Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2457 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Periti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' periti li ħadmu għall-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada fuq il-programmi tat-titjib fl-aċċessibilita', ta' l-ispazji rikreattivi u l-ischool audits u jgħid kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ minn Mejju 2001 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

FTS — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument li jawtorizza liċ-chairman tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, biex ikun jista' jagħti direct orders sa Lm2,500?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għoti ta' Direct Orders, anke fejn tidħol il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, huwa regolat mill-Avviż Legali Nru 70 ta' l-1996, li jistabbilixxi kif għandhom isiru l-akkwisti fis-Servizz Pubbliku.
Leg 10 PQ #2459 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Ġwann — Skola Madonna tal-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stat hu s-saqaf tas-sala ta' l-iskola Madonna tal-Mensija f'San Ġwann u jagħti garanzija li m'hemmx periklu jekk din tintuża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li is-saqaf tas-sala kien fiħ xi tfaqqieħ ta' konkosu li ġie ċċertifikat minn Structural Engineer fis-26 ta' Settembru 2003. L-Inġinier reġa' eżamina is-saqaf imnaddaf mit-tfaqqieħ tal-konkos u kkonferma fit-13 ta' Ottubru li ma kienx hemm għalfejn jinbidel is-saqaf. Xogħolijiet ta' tiswija ser isiru mill-Maintenance Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Gżira — Triq Upper St. Albert - xogħlijiet mill-Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ħofra li saret tliet ġimgħat ilu waqt xogħlijiet fi Triq Upper St. Albert (in-naħa ta' Taljana lane) fil-Gżira in konnessjoni ma' servizzi tal-Maltacom, baqgħet miftuħa sal-lum b'periklu għall-pubbliku in ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Abbużi minn impjegat

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga r-rapporti li waslu għandi dwar il-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li b'mod regolari llegalment qegħda toħroġ laħmijiet u l-gazzetti ta' kuljum b'mod regolari? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu sabiex dan l-abbuż jieqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-rapport qed jiġi nvestigat. Naċċerta lill-Onorevoli Membru li jekk jinstab li sar xi abbuż jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-impjegat skond il-Ftehim Kollettiv.

Produzzjoni tat-tjur — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur u dikjarazzjonijiet tal-gvern li l-bdiewa se jkunu sussidjati kemm hemm bżonn mill-Gvern Malti u/jew mill-Unjoni Ewropea u li se jkollhom swieq ta' Lm500 miljun, jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-gvern li flus għas-sussidji spiċċaw diġa' u li l-produzzjoni lokali tat-tjur hija limitata biss għal suq ta' 400,000 konsumatur u mhux ta' 500 miljun konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fin-nuqqas tiegħu li jattendi il-laqgħat tal-MEUSAC jidher li ma fehmx l-oġġetiv ta' l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) li ġiet addottata biss għal Malta biex tgħin lill-produttur Malti jaġġusta għas-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja . Is-sussidji qegħdin hemm biex jgħinu fiż-żmien ta’ aġġustament u mhux biex joħolqu żbilanċ fis-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja. Għalhekk ma nistax mifhem għal liema sussidji qed jirreferi li ‘spiċċaw’. Fil-każ tat-tjur,is-sussidju kien fuq 7,000 tunnellata, hekk kif stabbilit ma’ l-Unjoni Ewropeja, u ġaladarba ngħata dak is-sussidju, il-Gvern ma jistax jagħti aktar sussidju li jaqbeż dak stipulat.

Tarznari — Sezzjoni ta' l-armar

Question

B'riferenza għall-ftehim milħuq mat-tarznari, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mis-sezzjoni ta' l-armar tneħħew ħaddiema taħt l-40 sena u tħallew oħrajn li ma jarmawx u oħrajn li ma jitilgħux fil-għoli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Medigrain

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2111 li oriġinarjament saret lill-Ministeru gaħt-Teknoloġija ta' l-Inforamzzjoni u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jassigura lill-Kamra u lill-poplu fid-dawl tal-fatt li l-gvern iddeċieda li jagħlaq il-Medigrain, il-prezzijiet tas-sorsi li storikament importat mhux se jogħlew b'riżultat ta' din id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant, jifhem li l-għeluq tal-kumpannija Medigrain fih inniffsu m’ghandux ikollu xi impatt partikulari fuq il-prezzijiet.

