B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2692 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal pompi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn April ta' din issena 'l hawn, f'Għawdex ma' ġewx mogħtija sussidji lillbdiewa għalxiri ta' pompi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlametnari 2693 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn April ta' din issena 'l hawn f'Għawdex ingħatat għajnuna ta' Lm904.35 għallbini ta' ġiebja. Din lgħajnuna ngħatat lil persuna waħda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn April ta' din issena 'l hawn f'Għawdex ingħatat għajnuna ta' Lm17.68 f'sussidju ta' limgħax fuq self millbank għallskop li jinbnew agriculture stores. Din lgħajnuna ngħatat lillpersuna waħda. Dan lammont huwa parti millimgħax dovuta fuq isself li lindividwu jkun baqgħalu jħallas lillbank misself oriġinali .
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695 u cioe' kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Tista' il-Ministru taġġornani dwar il-pożizzjoni f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn April ta' din issena 'l hawn, f'Għawdex ingħatat għajnuna ta' Lm1200 għaxxiri ta' loader. Din lgħajnuna ngħatat lil persuna waħda.
Pulizija — Rapporti dwar traffikar ta' droga ħdejn id-detox centre
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti permezz ta' telefonati u/jew ittri li tressqu lill-pulizija fil-kwartieri ġenerali tad-Depot dwar traffikar ta' droga ħdejn id-detox centre ta' l-isptar San Luqa, inkluż traffikar li jsir saħansitra fl-4.00 a.m. u fil-5.00 a.m. tant li jirriżulta li hemm residenti fl-inħawi mwerwra minħabba dak li jaraw? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika ta` telefonati u/jew ittri kif qed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Pero` matul dawn l-aħħar xhur, il-Pulizija rċeviet xi lmenti minn familja li toqgħod fil-viċinanzi ta` l-isptar dwar persuni li jattendu d-Detox Centre liema persuni qegħdin spiss jinstabu bil-qegħda fuq l-għatba tal-bieb tagħhom u li allegatament juru mġieba mhux xierqa. Dwar dawn ir-rapporti l-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa billi ta` kuljum bejn is-sitta ta` filgħodu u s-sagħtejn ta` wara nofs inhar qed ikun hemm żewġ kuntistabbli bl-uniformi fil-viċinanzi tad-Detox Centre kif ukoll tal-ħanut tax-xorb li hemm fil-kantuniera ta` l-imsemmija pjazza. Barra dan qed ikun hemm ukoll membri tal-Pulizija pajżana mill-Iskwadra ta` kontra d-Droga f`ħinijiet differenti tal-ġurnata. Ta` min iżid illi tul dawn l-aħħar ġimgħat qed ikun hemm ukoll żewġ membri mit-Taqsima tal-Muturi sabiex ikun ikkontrollat aħjar it-traffiku ġewwa u fil-viċinanzi ta` l-isptar. Dan kollu barra ż-żewġ membri l-oħra tal-Korp li jkun hemm għassa ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza ta` l-isptar.
Comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jitwettqu dawn l-impenji meqjusa urġenti fil-konklużjonijiet tal-comprehensive monitoring report on Malta's preparations for membership: "the implementation of the integreated administration and control system, external trade mechanisms, and transmissible spongiform encephalopathies (TSEs) and animal waste treatment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-Integrated Administration and Control System (IACS) sar progress kbir fir-reġistrazzjoni tal-bdiewa fejn il-biċċa l-kbira tagħhom illum huma rreġistrati fis-sistema komputerizzata.
Fir-rigward ta' external trade mechanism, qed jiġi żviluppat s-software biex l-Aġenzija tal-Pagamenti tkun f' pożizzjoni li tħaddem is-sistema ta' export refunds, ħruġ ta' liċenzji u tamministra l-kwoti u t-tariffi fuq prodotti ta' pajjiżi terzi.
Minn-naħa l-oħra, sar ix-xogħol kollu għall-kontroll tat-Transmissible Spongiform Encephalopathies (TSE).
Ħal Luqa — Serq mill-kwartieri ġenerali ta' l-armata
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li kellha ssir dwar serq mill-kwartieri ġenerali ta' l-Armata f'Ħal Luqa, li fiha kien allegat l-involviment tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom sejrin.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il tip ta' servizz ingħata mill-Forzi Armati ta' Malta biex jinġibdu siltiet minn Undercover fl-aħħar ġimgħa ta' Awissu, kemm bil-mezzi ta' l-ajru kif ukoll bil-mezzi tal-baħar?
