Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li siefru din is-sena: a) bl-ajru; u 2) bil-baħar u f'liema pajjiżi marru, pajjiż, pajjiż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n numru ta’ Maltin li siefru bl-ajru bejn Jannar u Settembru ta’din is-sena pajjiż, pajjiż huwa kif jidher f'ordni alfabetika fit-tabella mehmuża.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jqum il-proġett ta' finishing biex ikunu lesti għall-abitazzjoni ta' żewġ maisonettes fi Triq Zurki, iż-Żurrieq? Kemm hemm kmamar tas-sodda f'kull unit? Fiex jikkonsisti l-basement u kemm hu kbir? Jista' ipoġġi l-pjanta fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ maisonettes fi Triq Zurki, iż-Żurrieq, waħda fil-pjan terran u l-oħra fit-tieni sular, kienu inħarġu għall-bejgħ shell form u għalhekk l-Awtorita’ ma għamlet ebda finishing fihom. Dik fil-pjan terran għandha żewġ kmamar tas-sodda u dik fit-tieni sular għandha tliet kmamar tas-sodda.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dawn l-appartamenti.
Ħal Tarxien — Proġett ta' housing fi Triq Dun Karm Sant
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jqum biex tlesta l-proġett ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien? Kemm hemm units bi tlett ikmamar tas-sodda, kemm hemm b'żewġt ikmamar tas-sodda u kemm hemm b'kamra tas-sodda waħda? Kif ġew allokati, b'bejgħ/xiri jew kiri?
Jista' ipoġġi l-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fi Triq Dun Karm Sant, Ħal-Tarxien, li jikkonsisti fi 15-l-appartament, kollha bi tlett kmamar tas-sodda, u li jinkludi installar ta’ żewġ lifts, ser jiswa madwar Lm92,000. Dawn l-appartamenti qed jiġu allokati b’kiri.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-pjanti mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tad-djar għandhiex il-ħsieb li tagħmel proġett ma' settur privat (P.P.P.)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Awtorita’ tad-Djar ma għandhiex pjanijiet għal proġett mas-settur privat, iżda din l-eventwalita’ tibqa tiġi esplorata.
Awtorita' tad-djar — Kiri ta' postijiet lil non-government organisations
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li l-awtorita' tad-djar kriet lil non-government organisations sabiex jintużaw bħala uffiċini u liema kienu dawn l-organizzazzjonijiet? Kemm kienet il-kera għal kull fond meta nkrew minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Irrid nikkjarifika li fit-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2768 f’Seduta Numru 60, ir-referenza għall-kiri ta’ fondi biex jintużaw bħala uffiċini kella tkun relatata ma’ aġenziji u entitajiet governattivi u mhux ma’ NGOs. Għalhekk ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda postijiet mikrija lill-NGOs biex jintużaw bħala uffiċini.
Awtorita' tad-djar — Kiri ta' postijiet għal persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li l-awtorita' tad-djar kriet lil non-government organisations sabiex jintużaw għall-persuni b'diżabilita' metntali jew fiżika sabiex jiġu ntegrati lura fis-soċjeta'? Kemm kienet il-kera għal kull fond meta nkrew minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Awtorita' tad-djar — Proprjeta' lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm ġew mogħtija proprjeta' mill-awtorita' tad-djar lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena u xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk ħarġitx is-sejħa għal offerti biex isiru t-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun ħdejn il-junction fejn Vjal 25 ta' Novembru jagħti għat-Triq Tal-Barrani? Jekk iva, meta ħarġet din is-sejħa? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx meta n-nuqqas ta' dawn it-traffic lights qed joħloq periklu ċar lis-sewwieqa li jagħmlu użu minn dawn it-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ser toħroġ sejħa għall-offerti għat-tqiegħid tat-traffic lights imsemmija mill-Onor. Interpellant. Malli dan il-proċess ta' tendering jitlesta x-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux boreholes wara l-klabb tal-boċċi ta' Ħal Qormi San Ġorġ, fejn illum l-area imsemmija ġiet żviluppata? Jekk hemm, jista' jgħid hux permissibbli li jkun hemm boreholes f'wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid hux veru li qed tinbena jew diġa' inbiet substation ta' l-elettriku wara l-klabb tal-boċċi ta' Ħal Qormi San Ġorġ, f'area li issa qed tiġi żviluppata għal bini? Jekk iva, ma jidhirlux li din mhix area addattata għal substation, meta hija area li ħafna drabi tegħreq bil-wied u allura tista' tkun ta' periklu serju għan-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-substation ta' l-elettriku li saret wara l-klabb tal-boċċi ta' Ħal-Qormi San Ġorġ, ġiet integrata fil-bini privat stess li nbena biex dan ikun jista' jingħata jingħata l-elettriku skond ir-regolamenti għall-provvista ta' l-elettriku jiġifieri l-Electricity Supply Regulation. Ma jirriżultax li jekk is-substation tegħreq din tista' tkun ta' periklu serju għan-nies.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvutati fondi għas-sena ewropea ddedikata għal persuni b'diżabilita'? Fiex intnefqu? (breakdown) Min kien responsabbli għal programm u l-allokazzjoni tal-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2703, jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-azzjoni li qed tittieħed u kemm hu previst li ddum is-sezzjoni sabiex issolvi l-problema ta' drenaġġ fi Triq Wileġ San Lawrenz u Corner Street, f'San Lawrenz, Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet tinvestiga l-kondizzjoni tas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Wileġ, San Lawrenz biex tara jekk hemmx bżonn estensjoni mas-sistema eżistenti. Jekk jinstab li hemm bżonn estensjoni, din ser issir fi żmien sitt xhur.
