Legislature:
Category:
Reset
Active:

Razzett

Question

B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Viċi Prim Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-razzett in kwistjoni mhux tal-Gvern u l-anqas m'hemm xi talba għal esproprju għand it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern sabiex tkun tista' ssir it-triq. Peress li t-toroq jaqaw taħt ir-responsabbilita' tal-Awtorita' dwar it-Trasport, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.

Gzira — Problema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema regolari u ta' spiss tad-drenaġġ fix-xatt li jagħti mill-Ferries sal-Gżira?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa investigat din il-problema u qed tieħu passi biex tibdel rising main mill-Gżira Pumping Station tant li xogħol fuqu nbeda u bħalissa qed isir f'Rue D'Argens, Msida u fit-telgħa ta' G'Mangia.

Buses bejn l-ajruport u ċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konkorrenza kien hemm sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija għall-buses bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa? Kemm saru vjaġġi sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija? Huwa minnu li ħafna mill-buses lanqas kellhom spazju biex iġorru l-valiġġji?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi ix-shuttle tat-trasport pubbliku bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa qed jiġi operat taħt arranġament speċifiku bejn il-Gozo Channel Ltd. u min qed jipprovdi dan is-servizz tat-trasport. Qed tiġi mitlub biex jekk jogħogbok issaqsi din il -mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #27210 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Enforcement section

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-premises ġodda tal-Malta Tourism Authority f'Valley Road, Msida għall-enforcement sectionli kien hemm fi Spinola Palace, San Ġiljan humiex attrezzati biex jilqgħu nies bi bżonnijiet speċjali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħda f'diskussjoni u konsultazzjoni mal-MEPA u mall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' sabiex il-premises il-ġodda għall-enforcement section ikunu attrezzati biex jilqgħu nies bi bżonnijiet speċjali.
Leg 10 PQ #27211 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Benghazi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jkun hemm konsulat li qed jopera fuq bażi regolari f'Benghazi kif oriġinarjament ġie mwiegħed lill-awtoritajiet Libjani? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li għalissa qed isiru biss arranġamenti temporanji minn staff ta' l-ambaxxata Maltija fi Tripli li jitilgħu Benghazi għal ta' l-apposta, fosthom personnel mhux Malti? Ma jaħsibx li dan qed joħloq dewmien u burokrazija żejda fil-ħruġ ta' visas għal ħafna nies f'Benghazi li jkunu jridu jużaw is-servizzi ta' l-Air Malta lejn Malta u 'lil hinn minnha?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Bi ftehim ma' l-Air Malta, l-aġenti tagħhom u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja jinfetaħ uffiċċju f'Benghażi biex jilqa applikazzjonijiet għal visas. Bhallissa mill-Ambaxxata fi Tripli qed jigi provdut servizz f'Benghazi stess li jaqdi sew il-bżonnijiet tal-vjaġġaturi għal Malta li jixtiequ japplikaw għall-visa. Issa għall-ewwel darba applikanti minn Benghazi jistgħu jinqdew direttament mingħajr il-ħtieġa li jmorru fi Tripli. Dan hu żvilupp ġdid u importanti.
Leg 10 PQ #27232 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji liċenzjati bħala host families li diġa' ngħataw il-kontribuzzjoni lura? Kemm tħallsu lura? Kemm fadal familji li jridu jitħallsu l-kontribuzzjoni lura? X'somma fadal titħallas? Id-deċiżjoni li tinħafer il-kontribuzzjoni hija din is-sena biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26071 Sitting 552 2007-07-17 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Tista' tgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet inqas minn dik ta’ sena ilu fuq l-istess perijodu b’ammont ta’ Lm39,626.80. L-Onorevoli Nterpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ‘l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hija fin-negattiv.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Tista' tgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007. L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ’l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Leg 10 PQ #26075 Sitting 552 2007-07-17 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Apparat energy saving

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma ntefaq xejn fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. Pero' nixtieq inżid li fis-sena 2006 ġew installati photovoltaic panels sabiex jipprovdu l-elettriku fil-blokk amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex.

Verdala — Bormla - Bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' l-iskola Verdala Bormla u jekk hux mexjin skond il-programm inizjali? Meta jaħseb li din l-iskola tibda tilqa' fiha l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni beda u x-xogħol għaddej kif pjanat. L-iskola pjanata li tilqa' fiha l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.

Local Business Development Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' personnel u xi grad għandhom, li huma responsabbli minn dan il-unit? Jista' jgħid ukoll x'inhu t-terms of reference ta' dan il-unit u liema huma dawk il-kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabilita' diretta ta' dan il-unit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Local Business Development Unit fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqaf uffiċjalment fid-19 ta’ Jannar 2007. Dan il-Unit huwa magħmul minn tnejn min-nies, wieħed fil-pożizzjoni ta’ Head u oħra fil-pożizzjoni ta’ Executive. It-terms of reference ta' dan il-Unit huwa li jieħdu ħsieb u jagħtu servizz ta’ Client Relationship Management lill-iktar 37 kumpannija importanti tal-manifattura li joperaw minn pajjizna.

Eviction orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm eviction orders kontra kumpanniji? F'liema qasam industrijali qegħdin u f'liema settur joperaw? Jista' jgħid hekk humiex foreign owned jew lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks Limited għandha 12-il eviction order fis-seħħ kontra Kumpaniji li joperaw minn fabbriki amministrati minnha mferrxin ma' l-oqsma industrijali kollha. L-attivita' ta' dawn il-Kumpaniji hija diversa. L-eviction orders pendenti huma tas-sidien Maltin.

Malta Enterprise — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskemi tal-Malta Enterprise għal Għawdex a) Aid Grant Scheme b) Employment Aid Grant Scheme? Meta ġew varati u x'kien l-interess fihom mill-intrapriżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kopja ta’ l-iskemi imsemmija jinstabu fil-Public Domain sewwa sew fuq il-website tal-Malta Enterprise. Dawn ġew varati bid-data effettiva ta’ l-ewwel ta’ Jannar ta’ 2007. Ghall-iskema ta’ l-investiment kien hemm interess mill-enterprisi li huma eleġibli taht il-BPA. Wieħed irid jinnota illi dawn l-iskemi huma inċentivi għall-impieg ta’ ħamsa jew izjed. La darba interpriżi jilħqu dan l-iskop, jkunu jisgħu japplikaw. L-ewwel applikazzjonijiet jistgħu jiġu imresqa fl-ewwel ta’ Lulju.

Cottage Industry Rules

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Cottage Industry Rules hekk kif kienu emendati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-emendi proposti għadhom qed ikunu diskussi. Meta dawn ikunu lesti jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern u jitqiegħdu fuq il-Mejda bħal kull Avviz Legali ieħor.