Kemm-il siegħa nħliet, kemm tħallsu flus u jekk l-Armata tħallsitx tas-servizz kollu li ngħata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li biex inġibdu siltiet mis-sensiela “Undercover” intużaw żewġ “helicopters” tat-tip “Aloutette”, ajruplan “Islander”, “Patrol Boat” u “Rescue Boat”. Uħud mix-xeni inġibdu waqt xogħol ta’ rutina u għalhekk ma ġiex mitlub ħlas. Għal titjiriet oħra li saru apposta l-Forzi Armati tħallsu s-somma ta’ Lm1,150, waqt li għax-xeni tar-“Rescue Boat” il-Forzi Armati għad iridu jibgħatu l-kont lill-kumpanija konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ommijiet mhux miżżewġa li sa l-aħħar ta' Ottubru kienu qed jirċievu ċ-children's allowance? X'kien it-total globali li tħallas? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ommijiet huma taħt is-16-il sena, minn 16 sa 18-il sena u ’il fuq minn 18-il sena? Kemm hemm ommijiet mhux miżżewġa f'Għawdex li qed jirċievu ċ-children's allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Ottubru 2003 kien hemm 1,819 ommijiet mhux miżżewġa f’Malta u 42 f’Għawdex li kienu qed jirċievu ċ-Children’s Allowance. Peress li l-eta’ ta’ l-applikant m’hiex waħda mill-kriterji biex titħallas din l-allowance ma tinżammx statistika dwar l-etajiet tal-benefiċċjarji.
Ninsab infurmat ukoll li statistika dwar il-ħlasijiet tinżamm b’mod globali fuq il-pagamenti totali u mhux skond l-istat ċivili jew l-etajiet tal-benefiċċjarji.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom il-karta anzjan? Kemm ħarġu s'issa din is-sena? Jista' jgħid x'benefiċċji għandhom l-anzjani meta juru din il-karta ta' identita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Settembru 2003 kien hemm 73,096 anzjan li kellhom il-Kartanzjan. Rigward kemm ħarġu Kartanzjan din is-sena, 4,297 ħarġu għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u 2,417 ħarġu għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 75 sena. Il-benefiċċji li għandhom l-anzjani meta juru din il-karta ta’ identita’ huma:
- roħs fuq il-Karozzi tal-Linja
- roħs fuq il-Vapur t’Għawdex
- roħs fuq it-telefon għal dawk li għandhom il-karta roża
- jidħlu Trade Fair Grounds b’xejn
- preferenza fil-queues għal min għandu 75+ card fi sptarijiet u polyclinics
Jista' il-Ministru jgħid x' inhu n-numru ta' immigranti li qed jinżammu mill-pulizija u mis-suldati li ilhom miżmuma aktar minn sena? Kemm hu n-numru ta' dawk li ilhom miżmuma aktar minn sentejn? X'inhuma r-raġunijiet prinċipali li dawn baqgħu jinżammu msakkrin? Kemm hemm li għadha ma ġietx stabbilita n-nazzjonalita' tagħhom? Kemm minn dawn huma taħt is-16-il sena? Kemm hemm trabi li twieldu waqt li ommijiethom kienu miżmuma hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 232 immigrant illegali fiċ-ċentri ta` akkomodazzjoni tal-Pulizija u l-Forzi Armati li ilhom aktar minn sena, filwaqt li minnhom, hemm 5 li ilhom aktar minn sentejn. Hemm numru minnhom li kellhom l-applikazzjoni rifjutata u qed jistennew li jiġu ripatrijati. Dan jista` jsir biss malli jiġu akkwistati d-dokumenti mill-pajjiżi konċernati. Hemm ukoll numru li qed jistenna l-eżitu tal-proċeduri quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Kollha kemm huma iddikjaraw nazzjonalita` imma l-verifika sseħħ biss meta jaslu d-dokumenti. Hemm 19 li skond id-dikjarazzjonijiet li għamlu mal-wasla tagħhom għandhom anqas minn 16-il sena, filwaqt li hemm ukoll 9 trabi li twieldu Malta.
Tfal ta' immigranti li jattendu l-iskejjel f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' immigranti li qegħdin miżmuma Malta li qed jattendu l-iskejjel? Kemm qed imorru fi skejjel ta’ l-Istat? F'liema snin qegħdin? Kien hemm skejjel tal-Knisja li ntalbu biex idaħħlu wħud minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm immigranti li kienu daħlu Malta illegalment u wara ċertu żmien ingħataw permess li jaħdmu anke temporanjament f'Malta? Kif jiġi deċiż lil min jingħata permess? X'inhu x-xogħol li qegħdin jagħmlu, jekk inhu l-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru li immigranti illegali ma jingħatawx permess biex jaħdmu Malta.
Iżda dawk il-persuni li setgħu daħlu Malta b`mod illegali u sussegwentement jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati jew persuni li għandha tingħatalhom protezzjoni, qed jingħataw permess biex jaħdmu Malta. Ix-xogħlijiet li jagħmlu dawn il-persuni huma diversi.
Jista' il-Ministru jara li jsir it-tarmac fit-Triq tax-Xewk u fi Triq Maria Addolorata f'Raħal Ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi dawn it-toroq ġew inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-kuntratt mill-housing authority tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tipproċedi bil-kuntratt finali qabel ma l-art li fuqha hemm mibni l-appartament in kwistjoni tiġi trasferita lill-Awtorita’.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2691, 2692, 2693, 2694 u 2695, jista' il-Ministru jinformani meta ħierġa skema sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu japplikaw għal dawn is-sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skemi għall-għajnuna lill-bdiewa biex itejbu l-operat fl-għelieqi u l-irziezet tagħhom (Investments in Agricultural Holdings) taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali mistennija li joħorġu lejn il-bidu ta’ l-2004 (fl-ewwel 3 xhur).