Fil-każ ta' Corner Street, San Lawrenz hemm bżonn li ssir fossa (cesspit) b'pompa awtomatika biex tilqa u tmexxi d-dranaġġ ta' l-inħawi. Il-Korporazzjoni bi ħsiebha tibda u tlesti dan il-boosting station is-sena d-dieħla (i.e. 2004).
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2747, jista' il-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża biex dan il-kors isir f'Għawdex stess kif ukoll jindika x'inhuma l-ispejjeż involuti u għal xiex?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li it-tweġiba mitluba għadha ma waslitlix, ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proposta saret għall-kompetizzjoni għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta? Min kienu l-periti li għamlu dawn il-proposti? F'liema stadju waslet l-evalwazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru erbatax-il proposta għall-kompetizzjoni għal bini ta' skola ġdida fil-Mosta. Minn dawn tnax biss ġew aċċettati mid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex issir evalwazzjoni fuqhom.
Il-Periti li għamlu il-proposti kienu:
1. Mangion & Mangion
2. Cassar, Grech, Ebejer Partners
3. Anthony Fenech Vella et
4. Perit Carm Lino Spiteri
5. Amadeo Mifsud A.&C.E.
6. Joseph Bondin A.&C.E.
7. Space Studio Camilleri Gaglione
8. TBA Periti
9. GEOCON - Malta
10. Sapienza and Valentino
11. Dr Edwin Mintoff A.&C.E.
12. Pierre Zammit A.&C.E.
13. Demicoli and Associates
14. Kevin J Farrugia A.&C.E.
Informat li ir-rapport dwar l-evalwazzjoni qed jiġi finalizzat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proposta u minn liema perit saret għal bini ta' l-estensjoni ta' l-uffiċini tal-MEPA? F'liema stadju waslet l-evalwazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irceviet erba proposti ta’ estensjoni tal-ufficini tagħha mingħand il-perit David Felice għan-nom tal-Architecture Project, il-perit David Xuereb għan-nom ta’ David Xuereb and Associates, il-perit Frank Muscat għan-nom ta’ Doric Studio u l-perit Stephen Mangion għan-nom ta’ Mangion and Mangion Partners. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-proposti għadha ma gietx mibdija.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Ingaġġ ta' periti ħall-xoħlijiet
Question
Jista' l-Minstru jispjega kif iċ-Chairman tal-Fondazzjoni ngaġġa lill-Perit Robert Musumeci sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola ta’ Ħal Safi, kif ingaġġa lill-Perit Paul Camilleri sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola ta’ Marsaxlokk u kif ingaġġa lill-Perit Godwin Zammit sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola tal-Gudja, meta kull sala tqum madwar nofs miljun lira, u ma jidhirx li hemm permessi mill-Ministeru tal-Finanzi għal dawn l-ingaġġamenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada segwiet il-proċedura adottata sa mill-1995 minn amministrazzjonijiet differenti u ingaġġat il-periti imsemmija wara sejħa pubblika li saret sabiex joffru servizzi ta' perizja.
Informat ukoll li it-tlett periti imsemmija kollha għamlu is-sottomissjoni tagħhom għal din is-sejħa ta' expression of interest u għandhom l-esperjenza meħtieġa ta' preparazzjoni ta' disinji.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li jservu fuq bordijiet tad-DCC tal-MEPA? Kemm hi r-remunerazzjoni ta’ dawn il-periti? Kull meta u fi x’ħin jiltaqgħu dawn il-bordijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Periti li qed iservu fuq il-bordijiet tad-Development Control Commission fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma :
Commission A Ms Catherine Galea – Chairperson
Ms Mariella Axisa
Mr Andrew Ellul
Mr Philip Mifsud
Dr Conrad Thake
Commission B Mr Carmel Ellul – Chairman
Mr William Soler
Mr Patrick Calleja
Ms Elena Borg Costanzi
Mr Paul Buhagiar
Commission C Mr Paul Borg – Chairman
Mr Saviour Borg
Mr Joe Bondin
Mr Nobert Gatt
Mr John Ebejer.
Bħala remunerazzjoni dawn il-periti jircievu :
Chairpersons Lm 5,000 p.a.
Membri Lm 3,000 p.a.
Il bordijiet jiltaqgħu :
Commission B tlett darbiet fil-gimgħa
Commission A & C darbtejn fil-gimgħa u fl-aħħar gimgħatejn tax-xahar jiltaqgħu
tlett darbiet fil-gimgħa.