Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew proposti bye-laws mill-kunsilli lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Kemm minnhom ġew aċċettati? Jista' jagħti dan ir-rendikont sena b'sena u kunsill b'kunsill?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għad trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jgħaddi l-art fejn illum hemm il-klabb tal-boċċi, f'Santa Venera, lill-istess klabb bl-istess sistema li ntużat ma' clubs oħra simili? Jekk dan ma jistax isir, jista' jagħti r-raġuni għaliex? In vista ta' l-investiment li qiegħed jipproponi dan il-klabb, tista' tingħata assigurazzjoni li l-art se tibqa' tintuża mill-istess klabb?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport kien diġa beda l-proċess amministrattiv biex il-klabb tal-boċċi ta' Santa Venera jiġi mgħoddi b'titolu lill-Kumitat ta' Tmexxija. Dan il-proċess kellu jieqaf minħabba li kien hemm oġġezzjoni mill-Awtorita ta' l-Ambjent u l-Ippjanar. Għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li l-Kunsill Malti għall-Isport iwaqqaf l-użu tal-faċilitajiet lill-klabb konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru internet kiosks s'issa? F'liema bliet saru? Kemm kien l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Internet Kiosks twaħħlu f'kull lokalita f'Malta u Għawdex bl-eċċezzjoni ta' l-Imtarfa u Haz-Zabbar li mistennija jitwaħħlu fi żmien qasir.
Rigward l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella għax-xahar ta' Ottubru qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra filwaqt li t-tabella bl-informazzjoni għax xhur l-oħra qegħda tkun ippreparata u se tkun mgħoddija f'xi seduta oħra. Il-ġbir ta' din l-informazzjoni huwa proċedura twila peress li jrid jinħadem rapport għal kull webphone għal kull xahar.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Santa Venera mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jijrrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta dan isir.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Qormi mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jirrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta dan isir.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Luqa mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ix-xogħol meħtieġ biex jiġi kompilat it-tagħrif mitlub għal dawn l-aħħar sebgħa snin jirrikjedi ċertu żmien, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-produzzjoni tas-siġar tal-frott li tkabbru fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni din is-sena?
Kemm minn dawn tqassmu u/jew inbiegħu lill-bdiewa?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi l-produzzjoni ta’ siġar tal-frott li tkabbru fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti matul is-snin 1999 sa 2003 :
Sena
Total
2003
29,070
2002
19,787
2001
14,870
2000
12,527
1999
900
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar fiċ-ċentru tal-kmand matul din is-sena u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-investiment kapitali li sar matul is-sena 2003 fiċ-Ċentru tal-Bijoteknologija tal-Pjanti huwa:
Microbiological safety cabinet Lm 3,144.00
Irrigation system Lm 500.00
Computer u printer Lm 650.00
Fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni kemm tkabbar xitel u ngħata l-bdiewa din is-sena sabiex ikabbru fuq l-uċuħ tar-raba u fis-serer tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi kemm minn dak li tkabbar fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti ġew ittrasferiti lill-Mixtla ta’ San Vincenz (SVDPN) biex jinbiegħu minn hemm u kemm inbiegħu oħrajn direttament lil bdiewa mill-istess Ċentru, jew mill-istand tal-Ministeru waqt il-fiera tal-Home and Garden Centre u l-International Trade Fair.
Sena
SVDPN
Oħ
rajn
Total
2003
28,244
826
29,070
2002
19,109
678
19,787
2001
9,660
4,310
14,870
2000
10,481
2,046
12,527
1999
700
200
900
Bdiewa — Analisi xjentifiċi tal-ħamrija u ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li matul din is-sena saritilhom l-analisi xjentifika tal-livelli tal-ħamrija u ta' l-ilma? Minn liema lokali huma dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ittieħdu 881 kampjun ta’ ħamrija li fuqhom saru 4,732 analiżi. Matul l-istess perjodu ittieħdu 184 kampjun ta’ ilma li fuqhom saru 782 analiżi. Dawn il-kampjuni ttieħdu minn diversi lokalitajiet f’ Malta u Għawdex.
