li hemm dubji kbar jekk dan il-qafas Amerikan imurx kontra l-ħtieġijiet legali Ewropej ta' ħarsien adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari artiklu 15 tad-direttiva Ewropea dwar data protection, kif ukoll artiklu 8 tal-EU charter of fundamental rights, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux jew ħax pożizzjoni dwar din l-issue għalkemm din sal-lum torbot lill-pajjiżi membri?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2269 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tad-diżimpjieg minħabba mard? Kemm minn dawk maqtugħa ġew maqtugħa għal xahar jew aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta persuna tfalli milli tirreġistra fl-Uffiċċju Distrettwali minħabba raġuni ta' saħħa hija tiġi mwaqqfa minn fuq ir-reġistru b'mod awtomatiku. Għaldaqstant il-persuna tkun trid terġa titla Ħal Far meta tkun tajba u tipproduċi ċertifikat mediku. F'dan il-każ il-Korporazzjoni terġa tirreġistra lil dik il-persuna fuq l-ewwel parti tar-reġistru u tingħata l-istess priorita' li kellha qabel.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpannijiet/entitajiet kummerċjali

Question

Jista' il-Ministru jelenka il-korporazzjonijiet, azjendi, kumpanniji jew entitajiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu? Kemm għandhom dejn kull wieħed, kemm għamlu dejn is-sena l-oħra u kemm hemm impjegati f'kull entita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.