Provvista ta' l-ikel — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1990 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjoanlista li jagħlaq il-kumpannija tal-poplu Medigrain, jista' il-Ministru jinformani jekk hux se jkunu garantiti lill-poplu Malti u Għawdxi s-sussidji meħtieġa minn żmien għal żmien sabiex il-provvisti ta' l-ikel essenzjali bħal ħobż u dqiq u ikel tat-tjur u l-bhejjem jibqa' ikollhom prezzijiet li jifilħu għalihom il-bwiet tal-familji tal-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.

Qmuħ u ċereali — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1987 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għad-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kumpannija Medigrain, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra kif l-importazzjoni tal-qmuħ u ċereali f'pajjiżna se tibqa' tkun waħda kompetittiva fix-xhur u fis-snin li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li l-mistoqsija tirrigwardja l-kumpannija Medigrain, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment.

Djar ta' l-anzjani — Ikel tal-pazjenti

Question

Jistaż il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jiġi provdut l-ikel fid-djar tal-gvern ta' l-anzjani, mill-istess gvern jew mill-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ikel fid-djar għall-anzjani tal-Furjana u l-Imtarfa jiġi mħejji mill-impjegati f’dawn id-djar stess. L-ikel għad-djar tal-Mosta, Msida u l-Gżira jiġi fornut minn kuntrattur privat.

Sigurta' soċjali — Persuni li qed jistennew li jgħaddu board

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin jistennew li jgħaddu board u kemm għandhom eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-bord mediku konness mal-Pensjoni għall-Invalidita’ mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ninsab infurmat li hemm 205 persuna tistenna biex tersaq quddiem dan il-bord. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Toroq — Xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali li jridu jingħataw it-tarmac fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, il-Gudja u Sta. Luċija?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'nżid mar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 691.

Kunsilli lokali — Talba għal twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm talbiet mill-kunsilli lokali ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja biex isiru bozoz ġodda fil-lokalita' tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta ta' twaħħil ta' lampi ġodda ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali.

Enemalta — Twaħħil ta' bozoz ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fihom twaħħlu bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja?

Response (GATT, AUSTIN)

It-toroq li fihom twaħħlu bozoz ġodda fl-irħula msemmija f'dawn l-aħħar tliet snin huma dawk murija fid-dokument anness li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minnhekk ninforma lill-Onorevoli Membru illi it-tidwil tat-toroq fil-lokalitajiet msemmija ġie delegat lill-Kunsilli Lokali rispettivi f'Marzu ta l-2003.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni quddiem l-awtorita' tad-djar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna ndikata għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-Taqsima tal-Customer Care.
Leg 10 PQ #2987 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bibljoteka Nazzjonali — Xogħol ta' microfilming