Jogħġbu l-Ministru jitfa' dawl fuq jekk Malta hijiex jew le eliġibbli għal xi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tramite xi fond partikolari biex itaffi xi spejjeż tad-detenzjoni ta' l-immigranti llegali f'Malta? Jekk iva, saret xi talba f'dan is-sens?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm s`issa għad m`hemmx fondi mill-Unjoni Ewropea biex jittaffew l-ispejjeż għad-detenzjoni ta` l-immigranti illegali, jidher li hemm diskussjonijiet interni fl-Ewropa fuq dan il-punt.
Barra minn hekk, Malta diġa` ressqet it-talba tagħha għall-fondi mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati biex ittaffi l-ispejjeż ta` persuni vulnerabbli, bħal tfal minorenni li jinsabu waħedhom kif ukoll ta` persuni li qegħdin diġa`a` jgawdu stat ta` refuġjat jew umanitarju taħt il-misura ta` integrazzjoni.
Tas-Sliema — Kumitat konġunt - ħlas ta' ċitazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm ħarġu ittri bl-avukat li jitolbu ħlasijiet ta' ċitazzjonijiet għan-nom tal-kumitat konġunt ta' Tas-Sliema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat Konġunt ta` Tas-Sliema ħareġ 6,081 ittra bl-avukat li jitolbu ħlasijiet ta` ċitazzjonijiet li ingħataw matul il-perijodu mill-1 ta` Marzu 2000 sal-31 ta` Ottubru 2002 u għadhom ma tħallsux.
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tas-sinjali u tabelli fit-toroq kif ukoll minn street furniture ieħor bħal bollards, cats eyes u dwal fuq zebra crossings?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-responsabilta għas-sinjali, tabelli u street furniture oħra msemmija mill-Onor. Interpellant hija ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport f'każ ta' toroq arterjali u distributorji, l-MSD f'każ ta' toroq f'żoni ndustrijali li jappartjenu lill-Gvern, fil-waqt illi l-Kunsill Lokali huwa responsabli għall-istess affarijiet imsemmija fit-toroq l-oħra tal-pajjiż.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-postijiet fejn hemm traffic lights u pelican lights imwaħħlin f'Malta u Għawdex? Kemm-il talba hemm pendenti għat-twaħħil ta' traffic lights u pelican lights u f'liema lokalita'? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi biex jiġi aċċertat li jaħdmu tajjeb peress li ħsara fihom tfisser periklu kbir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
L-Awtorita' dwar it-Trasport hija responsabbli mill-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi u x-xogħol ta' manutenzjoni isir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fuq ordni ta' l-ADT.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minn package 2 tat-tender Integrated solid waste management project?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Package 2A ta' l-offerta Integrated Solid Waste Management Project ġie maqsum fi tnejn biex issir distinzjoni bejn dawk il-proġetti li ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-oħrajn li ser isiru minn fondi pubbliċi.
Il-proġetti li mhux ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea jinkludu l-operat ta' l-Engineered Landfills u t-Transfer Station, kif ukoll il-ħażna u l-immaniġġjar ta' l-iskart perikoluż. Offerti mill-konsorzju li ġew short-listed għal dawn il-proġetti qegħdin jiġu evalwati.
Sadanittant, inbena l-proċess biex jiġu preparati d-dokumenti meħtieġa għall-iżvilupp tal-proġetti li huma eliġibli għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħda tingħata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex korrett ġaladarba din il-persuna lanqas baqgħet tagħmel xogħol part-time mis-16 ta' Ottubru, 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi gradi ta' impjegati hemm nieqsa fir-residenza San Vinċenz de Paule u fi djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz u fid-Djar ta’ l-Anzjani hemm vakanzi fil-grad ta’ deputy nursing officer, enrolled nurse u engineer u li d-Dipartiment konċernat qed jieħu l-passi biex jimla dawn il-vakanzi.