B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2691 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarju ġdid f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju ġdid.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2692 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal pompi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal pompi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2693 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'ussidju lill-bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' ġwiebi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' 'agricultural stores' ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju bħal 'tractors'.
Jista' il-Ministru jgħid fejn qiegħda fil-waiting list il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jixtri qabar? Jista' jgħid kemm se jitħaffru oqbra u għal kemm ħarġu permessi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema ċimiterju tal-Gvern qiegħed jirreferi u l-acknowledgement number ta' l-applikazzjoni tal-persuna indikata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jfittxu xogħol bħalissa? F'liema qasam iggradwaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li f'Ottubru 2003 kien 130 persuna gradwati jew b'Diploma jirreġistraw għax-xogħol.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub dwar l-oqsma li fihom gradwaw.
Jista' il-Ministru jgid x'livell skolastiku għandhom dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? Jista' jagħti t-tagħrif bl-eta' u jgħid kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni ta' diversi kumpanniji pubbliċi, fosthom l-Air Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Privatisation Unit qiegħda taħdem fuq il-Lottu Pubbliku, Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited u l-Freeport.
L-ewwel żewġ proċessi, dak tal-Lottu u tal-MOBC qegħdin fi stadju avvanzat. Fuq il-Freeport filwaqt li hemm qbil fuq prinċipji bażiċi għad baqa' proċess ta' negozjati.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-artijiet dwar il-problema li għandu l-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa wieħed ta` leakage ta` ilma għal ġo proprjeta` residenzjali tal-Gvern. Ninsab infurmat li d-dipartiment responsabbli minn ħsarat fi proprjeta` residenzjali tal-Gvern huwa dak tal-Bini u Kostruzzjoni ta` Djar. Huwa għalhekk li fil-każ in kwistjoni t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern kienet irreferiet l-ilment li kien hemm lil dan id-dipartiment li s`issa pero` ma rnexxielux isib minn fejn ġej dan il-leakage.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2893 u cioe' kemm hawn persuni f'Malta li għandhom 100 sena u aktar u f'liema lokalita' joqogħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2892 u cioe' kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 100 sena fir-residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-djar ta’ l-anzjani tal-Gvern m’hemmx residenti li għalqu l-100 sena filwaqt li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm żewġ residenti li għandhom ‘il fuq minn mitt sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar matul din is-sena u x'hemm maħsub li jsir sa l-aħħar ta' April 2004 biex il-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija jitneħħew mill-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda vapur li jtajjar bandiera Maltija li qiegħed fuq l-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi.
Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjonijiet ittieħdu fix-xhur li għaddew u x'deċiżjonijiet oħra huma mistennija li jittieħdu u jitwettqu sa l-aħħar ta' April 2004 biex skond il-kliem tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership il-gvern iżomm u jonora l-commitments regarding the restructuring of its shipyards?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dibattitu twil li kellna dan l-aħħar fil-Parlament u għal diversi stqarrijiet Ministerjali dwar id-deċiżjonijiet li ittieħdu sabiex tkun ristrutturata t-Tarzna ta' Malta. Dan sar mhux biss biex il-gvern jonora l-"commitments regarding the restructuring of its shipyards" imma fuq kollox biex jonora l-commitment tiegħu mal-poplu Malti li kien qed jissussidja bil-qawwi lit-tarzna u biex fl-aħħar mill-aħħar iġib is-settur tat-Tarznari fuq saqajh.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol meħtieġ biex titwaqqaf u tibda taħdem il-paying agency? Għaliex waqa' lura x-xogħol fuqha? Kemm huwa stmat li ntilfu fondi mill-Unjoni Ewropea għax din il-paying agency għadha ma bdietx taħdem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol konness mat-twaqqif ta’ l-Aġenzija tal-Pagamenti miexi b’ritmu mgħaġġel. Tant hu hekk li l-akkreditazzjoni proviżorja ta’ din l-Aġenzija hu mistenni fi Frar ta’ sen’ oħra u dan skond kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja.
Tajjeb li nżid li minn mindu tfassal il-Monitoring Report, sar progress kontinwu f’dan ir-rigward u ntbagħtet ittra mis-Segretarju Permanenti lid-Direttur Ġenerali fid-Direttorat ta’ l-Agrikoltura fil-Kummissjoni Ewropeja biex tispjega l-progress li sar kif indkat ukoll fl-Update Progress Report mibghut f’Ottubru ta’ din is-sena liema informazzjoni thalliet barra mill-monitoring report.
Fir-rigward ta’ l-iżvilupp tas-software, ix-xogħol ukoll għaddej b’ritmu mgħaġġel.
F’dan il-kuntest ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant wasal għall-konklużjoni żbaljata li ser jintilfu xi fondi għax mhix qed taħdem l-Aġenzija tal-Pagamenti meta din ser tibda topera mid-data ta’ l-akkreditazzjoni u meta dawn il-fondi jistghu jintuzaw biss wara d-data tas-shubija.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet fir-rigward ta' l-inkonvenjent fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
L-inkonvenjent fl-imsemmi fond huwa minħabba tnixxija ta' ilma (water seepage) li qed tidħol ġo dan il-fond. Meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha dan l-ilment xi ftit taż-żmien ilu, mill-kampjun ta' l-ilma li nġabar irriżulta li dan kien ilma tax-xita u mhux tax-xorb u b'hekk waqfet l-investigazzjoni. Meta uffiċjali tal- Korporazzjoni reġghu marru fuq il-post, ma kienx hemm biżżejjed ilma biex jerġa' jittieħed kampjun. Il-Korporazzjoni qed iżżomm kuntatt mar-residenti biex jekk dan l-ilma jiżdied, jerġghu jsiru testijiet biex ikomplu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid meta xi darba tista' tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li ilha tbati minnha għal dawn l-aħħar sentejn il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħlilhom id-drenaġġ fil-kamra tas-sodda fejn torqod tifla b'diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li diġa tajt lilu stess għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 2090.
Ministeru tal-Finanzi — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' Bordijiet u Kummissjonijiet li nħatru minn Ottubru 2002 sal-lum huwa ta' 26. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' Bordijiet kif mitluba.
Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jsita' il-Ministru jgħid kemm ġew nurses mill-Gran Brittanja mal-visiting surgeon Dr. Lehowsky sabiex jieħdu ħsieb tal-pazjenti qabel u wara l-operazzjoni? Jista' jgħid ukoll dawn kemm jitħallsu?
X'inhi r-raġuni li nurses Maltin mhux qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol? Jista' jgħid jekk dawn l-operazzjonijiet humiex aktar diffiċli u kumplessi minn oħrajn li jsiru fl-isptar San Luqa? Nistgħu nħarrġu nurses Maltin sabiex fil-każ jagħmlu huma dan it-tip ta' xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' nurses li ġew mill-Gran Brittanja huma sitta.
Dawn jitħalsu ħamsa u għoxrin lira Sterlina fis-siegħa.
In-nurses Maltin ma jagħmlux dan it-tip ta' xogħol, għaliex in-nurses trenjati fl-ITU/HDU huma limitati.
Dawn l-operazzjonijiet isiru minn specjalisti barranin għaliex il-"catchment population" tagħna hija żgħira.