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol ta' microfilming sar fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, fuq materjal miżmum fil-Bibljoteka Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta’ microfilming li sar fl-aħħar tliet snin fuq materjal miżmum fil-Bibljoteka hu kif ġej: 2000 Sar xoghol ta’ microfilming tal-manuskritti tal-Bibljoteka (mhux ta’l l-Arkivju) b’numru ta’ 48,000 frame. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-gazzetti lokali b’total ta’ 11,600 frame. Kien hemm ukoll ordnijiet mill-pubbliku ta’ kopji minn manuskritti jew kotba rari jew imqattgħin li ma setgħux isiru fotokopji minnhom. Dawn ammontaw għal 8,200 frame. B’hekk it-total laħaq 67,800 frame ta’ microfilm. F’din is-sena wkoll, il- Gazzetta tal-Gvern u l-ewwel 19-il volum tal-manuskritti tal-Bibljoteka ġew ikkupjati fuq films pożittivi biex ikunu jistgħu jiġu użati mill-pubbliku. Sar ukoll xogħol ta’ ċċekkjar tal- films negattivi u pożittivi tal-Arkivju ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Dan l-eżerċizzju kien neċessarju biex niżguraw li l- films li kienu saru fis-snin disgħin kienu baqgħu ċari u li jistgħu jinqraw mill-pubbliku. 2001 Matul din is-sena, saru 68,250 frame ta’ microfilm minn manuskritti u gazzetti kif ukoll ordnijiet għall-pubbliku li ammonta ghal 38,820 frame. Dan ta’ l-aħħar kien jinkludi 33 manuskritt tal-Bibljoteka bl-Għarbi li ammontaw għal 7355 frame u li saru għall-Bibljoteka Alexandrina li ġiet inawgurata f’Lixandra fl-Eġittu dik is-sena. Barra minn hekk, saru 24,050 frame mill-Gazzetta tal-Gvern u 94,250 frame ta’ manuskritti tal-Bibljoteka li ġew ikkupjati fuq films pożittivi. B’kollox ix-xoghol ammonta ghal 195,370 frame. Tkompla wkoll l-iċċekkjar tal-films pożittivi u negattivi ta’ l-Arkivju ta’ l-Ordni. 2002 It-total ta’ frames li saru din is-sena kien ta’ 50,139. Dan kien jinkludi manuskritti tal-Bibljoteka, melitensia jew kotba rari kif ukoll manuskritti ta’ l-Arkivju ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann li għal xi raġuni jew oħra kienu nqabżu l-ewwel darba u li ntbagħtu l-Hill Monastic Manuscript Library ta’ Minnesota fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, baqa’ sejjer ix-xogħol ta’ ċċekkjar u labelling tal-films pożittivi u negattivi ta’ l-Arkivju.

Bibljoteka Nazzjonali — Xogħol miċ-ċentru tar-restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar miċ-Ċentru tar-restawr bħala servizz lill-Bibljoteka Nazzjonali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li xogħol fuq ir-restawr għall-Bibljoteka Nazzjonali isir ħafna drabi mill-istess grupp ta’ nies, kemm ġewwa l-laboratorji taċ-Ċentru tar-Restawr, kif ukoll fil-Bibljoteka nnifisha skond il-ħitiġjiet tal kotba, manuskritti u manufatti oħra. Ix-xogħol ta’ restawr li sar fl-aħħar tliet snin fuq il-manuskritti u l-kotba li hemm fil-Bibljoteka Nazzjonali huwa kif jidher hawn taħt :- 2000 Restawr ta’ 36 volum u 4 manuskritti. Proġett Sajf 2000: Flimkien ma 12-il student universitarju sar tindif ta’ kotba u manuskritti fil-Melitensia l-Qadima, Magistrate Parnis Collection Bequest u kotba fis-sala prinċipali. Madwar 12,200 ktieb gew imnaddfa f’dan l-eżerċizzju. 2001 Ġew restawrati 94 ktieb, 13-il manuskritt u 10 kotba tal-Melitensia. Xogħol ieħor jinkludi tindif, support u framing ta’ portraits ta’ 28 Gran Mastru. Saret tiswija u restawr ta’ kotba tal-Melitensia u ta’ gazzetti fl-Emeroteka tal-Bibljoteka Nazzjonali. 2002/2003 Ġew restawrati 8 manuskritti u 38 ktieb tal-Bibljoteka. Qed isir xogħol ta’ restawr fuq 17 il-ktieb u manuskritti oħra. Peress li ħafna manuskritti, parċmini, 300 ittra bis-siġill, kollha ta’ preġju kbir kienu qed jiġru fl-idejn, inħass il-bżonn li jinħadmu passpartu u kaxex għalihom biex hekk ikunu preservati. Fost dawn insibu ktieb tal-viżitaturi li jmur lura għas-sena 1840. Sar ukoll tindif ta’ kotba rari u immuntar ta’ bibljografiji u posters għall-Fiera tal-Ktieb. Ninsab infurmat ukoll li wieħed ma jistax sempliċiment ikejjel ix-xogħol ta’ restawr mill-kwantita’ ta’ kotba jew manufatti, peress li ċertu kotba, parċmini u kollezzjonijiet arkivjali jinħtiegu xogħol aktar minn oħrajn. Dan dejjem jiddependi mill-kundizzjoni, daqs u għamla tal-ktieb jew oġġett ieħor li jinħtieġ restawr. Tajjeb wieħed jiftakar li xogħol ta’ restawr jitlob attenzjoni, żmien, delikatezza u dedikazzjoni.