Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Santa Venera mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret sabiex ikun magħruf il-livell ta' l-iġjene li qed jinżammu l-kaxxi tad-dugħ?
X'kienu r-riżultati u/jew ir-rakkomandazzjonijiet li saru minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li meta jinstabu kaxxi maħmuġa fil-pitkalija dawn jintbagħtu lura biex jinħaslu sew fil-Pitkali Crates Centre.
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar u qed jissokta fil-Pitkalija Ċentrali ta' Ta' Qali minn April 'il hawn? Kemm se jiswa flus u meta se jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 2718.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati jew ordnati minn barra siġar tal-frott matul din is-sena? Kemm jammontaw l-ispejjeż ta' dawn is-siġar importati u/jew l-ordnijiet tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din is-sena mhux se jiġu ordnati siġar tal-frott minn barra għaliex il-produzzjoni lokali mistennija li tkun biżżejjed sabiex taqdi l-ħtiġijiet.
L-informazzjoni għas-snin 1999 / 2002 hija kif tidher fit-tabella t' hawn taħt:
Sena
Nru ta sigar tal-frott ordnati minn barra
Valur (Lm)
1999
3,850
5,775
2000
6,700
10,300
2001
9,010
13,515
2002
7,120
10,688
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux manutenzjonijiet mid-dipartiment tal-biedja jew mid-dipartiment ta' l-ambjent fuq imtieħen ta' l-ilma matul din is-sena?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura (u d-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) fuq imtieħen ta' l-ilma matul is-snin 1999 sa 2003.
B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur, kif jispjega l-fatt li l-ministeru beda jħallas is-sussidju fuq il-pizz tat-tjur ħajjin u f'daqqa waħda beda jħallas u/jew se jibda jħallas fuq il-pizz tat-tjur mejta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li s-somma taħt l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) għas-sussidju tat-tjur ġiet utilizzata qabel it-tnax il-xahar, ġie deċiż li għas-sena li ġejja il-ħlas jibda jsir fuq il-piż mejjet. B’ hekk wieħed jassigura li dan is-sussidju jinfirex fuq aktar produtturi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa ikla kuljum fid-djar ta' l -anzjani tal-gvern għal kull anzjan/a?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ikel għal kull persuna fid-Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern jiswa madwar Lm2.30 kuljum. Dan l-ammont jinkludi l-breakfast, u l-ikla ta’ nofsinhar u filgħaxija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa lill-gvern anzjan/a residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li persuna residenti f’xi waħda mid-djar għall-anzjani mmexxija mill-Gvern, fl-2002 kienet tiswa madwar Lm11 kuljum. Ir-rata għas-sena kurrenti tinħadem wara li tingħalaq is-sena finanzjarja.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l -Informazzjoni — Ħaddiema bil-kuntratt
Question
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2628 u 2740, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 2743 u cioe' jista' jgħid kemm hemm ħaddiema taż-żewġ tarznari li huma preżentement mislufa lill-:- a) ministeri; b) dipartimenti tal-gvern; c) kumpanniji parastatali; d) awtoritajiet?
Jista' jagħti breakdown ta' dan b'riferenza għall-grades li għandhom? Kemm minnhom jagħmlu parti mid-900 impjegat li mhux se jibqgħu fuq il-kotba tat-tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Power Station tal-Marsa — Pollution emission report
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 2711 u cioe' jista' jgħid jekk f'dawn l-aħħar snin sarx xi pollution emission report dwar il-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra u/jew għall-inqas jippubblika executive summary tal-konklużjonijiet tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li f'Marzu ta' l-2003 sar rapport kif rikjest mir-Regolamenti dwar 'Integrated Pollution Prevention and Control', u mgħoddi lil MEPA.
Is-Sezzjoni tar-rapport li tittratta dwar il-Power Station tal-Marsa qed titqiegħed fuq il-mejda.
Persuna bi bżonnijiet speċjali — Dħul fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna bi bżonnijiet speċjali li isimha u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma ġietx aċċettata fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa wara li spiċċat mil-iskola San Michele ta' St. Andrews? Jista' jara li din il-eprsuna tiġi ammessa mmedjatament billi qegħda taqa' lura u għandha bżonn urġenti ta' għajnuna ndividwali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dawk il-persuni b’diżabilita’ li spiċċaw mill-iskola jibdew jattendu ċ-Ċentri għal Matul il-Jum.
Dan japplika għall-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2647 u cioe' jista' jgħid liema fabbriki (bl-isem) għadhom qed jistennew li jingħataw t-training grants għas-sena 2001?
Jista' jagħti l-figuri pagabbli għal kull azjenda u meta jaħseb li se jitħallas kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li jkun korrett wieħed jiżvela il-figuri fabbrika fabbrika li diġa' issemmew fit-tweġiba għal Mistoqsija Numru 2647. Informat ukoll li l-azjendi kollha jiġu mħallsa la darba l-Malta Development Corporation tgħaddi l-fondi neċessarji lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaldaqstant il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma hix f'pożizzjoni li tgħid meta dawn l-azjendi ser jitħallsu.
Enemalta — Residenza li qed issofri ħsarat fis-sistema elettrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq ir-rapport dwar ħsarat minħabba surge fid-dawl tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-każ ta' surge fir-residenza li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament qed jiġi mistħarreġ u għandu jiġi konkluż fi żmien qasir.